<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-165/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0165</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:58">EU:C:2019:58</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20190124">24.1.2019</DATE> – Kawża C‑165/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Morgan Stanley &amp; Co International</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Oġġetti u servizzi użati kemm għat-tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti (oġġetti u servizzi għal użu mħallat)</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Fergħa stabbilita fi Stat Membru differenti minn dak tas-sede tal-kumpannija</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż imwettqa mill-fergħa, iddedikati esklużivament għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet tas-sede</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż ġenerali tal-fergħa użati għat-twettiq kemm tat-tranżazzjonijiet tagħha kif ukoll għal dawk tas-sede</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-165/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170329">29 ta’ Marzu 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Morgan Stanley &amp; Co International plc</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Économie et des Finances,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tas-Seba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Juhász u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, amministrattriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Morgan Stanley &amp; Co International plc, minn C. Aldebert u C. Reinbold, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas kif ukoll minn E. de Moustier, A. Alidière u S. Ghiandoni, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u R. Campos Laires, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Gossement u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20181003">3 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2), (3) u (5) u tal-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1977">ĠU 1977, L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikoli 168, 169, 173 sa 175 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija Morgan Stanley &amp; Co International plc (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Morgan Stanley<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-ministre de l’Économie et des Finances (il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, Franza) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar it-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa mill-fergħa Pariġina ta’ Morgan Stanley (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>fergħa Pariġina<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), l-ewwel nett, għall-ispejjeż iddedikati għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet tas-sede li tinsab fir-Renju Unit u, it-tieni nett, għall-ispejjeż ġenerali magħmula għat-twettiq kemm tat-tranżazzjonijiet tas-sede kif ukoll għal dawk tal-fergħa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-Sitt Direttiva</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva, persuna taxxabbli tfisser kull persuna li b’mod indipendenti twettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 4(2), ikun xi jkun l-iskop jew ir-riżultati ta’ din l-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(d) tal-imsemmija direttiva kien jistabbilixxi li t-tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija f’din id-dispożizzjoni huma eżenti mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 13C tal-istess direttiva kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri jistgħu iħallu lil min iħallas t-taxxa dritt għal għażla għal tassazzjoni f’każijiet ta’:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-transazzjonijet koperti f’B (d) (g) u (h) fuq.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(2), (3) u (5) tas-Sitt Direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa kemm l-oġġetti u s-servizzi huma użati għall-iskopijiet fuq it-transazzjoni taxxabbli tiegħu, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata biex tnaqqas mit-taxxa li hi responsabbli biex tħallas:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[VAT] dovuta jew mħallsa fir-rigard ta’ oġġetti jew servizzi pprovduti jew li għandhom ikunu pprovduti lilu minn persuna taxxabbli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stati Membri jagħtu lil kull persuna taxxabbli d-dritt għat-tnaqqis jew rimborsament [tal-VAT] imsemmi fil-paragrafu 2 sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet msemmijin fl-Artikolu 4(2), li jkunu sara f’pajjiż ieħor, li jkunu jistgħu jitnaqqsu kieku saru fit-territorju tal-pajjiż;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="017.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ oġġetti u servizzi li għandhom ikunu wżati minn persuna taxxabbli kemm għal transazzjonijiet koperti b’paragrafi 2 u 3, fir-rigward ta’ li t-taxxa fuq il-valur miżjud titnaqqas, u għal transazzjonijiet fir-rigward ta’ li t-taxxa fuq il-valur miżjud ma titnaqqasx, it-tali proporzjon biss tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandu jkun imnaqqas kif hu attribwit għat-transazzjonijiet ta’ qabel.</ALINEA><ALINEA>Dan il-proporzjon għandu jkun determinat, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 19, għat-transazzjonijiet kollha mwettqa minn persuna taxxabbli.