<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑13/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CO0013</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:560">EU:C:2015:560</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20150908">8.9.2015</DATE> — KAWŻA C‑13/15</P><P>CDISCOUNT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali żleali</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis fil-prezzijiet</KEYWORD><KEYWORD>Immarkar jew espożizzjoni tal-prezz ta’ referenza</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑13/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20140909">9 ta’ Settembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150116">16 ta’ Jannar 2015</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></ORDER.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Cdiscount SA,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn S. Rodin, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali kontra Cdiscount SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Cdiscount<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar l-assenza ta’ indikazzjoni tal-prezz ta’ referenza waqt il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa min-naħa ta’ Cdiscount fuq sit ta’ bejgħ bl-internet.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 6, 8 u 17 tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(6)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva [...] għalhekk tapprossima l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali, inkluż ir-reklamar żleali, li jagħmel ħsara b’mod dirett lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u b’hekk jagħmel ħsara b’mod indirett lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri leġittimi. [...] Hija la tkopri u lanqas tolqot il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li huma konnessi ma’ xi tranżazzjoni bejn kummerċjanti; b’kont sħiħ meħud tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jkunu jistgħu jirregolaw prattiċi bħal dawn, b’konformità mal-liġi Komunitarja, jekk jagħżlu li jagħmlu dan. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tipproteġi direttament l-interessi leġittimi tal-konsumatur minn prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Hu kunsiljabbli li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f’kull ċirkustanza żleali għandhom jiġu identifikati sabiex tiġi provduta ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta’ dawn il-prattiċi kollha. Dawn huma biss il-prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta’ kull każ għalih fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 sa 9. Il-lista tista’ tiġi modifikata biss b’reviżjoni tad-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>prattiċi kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>) tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri la għandhom irażżnu l-libertà tal-provvista tas-servizzi u lanqas għandhom irażżnu l-moviment liberu ta’ merkanzija għal raġunijiet li jaqgħu fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-Projbizzjoni ta’ Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali,</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’mod partikolari, ikunu żleali dawk il-prattiċi kummerċjali li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jqarrqu kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jkunu aggressivi kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-Anness I hemm lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista tiġi modifikata biss permezz ta’ revizjoni tad-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-prezz jew il-mod kif il-prezz huwa kalkolat, jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 113-3 tal-Kodiċi tal-Konsum, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kodiċi tal-Konsum<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kull bejjiegħ ta’ prodott jew kull fornitur ta’ servizzi għandu, permezz ta’ immarkar, ta’ ttikkettjar, ta’ espożizzjoni jew b’kull metodu ieħor xieraq, jinforma lill-konsumatur dwar il-prezzijiet, il-limitazzjonijiet possibbli tar-responsabbiltà kuntrattwali u l-kundizzjonjiet partikolari tal-bejgħ, skont modalitajiet stabbiliti permezz ta’ digrieti tal-Ministru għall-Ekonomija<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu R. 113-1 ta’ dan il-kodiċi jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għandha tingħata l-piena ta’ multa prevista għall-kontravvenzjonijiet tal-Klassi 5, għall-bejgħ ta’ oġġetti jew prodotti jew għall-provvista ta’ servizzi għal prezzijiet iffissati bi ksur tad-digrieti adottati b’implementazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Digriet Nru 86‑1243 tal-<DATE ISO="19861201">1 ta’ Diċembru 1986</DATE> riprodott fl-Artikolu L. 113-1, jew ta’ digrieti li għadhom l-istess għan adottati b’implementazzjoni tad-Digriet Nru 45-1483 tat-<DATE ISO="19450630">30 ta’ Ġunju 1945</DATE> u miżmuma fis-seħħ b’mod tranżitorju mill-Artikolu 61 tad-Digriet tal-<DATE ISO="19861201">1 ta’ Diċembru 1986</DATE> imsemmi iktar ’l isfel, li jinsab fl-Anness ta’ dan il-kodiċi.