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva kien redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-proporzjon imnaqqas taħt l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 17(5) għandu jkun magħmul minn frazzjoni li jkollha:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>bħala numeratur, l-ammont totali, esklussiv [mill-VAT], tal-bejgħ kull sena attribwit għat-transazzjonijet li fuqhom [il-VAT] tista’ titnaqqas skont l-Artikoli 17(2) u (3),</P></ITEM><ITEM><P>bħala denominatur, l-ammont totali, esklużiv [mill-VAT], tal-bejgħ kull sena attribwit għat-transazzjonijiet inklużi fin-numeratur u lit-transazzjonijiet fir-rigward tagħhom [il-VAT] mhux imnaqqas. L-Istati Membri jistgħu ukoll jinkludu fid-denominatur l-ammont ta’ sussidji, għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 11A(1)(a).</P></ITEM></LIST></P><P>Il-proporzjon għandu jkun stabbilit fuq bażi annwali, iffissat bħala persentaġġ u magħmul figura sħiħa li ma teċċedix il-numru li jmiss.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, fil-kuntest ta’ riformulazzjoni tas-Sitt Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ din ġew issostitwiti b’dawk tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/112</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 137(1)(a) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-persuni taxxabbli tagħhom id-dritt ta’ għażla tat-tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 135(1)(b) sa (g) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 168 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 169 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Minbarra t-tnaqqis msemmi fl-Artikolu 168, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata li tnaqqas l-VAT imsemmija hemmhekk, safejn il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għal finijiet ta’ dan li ġej:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet msemmijin fit–tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1), li twettqu barra mill-Istat Membru li fih dik it-taxxa hi dovuta jew imħallsa, li fir-rigward tiegħu il-VAT tista’ titnaqqas jekk dawn twettqu f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 173(1) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fil-każ ta’ merkanzija jew servizzi użati minn persuna taxxabbli kemm għal transazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-VAT tista’ titnaqqas skont l-Artikoli 168, 169 u 170, u għal transazzjonijiet li fir–rigward tagħhom il-VAT ma titnaqqasx, it-tali proporzjon biss tal-VAT li hi attribwibbli għat-transazzjonijiet ta’ qabel għandha l-possibbiltà li tiġi mnaqqsa.</ALINEA><ALINEA>Il–proporzjon li jista’ jitnaqqas għandu jkun stabbilit, skont l-Artikoli 174 u 175, għat-transazzjonijiet taxxabbli kollha mwettqa mill-persuna taxxabbli.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 174(1) ta’ din id-direttiva jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-proporzjon li jista’ jitnaqqas għandu jkun magħmul minn frazzjoni li jinkludi l-ammonti li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>bħala numeratur, l-ammont totali, mingħajr VAT, tal-bejgħ kull sena attribwibbli għal transazzjonijet li fuqhom il-VAT tista’ titnaqqas skont l-Artikoli 168 u 169;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bħala denominatur, l-ammont totali, esklużiv mill-VAT, tal-bejgħ kull sena attribwibbli għat-transazzjonijiet inklużi fin-numeratur u għal transazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-VAT ma tistax titnaqqas.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 175(1) tal-imsemmija direttiva jippreċiża li t-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> għandu jiġi ddeterminat fuq bażi annwali, iffissat bħala perċentwali u magħmul figura sħiħa li ma teċċedix in-numru sħiħ li jmiss.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-fergħa Pariġina, bħala stabbiliment stabbli, hija suġġetta għall-VAT fi Franza. Hija kienet suġġetta għal żewġ verifiki ta’ awditu fir-rigward, fil-qasam ta’ din it-taxxa, tal-perijodi li jmorru bejn l-<DATE ISO="20021201">1 ta’ Diċembru 2002</DATE> sat-<DATE ISO="20050430">30 ta’ April 2005</DATE> kif ukoll mill-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE> sat-<DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Meta saru dawn il-verifiki, ġie kkonstatat li din il-fergħa, minn naħa, kienet twettaq tranżazzjonijiet bankarji u finanzjarji għall-klijenti lokali tagħha, li għalihom hija kienet għażlet l-issuġġettar għall-VAT, u, min-naħa l-oħra, kienet tipprovdi servizzi lis-sede li tinsab fir-Renju Unit, u li bħala kontroparti għalihom kienet tirċievi depożiti. Hija naqqset il-VAT kollha applikabbli fuq l-ispejjeż li jaqgħu taħt dawn iż-żewġ kategoriji ta’ prestazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali qieset li l-VAT imposta fuq l-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi użati esklużivament għat-tranżazzjonijiet interni mwettqa mis-sede li tinsab fir-Renju Unit ma setgħetx tagħti dritt ta’ tnaqqis, peress li dawn it-tranżazzjonijiet kienu jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, iżda madankollu aċċettat, b’miżura ta’ mitigazzjoni, it-tnaqqis ta’ frazzjoni tat-taxxa inkwistjoni, b’applikazzjoni tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tal-imsemmija sede, taħt riżerva tal-esklużjoni tad-dritt ta’ tnaqqis fis-seħħ fi Franza. Fir-rigward tal-ispejjeż imħallta, relatati mat-tranżazzjonijiet imwettqa kemm mas-sede fir-Renju Unit u mal-klijenti tal-fergħa Pariġina, l-amministrazzjoni fiskali kkunsidrat li dawn kienu jistgħu jitnaqqsu biss parzjalment u applikat it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tal-imsemmija sede, korrett mid-dħul mill-bejgħ tal-fergħa Pariġina li jagħti dritt ta’ tnaqqis, b’riżerva tal-esklużjonijiet tad-dritt ta’ tnaqqis fis-seħħ fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn ir-rettifiki, l-amministrazzjoni fiskali bagħtet lil Morgan Stanley ittri ta’ tfakkir dwar il-VAT mitluba. It-tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil, Franza) ċaħdet it-talbiet ta’ Morgan Stanley intiżi għat-tħassir ta’ dawn tal-aħħar. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet ta’ din il-qorti, min-naħa tagħhom, ġew miċħuda mill-cour administrative d’appel de Versailles (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell, Franza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Adit b’appell kontra s-sentenza mogħija fl-appell, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) jistaqsi, minn naħa, f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż sostnuti minn fergħa stabbilita fi Stat Membru, li huma esklużivament iddedikati għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet tas-sede tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, jekk id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva u dawk tad-Direttiva 2006/112 jimplikawx li l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa għandu japplika għal dawn l-ispejjeż it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tal-fergħa, dak tas-sede jew inkella tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> speċifiku, abbażi tas-soluzzjoni magħżula, f’dak li jikkonċerna d-dritt ta’ rimbors, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Monte Dei Paschi Di Siena</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑136/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:408">EU:C:2000:408</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tikkombina r-regoli applikabbli fl-Istati Membri ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa u tas-sede, b’mod partikolari fid-dawl tal-eżistenza possibbli ta’ sistema ta’ għażla għall-impożizzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar ir-regoli applikabbli fir-rigward tal-ispejjeż sostnuti minn fergħa, li jikkontribwixxu għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet tagħha fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tagħha, u ta’ dawk tas-sede ta’ din, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunċett ta’ spejjeż ġenerali u tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>F’każ li l-ispejjeż sostnuti minn kumpannija sussidjarja fl-ewwel Stat Membru ikunu ddedikati esklużivament għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet tal-kumpannija parent tagħha stabbilta fi Stat Membru ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2), (3) u (5) u tal-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva […], kif riprodotti fl-Artikoli 168, 169 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jimplikaw li l-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja għandu japplika<?PAGE NO="6"?> għal dawn l-ispejjeż it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tal-kumpannija sussidjarja, iddeterminat skont it-tranżazzjonijiet li hija twettaq fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tagħha u skont regoli applikabbli f’dan l-Istat Membru, jew it-tnaqqis pro rata tal-kumpannija parent, jew inkella tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> speċifiku li jgħaqqad flimkien ir-regoli applikabbli fl-Istati Membri ta’ reġistrazzjoni tal-kumpannija sussidjarja u tal-kumpannija parent, b’mod partikolari fid-dawl tal-eżistenza possibbli ta’ skema ta’ għażla [għall-VAT] fuq it-tranżazzjonijiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Liema regoli jeħtieġ li jiġu applikati fil-każ partikolari li fih l-ispejjeż jiġu sostnuti mill-kumpannija sussidjarja kemm għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet tagħha fl-Istat ta’ reġistrazzjoni tagħha kif ukoll għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet tal-kumpannija parent, b’mod partikolari fid-dawl tal-kunċett ta’ spejjeż ġenerali u ta’ tnaqqis pro rata?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-kawża prinċipali tikkonċerna l-perijodi ta’ impożizzjoni li jmorru mis-sena 2002 sas-sena 2009. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kemm is-Sitt Direttiva kif ukoll id-Direttiva 2006/112, li rriformulat is-Sitt Direttiva mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, huma applikabbli għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn l-ewwel domanda tirrigwarda t-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> li l-fergħa Pariġina għandha tapplika għall-ispejjeż li sostniet għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet tas-sede li tinsab fir-Renju Unit, għandu jiġi kkunsidrat li din id-domanda tirreferi għall-ispejjeż, sostnuti minn din il-fergħa, iddedikati, esklużivament, kemm għat-tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT kif ukoll għat-tranżazzjonijiet eżenti minn din it-taxxa fl-Istat Membru tal-imsemmija sede (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ispejjeż għal użu mħallat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), li fil-fatt ġie kkonfermat fl-osservazzjonijiet bil-miktub minn Morgan Stanley.