</ALINEA><ALINEA>L-istess pieni japplikaw fil-każ ta’ ksur tad-digrieti previsti fl-Artikolu L. 113-3 li jistabbilixxu l-modalitajiet kif il-konsumatur għandu jkun informat dwar il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet partikolari tal-bejgħ kif ukoll fid-digrieti li għandhom l-istess għan adottati b’implementazzjoni tad-Digriet Nru 45-1483 tat-<DATE ISO="19450630">30 ta’ Ġunju 1945</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ reċidiva, il-pieni ta’ multa previsti għar-reċidiva ta’ kontravvenzjonijet tal-Klassi 5 għandhom japplikaw.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tad-Digriet tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar l-avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet fir-rigward tal-konsumatur (JORF tat-<DATE ISO="20090113">13 ta’ Jannar 2009</DATE>, p. 689, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Digriet tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), adottat b’implementazzjoni tal-Artikolu L. 113-3 tal-Kodiċi tal-Konsum, meta reklami fir-rigward tal-konsumatur li jinkludi avviż ta’ tnaqqis fil-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>isir fuq il-post tal-bejgħ jew fuq siti ta’ negozju bl-internet, l-ittikkettjar, l-immarkar u l-espożizzjoni tal-prezzijiet adottati skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ għandhom jindikaw, minbarra l-prezz imnaqqas imħabbar, il-prezz ta’ referenza ddefinit fl-Artikolu 2<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prezz ta’ referenza msemmi minn dan id-digriet ma jistax jeċċedi l-prezz l-iktar baxx effettivament applikat mill-persuna li tirriklama għal artiklu jew servizz simili, fl-istess stabbiliment ta’ bejgħ bl-imnut jew sit ta’ bejgħ mill-bogħod, matul l-aħħar tletin jum ta’ qabel il-bidu tar-riklami. Il-prezz ta’ referenza hekk iddefinit jista’ jinżamm fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezzijiet imħabbar suċċessivament matul l-istess operazzjoni kummerċjali, sa xahar mill-ewwel avviż ta’ tnaqqis fil-prezzijiet, jew matul l-istess perijodu ta’ sejls jew ta’ likwidazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-persuna li tirriklama għandha tkun f’pożizzjoni li tiġġustifika, fuq it-talba tal-aġenti msemmija fl-Artikolu L. 450-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, permezz ta’ noti ta’ kunsinna, skedi ta’ prezzijiet, ordnijiet, irċevuti jew kwalunkwe dokument ieħor tal-prezzijiet kollha li hija effettivament applikat matul dan il-perijodu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li tirriklama tista’ tuża wkoll bħala prezz ta’ referenza l-prezz irrakkomandat mill-manifattur jew l-importatur tal-prodott jew il-prezz massimu li jirriżulta minn dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni ekonomika.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>F’dan il-każ hija għandha tkun ukoll f’pożizzjoni li tiġġustifika, quddiem l-aġenti msemmija fl-Artikolu L. 450-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, ir-realtà ta’ dawn ir-referenzi u tal-fatt li dawn il-prezzijiet għandhom attwalment adottati mid-distributuri l-oħra tal-istess prodott.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ li artiklu simili ma nbiegħx qabel fl-istess stabbiliment ta’ bejgħ bl-imnut jew fuq l-istess sit ta’ bejgħ mill-bogħod u, li dan l-artiklu ma għadx għandu prezz irrakkomandat mill-manifattur jew l-importatur, l-avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu kkalkolati b’riferiment għall-aħħar prezz irrakkomandat, sakemm dan ma jkunx jippreċedi l-bidu tar-riklami bi tliet snin jew iktar.</ALINEA><ALINEA>F’dan il-każ, l-avviż ta’ tnaqqis fil-prezzijiet għandu jinkludi, maġenb il-prezz ta’ referenza, il-kelmiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prezz irrakkomandat’ flimkien mas-sena li magħha huwa relatat dan il-prezz.</ALINEA><ALINEA>Fuq it-talba tal-aġenti msemmija fl-Artikolu L. 450-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, il-persuna li tirriklama għandha tkun f’pożizzjoni li tiġġustifika r-realtà<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> ta’ dan il-prezz irrakkomandat u tal-fatt li huwa ġie adottat.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, fis-<DATE ISO="20091016">16 ta’ Ottubru 2009</DATE>, il-persunal tad-Direttorat dipartimentali għall-protezzjoni tal-persuni tal-Gironde abbozza proċess verbali li jipprovdi li ġew irrilevati diversi istanzi ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Digriet tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmi persunal ikkonstata li Cdiscount, li topera sit ta’ bejgħ bl-internet, ma kinitx indikat, fil-kuntest tal-offerti ta’ xiri bi prezz imnaqqas, il-prezzijiet ta’ referenza qabel it-tnaqqis jew il-prezzijiet irrakkomandati mill-produttur qabel it-tnaqqis. Issa, in-nuqqas ta’ espożizzjoni jew ta’ mmarkar tal-prezz ta’ referenza fl-avviż ta’ prezzijiet imnaqqsa mill-kummerċjanti jikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet u tal-Artikolu L. 113-3 tal-Kodiċi tal-Konsum, li huwa suġġett għal sanzjonijiet mid-dritt Kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Cdiscount tressqet quddiem it-tribunal de police ta’ Bordeaux li ċaħad fl-ewwel istanza l-argumenti tagħha dwar in-nuqqas ta’ konformità tad-Digriet tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali u ddikjarat lill-imputata ħatja tal-fatti allegati.