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dawn l-osservazzjonijiet jirriżulta wkoll li l-iskema ta’ għażla msemmija fl-ewwel parti tad-domanda tirreferi għall-għażla magħmula mill-fergħa Pariġina, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 C tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 137(1)(a) tad-Direttiva 2006/112, li tissuġġetta għall-VAT it-tranżazzjonijiet bankarji u finanzjarji ta’ Morgan Stanley fi Franza, liema huma eżenti minn din it-taxxa fl-assenza tal-eżerċizzju ta’ din l-għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 17(2), (3) u (5) u l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva kif ukoll l-Artikoli 168, 169 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż sostnuti minn fergħa rreġistrata fi Stat Membru, li huma ddedikati, esklużivament, kemm għat-tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti minn din it-taxxa, imwettqa mis-sede ta’ din il-fergħa li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi applikat it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tal-imsemmija fergħa, iddeterminat skont tranżazzjonijiet li hija twettaq fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tagħha u skont regoli applikabbli f’dan l-Istat, it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> ta’ din is-sede jew inkella tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> speċifiku, li jikkombina r-regoli applikabbli fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-istess fergħa u dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-imsemmija sede, fl-ipoteżi fejn din tal-aħħar tkun għażlet li tissuġġetta għall-VAT it-tranżazzjonijiet mwettqa fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tagħha, liema ġew eżenti minn din it-taxxa fl-assenza tal-eżerċizzju ta’ tali għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu l-VAT li huma suġġetti għaliha l-VAT dovuta jew imħallsa għall-oġġetti miksuba jew is-servizzi rċevuti minnhom fil-bidu jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan id-dritt ta’ tnaqqis jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u bħala prinċipju ma jistax jiġi limitat.<?PAGE NO="7"?> Dan jiġi eżerċitat immedjatament għat-taxxi kollha li jolqtu t-tranżazzjonijiet relatati mal-input (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Is-sistema tat-tnaqqis hija intiża li teħles kompletament lill-imprenditur mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tiegħu. Għalhekk, is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tiggarantixxi li l-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għanijiet u mir-riżultati tagħhom, bil-kundizzjoni iżda li l-imsemmija attivitajiet ikunu huma stess suġġetti għall-VAT, jiġu ntaxxati b’mod għal kollox newtrali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva u mill-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li l-persuna taxxabbli għandha d-dritt, fl-Istat Membru fejn twettaq it-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha, li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa li għandha tħallas il-VAT dovuta jew imħallsa f’dan l-Istat Membru għal oġġetti jew servizzi, sa fejn dawn l-oġġetti jew servizzi ġew użati fl-output mill-persuna taxxabbli għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex il-VAT tkun tista’ titnaqqas, it-tranżazzjonijiet tal-input imwettqa għandu jkollhom rabta diretta u immedjata ma’ tranżazzjonijiet tal-output, li jagħtu dritt ta’ tnaqqis. Fil-fatt id-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT li kienet imposta bħala taxxa tal-input fuq l-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi jippreżupponi li l-ispejjeż inkorsi fl-akkwist ta’ dawn l-oġġetti jew is-servizzi ikunu parti mill-elementi kostituttivi tal-prezz tat-tranżazzjonijiet intaxxati bħala taxxa tal-output li huma eliġibbli għal tnaqqis (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Larentia + Minerva u Marenave Schiffahrt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-108/14 u C-109/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:496">EU:C:2015:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 17(3)(a) tas-Sitt Direttiva u tal-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112, il-persuna taxxabbli għandha d-dritt li tnaqqas it-taxxa dovuta jew imħallsa għall-oġġetti u s-servizzi użati għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet imwettqa barra mill-Istat Membru msemmi fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, li kien jagħti d-dritt għal tnaqqis kieku dawn it-tranżazzjonijiet kienu twettqu fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ tnaqqis previst fid-dispożizzjonijiet iċċitati fil-punt preċedenti jeżisti għalhekk bil-kundizzjoni doppja, minn naħa, li t-tranżazzjonijiet ta’ persuna taxxabbli mwettqa fi Stat Membru differenti mill-Istat fejn il-VAT hija dovuta jew imħallsa għall-oġġetti u s-servizzi użati għat-twettiq ta’ dawn jiġu intaxxati fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, li dawn it-tranżazzjonijiet ikunu wkoll intaxxati jekk ikunu mwettqa fit-tieni wieħed mill-imsemmija Stati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Monte Dei Paschi Di Siena</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-136/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:408">EU:C:2000:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>RBS Deutschland Holdings</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-277/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:810">EU:C:2010:810</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna t-tieni waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, fl-assenza ta’ preċiżazzjoni oħra fl-Artikolu 17(3)(a) tas-Sitt Direttiva u fl-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi kkunsidrat li hija ssoddisfatta b’mod partikolari f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-tranżazzjonijiet intaxxati fl-Istat Membru tas-sede huma wkoll intaxxati fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa li sostniet l-ispejjeż relatati minħabba għażla magħmula minn din il-fergħa abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 C tas-Sitt Direttiva u tal-Artikolu 137(1)(a) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112 jiddefinixxu l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>persuni taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> għall-finijiet tal-VAT bħala l-persuni li jeżerċitaw attività ekonomika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>b’mod indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>FCE Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:196">EU:C:2006:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>TGE Gas Engineering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-16/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:647">EU:C:2018:647</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ kumpannija li s-sede tagħha hija stabbilita fi Stat Membru u li l-fergħa tagħha hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-sede u l-fergħa jikkostitwixxu l-unika u l-istess persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT, sakemm ma jiġix stabbilit li l-fergħa teżerċita attività ekonomika indipendenti, li huwa b’mod partikolari l-każ jekk hija ssostni r-riskju ekonomiku li jirriżulta mill-attività tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>TGE Gas Engineering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-16/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:647">EU:C:2018:647</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, xejn fil-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jħalli x’wieħed jaħseb li l-fergħa Pariġina taġixxi b’mod indipendenti mis-sede li tinsab fir-Renju Unit, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 35 ta’ din is-sentenza. Għaldaqstant, u taħt riżerva ta’ verifika mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkunsidrat li din il-fergħa u din is-sede jikkostitwixxu persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li servizz huwa taxxabbli biss meta teżisti, bejn il-persuna li tagħti s-servizzi u l-benefiċjarju relazzjoni ġuridika li matulha jsir skambju tas-servizzi reċiproċi (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>FCE Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:196">EU:C:2006:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Skandia America (USA)</NAME.CASE>, filial Sverige, <NO.CASE>C-7/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2225">EU:C:2014:2225</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi rrilevat li, fin-nuqqas ta’ relazzjoni ġuridika bejn fergħa u s-sede tagħha, li jiffurmaw, flimkien, persuna taxxabbli waħda, is-servizzi reċiproċi skambjati bejn dawn l-entitajiet jikkostitwixxu flussi interni mhux taxxabbli, b’differenza mit-tranżazzjonijiet taxxabbli mwettqa ma’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li fergħa rreġistrata fi Stat Membru għandha d-dritt li tnaqqas, f’dan l-Istat, il-VAT imposta fuq l-oġġetti u s-servizzi miksuba li għandhom rabta diretta u immedjata mat-twettiq tat-tranżazzjonijiet intaxxati, inkluż dawk tas-sede tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, li magħha din il-fergħa tifforma persuna taxxabbli waħda, bil-kundizzjoni li dawn it-tranżazzjonijiet tal-aħħar jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis jekk ikunu twettqu fl-Istat ta’ reġistrazzjoni tal-imsemmija fergħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-beni u tas-servizzi użati minn persuna taxxabbli sabiex twettaq fl-istess ħin tranżazzjonijiet li jagħtu dritt ta’ tnaqqis u tranżazzjonijiet li ma jagħtux dritt għal tnaqqis, it-tnaqqis jista’ jsir biss, abbażi tal-Artikolu 173(1) tad-Direttiva 2006/112, li jikkorrispondi għall-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, għall-parti tal-VAT li hija proporzjonali għall-ammont relatat mal-ewwel minn dawn it-tranżazzjonijiet. Għal dan il-għan, għandu jiġi ddeterminat tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>, skont l-Artikoli 174 u 175 tad-Direttiva 2006/112, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>għall-attivitajiet kollha magħmula mill-persuna taxxabbli.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Din l-iskema ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tapplika, b’mod partikolari, fil-każ fejn fergħa rreġistrata fi Stat Membru tidħol fi spejjeż għall-bżonnijiet kemm tat-tranżazzjonijiet intaxxati u tat-tranżazzjonijiet eżenti mill-VAT imwettqa mis-sede tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Monte Dei Paschi Di Siena</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑136/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:408">EU:C:2000:408</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni li tippreċiża li s-sistema ta’ tnaqqis prevista fl-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva u fl-Artikolu 173(1) u (2) tad-Direttiva 2006/112 u l-metodi ta’ tnaqqis li tinkludi din is-sistema japplikaw biss għall-oġġetti u s-servizzi użati minn persuna taxxabbli sabiex jitwettqu kemm tranżazzjonijiet ekonomiċi li jagħtu dritt ta’ tnaqqis u tranżazzjonijiet ekonomiċi li ma jagħtux dritt ta’ tnaqqis, jiġifieri oġġetti u servizzi li l-użu tagħhom huwa mħallat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Portugal Telecom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-496/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:557">EU:C:2012:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>,<?PAGE NO="9"?