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Cdiscount appellat minn din is-sentenza quddiem il-cour d’appel ta’ Bordeaux li kkonfermat din id-deċiżjoni, permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20130705">5 ta’ Lulju 2013</DATE>, minħabba li l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezz ta’ referenza ma humiex fihom infushom prattika kummerċjali iżda għandhom jinftiehmu bħala modalità ta’ implementazzjoni tal-prattika kummerċjali ta’ tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezzijiet. Għaldaqstant, dan l-immarkar jew din l-espożizzjoni ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li l-kundanna ta’ Cdiscount ġiet ikkonfermata fl-appell, Cdiscount ppreżentat appell ta’ kassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva, minn naħa, li l-projbizzjoni imposta mid-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni tapplika fiċ-ċirkustanzi kollha u, min-naħa l-oħra, li d-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali tistabbilixxi lista restrittiva tal-prattiki żleali fiċ-ċirkustanzi kollha u tipprevedi, fl-Artikoli 5 sa 9 tagħha li bl-eċċezzjoni ta’ dawn il-prattiki, prattika kummerċjali ma tistax titqies żleali ħlief wara evalwazzjoni ta’ kull każ individwali.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li l-eżitu tal-kawża prinċipali jiddependi mill-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali l-Cour de cassation iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tad-[Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali] jipprekludu li jkun ipprojbit, fiċ-ċirkustanzi kollha, irrispettivament mill-impatt potenzjali tiegħu fuq id-deċiżjoni tal-konsumatur medju, Tnaqqis fil-prezzijiet li ma huwiex ikkalkolat skont il-prezz ta’ referenza stabbilit permezz ta’ regolament?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’din il-kawża għandu jiġi applikat dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu projbizzjoni ġenerali ta’ avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma jurux il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Sabiex tagħti risposta għal din id-domanda, għandu jiġi ddeterminat, preliminarjament, jekk l-Artikoli 1(2) u 2 tad-Digriet tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, għandhomx għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi, b’tali mod li jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-premessa 8 tagħha, l-imsemmija direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tipproteġi direttament l-interessi leġittimi tal-konsumatur minn prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u tiżgura, hekk kif jipprovdi b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (digriet INNO, C‑126/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:851">EU:C:2011:851</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali, skont il-premessa 6 tagħha, il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[biss]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> lill-interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li huma konnessi ma’ xi tranżazzjoni bejn kummerċjanti (digriet INNO, C‑126/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:851">EU:C:2011:851</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju ma tesprimix ruħha b’mod ċar fuq l-għanijiet tad-Digriet tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi, fil-kuntest tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari, dwar l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, peress li dan huwa esklużivament il-kompitu tal-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-qrati tal-Unjoni Ewropea u l-qrati nazzjonali, il-kuntest fattwali u leġiżlattiv li jagħmlu parti minnu d-domandi preliminari, kif iddefinit fid-deċiżjoni tar-rinviju (digrieti Koukou, C‑519/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:269">EU:C:2009:269</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju u mhux il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tistabbilixxi jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-Artikoli 1(2) u 2 tad-Digriet tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, għandhomx effettivament l-għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi sabiex jiġi vverifikat jekk tali dispożizzjonijiet jistgħux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali (digriet Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi li l-qorti tar-rinviju tasal għal tali konklużjoni, ikun irid jiġi ddeterminat ukoll jekk l-avviżi ta’ tnaqqis tal-prezzijiet li ma jurux il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezzijiet, avviżi li huma s-suġġett tal-projbizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxux prattiki kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali u jekk humiex, għaldaqstant, suġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti minn din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, id-digriet Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali jiddefinixxi, billi juża formulazzjoni partikolarment wiesgħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>prattika kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (digriet Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, tnaqqis fil-prezzijiet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-għan tiegħu huwa li jinkoraġġixxi lill-konsumaturi jixtru prodotti fuq sit ta’ bejgħ bl-internet, jaqa’ b’mod ċar fil-kuntest tal-istrateġija kummerċjali ta’ operatur u jikkonċerna direttament il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ dawn il-prodotti. Minn dan isegwi li tali tnaqqis jikkostitwixxi prattika kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali u konsegwentement jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha (ara, f’dan is-sens, id-digriet Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitat iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Ladarba dan ġie stabbilit, hemm lok li jiġi vverifikat jekk id-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali tipprekludix projbizzjoni tal-avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma jurux il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezzijiet, bħal dik prevista fl-Artikoli 1(2) u 2 tad-Digriet tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabel kollox, li peress li d-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali tagħmel armonizzazzjoni kompleta tar-regoli dwar il-prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fir-rigward tal-konsumaturi, l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw, kif jipprevedi espressament l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, miżuri iktar restrittivi minn dawk iddefiniti mill-istess direttiva, u dan lanqas sabiex jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi (digriet Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iċċitat iktar ’il fuq, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Imbagħad, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Artikolu 5 tal-istess direttiva jistabbilixxi l-kriterji li permezz tagħhom jistgħu jiġu ddeterminati ċ-ċirkustanzi li fihom prattika kummerċjali għandha titqies li hija żleali u, għaldaqstant, ipprojbita.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, skont l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, prattika kummerċjali tkun żleali jekk tmur kontra r-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali u tbiddel jew tista’ tbiddel b’mod sostanzjali l-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali jiddefinixxi żewġ kategoriji preċiżi ta’ prattiki kummerċjali żleali, jiġifieri l‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>prattiċi li jqarrqu<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>prattiċi li jkunu aggressivi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li jissodisfaw il-kriterji speċifikati, minn naħa, fl‑Artikoli 6 u 7 ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, fl-Artikoli 8 u 9 tagħha rispettivament.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-istess direttiva tistabbilixxi, fl-Anness I tagħha, lista eżawrjenti ta’ 31 prattika kummerċjali li, skont l-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva, jitqiesu li huma żleali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>f’kull ċirkostanza<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Għaldaqstant, kif tippreċiża espressament il-premessa 17 tad-direttiva msemmija, huma biss dawn il-prattiki kummerċjali li jistgħu jitqiesu li huma żleali mingħajr ma jkunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni f’kull każ individwali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali (digriet Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa paċifiku li prattiki li jikkonsistu fit-tħabbir lill-konsumaturi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma jurix il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezzijiet ma humiex inklużi fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali. Għaldaqstant, huma ma jistgħux ikunu pprojbiti f’kull ċirkustanza iżda jistgħu jiġu pprojbiti biss wara analiżi speċifika li tippermetti li tiġi stabbilita n-natura żleali tagħhom (ara, f’dan is-sens, id-digriet Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikoli 1(2) u 2 tad-Digriet tal‑<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> jipprojbixxi b’mod ġenerali avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma jurux il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat, fir-rigward tal-kuntest fattwali ta’ kull każ, jekk l-operazzjoni kummerċjali inkwistjoni hijiex ta’ natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>żleali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali (ara, f’dan is-sens, id-digriet Wamo, C‑288/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:443">EU:C:2011:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu projbizzjoni ġenerali, mingħajr ma ssir evalwazzjoni ta’ kull każ individwali li jippermetti li tiġi stabbilita n-natura żleali, tal-avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma jurux il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezzijiet, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet għandhom għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu projbizzjoni ġenerali, mingħajr ma ssir evalwazzjoni ta’ kull każ individwali li jippermetti li tiġi stabbilita n-natura żleali, tal-avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma jurux il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezzijiet, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet għandhom għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>