> <NAME.CASE>Larentia + Minerva u Marenave Schiffahrt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-108/14 u C-109/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:496">EU:C:2015:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll, tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Wolfgang und Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-332/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:417">EU:C:2016:417</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-oġġetti u s-servizzi li huma użati mill-persuni taxxabbli unikament sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet ekonomiċi li jagħtu dritt għal tnaqqis ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva jew tal-Artikolu 173(1) tad-Direttiva 2006/112, iżda jaqgħu, f’dak li jikkonċerna s-sistema ta’ tnaqqis, rispettivament taħt l-Artikolu 17(2) tal-ewwel waħda minn dawn id-direttivi u l-Artikolu 168 tat-tieni waħda minnhom (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Portugal Telecom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-496/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:557">EU:C:2012:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li, kif irrelevat essenzjalment il-Kummissjoni matul is-seduta, il-preċiżazzjoni li tinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 173(1) tad-Direttiva 2006/112, skont liema, għall-oġġetti u s-servizzi użati mill-persuna taxxabbli sabiex twettaq kemm tranżazzjonijiet taxxabbli u tranżazzjonijiet eżenti mill-VAT, tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> għandu jiġi ddeterminat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>għall-attivitajiet kollha magħmula mill-persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jirreferi għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, li huma relatati magħhom dawn l-oġġetti u s-servizzi għal użu mħallat akkwistati mill-persuna taxxabbli, bl-esklużjoni tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi l-oħra mwettqa minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn minbarra spejjeż għal użu mħallat, il-persuna taxxabbli takkwista oġġetti u servizzi li huma użati esklużivament għal tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT, il-VAT imposta fuq dawn l-oġġetti u s-servizzi tista’ titnaqqas kollha kemm hi, skont l-Artikolu 17(2) u (3) tas-Sitt Direttiva kif ukoll skont l-Artikoli 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:683">EU:C:2017:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għall-kuntrarju, il-VAT imposta fuq l-oġġetti u s-servizzi użati esklużivament għall-bżonnijiet ta’ eventwali tranżazzjonijiet eżenti minn din it-taxxa ma jagħtu ebda dritt ta’ tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-ispejjeż għal użu mħallat sostnuti minn fergħa rreġistrata fi Stat Membru ddedikati, esklużivament, kemm għat-tranżazzjonijiet intaxxati u għal tranżazzjonijiet eżenti mill-VAT imwettqa mis-sede ta’ din il-fergħa, stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi applikat tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>, li d-denominatur tiegħu huwa fformat mid-dħul mill-bejgħ, mingħajr VAT, relatat ma’ dawn it-tranżazzjonijiet kollha, skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva kif ukoll fl-Artikoli 174 u 175 tad-Direttiva 2006/112. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, skont l-Artikolu 17(3) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, huwa biss l-ammont ta’ dħul mill-bejgħ, mingħajr VAT, relatat mat-tranżazzjonijiet intaxxati mwettqa mis-sede, li jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis fil-każ li dawn ikunu twettqu fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa, li jista’ jidher fin-numeratur tal-frazzjoni li tikkostitwixxi t-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi ppreċiżat li t-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> indikat fil-punt preċedenti ma jistax neċessarjament jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tas-sede<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kif invokat fl-ewwel domanda magħmula. Fil-fatt, huma kkonċernati biss it-tranżazzjonijiet mwettqa mis-sede, li għalihom saru l-ispejjeż għal użu mħallat tal-fergħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Morgan Stanley issostni li l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa għandu japplika għall-ispejjeż kollha tal-input, tkun xi tkun ir-rabta tagħhom mal-attività tas-sede stabbilita fi Stat Membru ieħor, it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tal-fergħa, iddeterminat skont it-tranżazzjonijiet biss li din tal-aħħar twettaq fl-Istat tar-reġistrazzjoni tagħha. Madankollu, tali interpretazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> applikabbli għal spejjeż għal użu mħallat ta’ fergħa, din is-soluzzjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni, kuntrarjament għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, it-tranżazzjonijiet mwettqa mis-sede ta’ din, li dawn l-ispejjeż għandhom rabta diretta u immedjata magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex kuntrarja għall-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-388/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:541">EU:C:2013:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ġurisprudenza li Morgan Stanley tiċċita insostenn tal-argument tagħha. Huwa minnu li, fil-punti 40 u 55 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għad-determinazzjoni tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tal-VAT applikabbli għaliha abbażi tas-sistema ta’ tnaqqis prevista fl-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, kumpannija li s-sede tagħha tinsab fi Stat Membru, ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ mwettaq mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 19 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mistoqsija f’din il-kawża dwar il-possibbiltà li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ totali tal-fergħat, mifhum bħala d-dħul kollu tagħhom. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat b’mod partikolari, fil-punt 38 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-388/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:541">EU:C:2013:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-fatt li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ mwettaq mill-istabbilimenti stabbli kollha li l-persuna taxxabbli għandha fi Stati Membri oħra, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tas-sede, għandu l-konsegwenza li jżid, għall-akkwisti kollha li l-imsemmija persuna taxxabbli tkun wettqet fl-Istat Membru fejn tinsab is-sede tagħha, il-parti tal-VAT li l-imsemmija sede tista’ tnaqqas, meta parti minn dawn l-akkwisti ma għandha ebda rabta mal-attivitajiet tal-istabbilimenti stabbli stabbiliti barra minn dan l-Istat. Għalhekk, ikun hemm distorsjoni tal-valur tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet it-teħid inkunsiderazzjoni, fil-kalkolu tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tas-sede ta’ persuna taxxabbli, tad-dħul mill-bejgħ tal-fergħat li jinsabu fi Stati Membri oħra, minħabba li tal-inqas parti minn dan id-dħul mill-bejgħ ma kellha ebda ratba mal-akkwisti tal-input magħmula minn din is-sede. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex l-intenzjoni li teskludi, fid-determinazzjoni tal-portata tad-dritt ta’ tnaqqis ta’ stabbiliment stabbli ta’ persuna taxxabbli li tinsab fi Stat Membru, it-teħid inkunsiderazzjoni tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn stabbiliment stabbli tal-istess persuna taxxabbli, li jinsab fi Stat Membru ieħor, li għandhom rabta diretta u immedjata mal-ispejjeż sostnuti mill-ewwel wieħed minn dawn l-istabbilimenti stabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kalkolu tal-<HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> applikabbli għall-imsemmija tranżazzjonijiet imwettqa mill-imsemmija sede lanqas ma jistgħu jkunu bbażati fuq id-dħul mill-bejgħ li din il-fergħa twettaq miegħu, kif jipproponi l-Gvern Franċiż. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, dan id-dħul mill-bejgħ jikkonsisti fi flussi interni mhux taxxabbli tal-persuna taxxabbli, filwaqt li, skont l-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 173(1) tad-Direttiva 2006/112, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>, it-tranżazzjonijiet intaxxati u eżenti mill-VAT li persuna taxxabbli twettaq ma’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 17(2), (3) u (5) u l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva kif ukoll l-Artikoli 168, 169 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż sostnuti minn fergħa rreġistrata fi Stat Membru, li huma ddedikati, esklużivament, kemm għat-tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti minn din it-taxxa, imwettqa mis-sede ta’ din il-fergħa li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi applikat it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> li tirriżulta minn frazzjoni li d-denominatur tagħha huwa fformat mid-dħul mill-bejgħ, mingħajr VAT, ikkostitwit minn dawn it-tranżazzjonijiet biss u li n-numeratur tagħhom huwa fformat mit-tranżazzjonijiet intaxxati li jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis jekk dawn jitwettqu fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-imsemmija fergħa, inkluż meta dan id-dritt ta’ tnaqqis jirriżulta mill-eżerċizzju ta’ possibbiltà, eżerċitata minn din tal-aħħar, li tikkonsisti fis-suġġettar għall-VAT tat-tranżazzjonijiet imwettqa f’dan l-Istat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, b’liema mod għandu jiġi interpretat l-Artikolu 17(2), (3) u (5) u l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva kif ukoll l-Artikoli 168, 169 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112, sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> applikabbli għall-ispejjeż ġenerali ta’ fergħa rreġistrata fi Stat Membru, li jikkontribwixxu għat-twettiq kemm tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn din il-fergħa f’dan l-Istat kif ukoll tat-tranżazzjonijiet imwettqa mis-sede ta’ din stabbilita fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni partikolari tal-input u tranżazzjoni jew iktar tal-output jagħtu dritt ta’ tnaqqis, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, hija fil-prinċipju neċessarja sabiex dritt ta’ tnaqqis tal-VAT tal-input jiġi rikonoxxut lill-persuna taxxabbli u sabiex tiġi ddeterminata l-portata ta’ tali dritt. Id-dritt għal tnaqqis tal-VAT li kienet imposta bħala taxxa tal-input fuq l-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi jippresupponi li l-ispejjeż inkorsi fl-akkwist ta’ dawn huma parti mill-elementi kostituttivi tal-prezz tat-tranżazzjonijiet intaxxati bħala taxxa tal-output li huma eliġibbli għal tnaqqis (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-132/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:683">EU:C:2017:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dritt għal tnaqqis huwa aċċettat ukoll favur il-persuna taxxabbli, anki fl-assenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni tal-input partikolari u tranżazzjoni waħda jew iktar tal-output li jagħtu dritt għal tnaqqis, meta l-ispejjeż tas-servizzi inkwistjoni jagħmlu parti mill-ispejjeż ġenerali ta’ din tal-aħħar u jkunu, bħala tali, elementi li jikkostitwixxu l-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi li din il-persuna tipprovdi. Dawn l-ispejjeż għandhom, fil-fatt, rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika kollha tal-persuna taxxabbli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:683">EU:C:2017:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta l-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli tkun tikkonsisti kemm fit-tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll tranżazzjonijiet eżenti mill-VAT, għandha tiġi applikata għall-ispejjeż ġenerali ta’ din is-sistema ta’ tnaqqis prevista fl-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva u fl-Artikolu 173(1) tad-Direttiva 2006/112. Skont il-kunsiderazzjonijiet fil-punti 40 sa 46 ta’ din is-sentenza, it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> relatat mal-imsemmija spejjeż ġenerali għandu jkun ibbażat fuq it-tranżazzjonijiet ekonomiċi kollha mwettqa minn persuna taxxabbli, skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva kif ukoll fl-Artikoli 174 u 175 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> li għandu jiġi applikat għall-ispejjeż ġenerali ta’ fergħa rreġistrata fi Stat Membru, meta l-persuna taxxabbli twettaq tranżazzjonijiet kemm f’dan l-Istat kif ukoll fl-Istat Membru fejn hija stabbilita s-sede, għandhom jidhru fin-numeratur tal-frazzjoni li tikkostitwixxi dan it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>, it-tranżazzjonijiet intaxxati biss li huma mwettqa minn din is-sede, li jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis jekk dawn ikunu mwettqa fl-Istat ta’ reġistrazzjoni tal-imsemmija fergħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 17(2), (3) u (5) u l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva kif ukoll l-Artikoli 168, 169 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112, għadhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> applikabbli għall-ispejjeż ġenerali ta’ fergħa rreġistrata fi Stat Membru, li jikkontribwixxu għat-twettiq kemm tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn din il-fergħa f’dan l-Istat kif ukoll tat-tranżazzjonijiet imwettqa mis-sede ta’ din stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, għad-denominatur tal-frazzjoni li tikkostitwixxi dan it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>, tranżazzjonijiet imwettqa kemm mill-imsemmija fergħa kif ukoll minn din is-sede, filwaqt li huwa ppreċiżat li għandu jkun hemm fin-numeratur tal-imsemmija frazzjoni, minbarra t-tranżazzjonijiet intaxxati mwettqa mill-istess fergħa, it-tranżazzjonijiet biss imwettqa mill-imsemmija sede, li jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis jekk jitwettqu fl-Istat ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17(2), (3) u (5) u l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll tal-Artikoli 168, 169, 173 sa 175 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż sostnuti minn fergħa rreġistrata fi Stat Membru, li huma ddedikati, esklużivament, kemm għat-tranżazzjonijiet suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti minn din it-taxxa, imwettqa mis-sede ta’ din il-fergħa li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi applikat it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> li tirriżulta minn frazzjoni li d-denominatur tagħha huwa fformat mid-dħul mill-bejgħ, mingħajr taxxa fuq il-valur miżjud, ikkostitwit minn dawn it-tranżazzjonijiet biss u li n-numeratur tagħhom huwa fformat mit-tranżazzjonijiet intaxxati li jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis jekk dawn jitwettqu fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-imsemmija fergħa, inkluż meta dan id-dritt ta’ tnaqqis jirriżulta mill-eżerċizzju ta’ possibbiltà, eżerċitata minn din tal-aħħar, li tikkonsisti fis-suġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud tat-tranżazzjonijiet imwettqa f’dan l-Istat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17(2), (3) u (5) u l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva 77/388 kif ukoll l-Artikoli 168, 169 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112, għadhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> applikabbli għall-ispejjeż ġenerali ta’ fergħa rreġistrata fi Stat Membru, li jikkontribwixxu għat-twettiq kemm tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn din il-fergħa f’dan l-Istat kif ukoll tat-tranżazzjonijiet imwettqa mis-sede ta’ din stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, għad-denominatur tal-frazzjoni li tikkostitwixxi dan it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>, tranżazzjonijiet imwettqa kemm mill-imsemmija fergħa kif ukoll minn din is-sede, filwaqt li huwa ppreċiżat li għandu jkun hemm fin-numeratur tal-imsemmija frazzjoni, minbarra t-tranżazzjonijiet intaxxati mwettqa mill-istess fergħa, it-tranżazzjonijiet biss imwettqa mill-imsemmija sede, li jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis jekk jitwettqu fl-Istat ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa kkonċernata.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>