<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-148/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0148</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:271">EU:C:2018:271</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20180419">19.4.2018</DATE> – Kawża C-148/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Peek &amp; Cloppenburg</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tat-trade marks</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/95/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14</KEYWORD><KEYWORD>Konstatazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-invalidità ta’ trade mark jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Data li fiha l-kundizzjonijiet tar-revoka jew tal-invalidità għandhom ikunu ssodisfatti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 34(2)</KEYWORD><KEYWORD>Invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti</KEYWORD><KEYWORD>Effetti ta’ din l-invokazzjoni fuq it-trade mark nazzjonali preċedenti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-148/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170223">23 ta’ Frar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20170324">24 ta’ Marzu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Peek &amp; Cloppenburg KG, Hamburg</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Peek &amp; Cloppenburg KG, Düsseldorf</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Mħallef tat-Tieni Awla, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Peek &amp; Cloppenburg KG, Hamburg, minn M. Petersenn u A. von Mühlendahl, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Peek &amp; Cloppenburg KG, Düsseldorf, minn P. Lange, A. Auler u M. Wenz, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun, É. Gippini Fournier u T. Sauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Peek &amp; Cloppenburg KG, Hamburg (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>P &amp; C Hamburg<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), minn naħa, u Peek &amp; Cloppenburg KG, Düsseldorf (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>P &amp; C Düsseldorf<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), min-naħa l-oħra, dwar il-konstatazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-invalidità ta’ trade marks nazzjonali li P &amp; C Hamburg kienet il-proprjetarja tagħhom u li din tal-aħħar kienet irrinunzjat għalihom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/95</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tad-Direttiva 2008/95 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Id-Direttiva m’għandhiex tipprekludi d-dritt ta’ l-Istati Membri li jkomplu jipproteġu t-trade marks miksuba permezz ta’ użu, iżda għandha tikkunsidrahom biss fir-rigward tar-relazzjoni bejniethom u t-trade marks miksuba mir-reġistrazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trade mark fir-rigward ta’ merkanzija jew servizzi li fir-rigward taghħa saret reġistrazzjoni jew applikazzjoni fi Stat Membru għall-fini tar-reġistrazzjoni tagħha bħala trade mark individwali, marka kollettiva jew garanzija jew marka ta’ ċertifikazzjoni, jew li fir-rigward tagħha saret reġistrazzjoni jew applikazzjoni għall-fini tar-reġistrazzjoni tagħha fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjeta’ Intelletwali jew reġistrazzjoni internazzjonali li jkollha effett fi Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Raġunijiet għar-revokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Trade mark għandha tkun suġġettibbli għar-revokazzjoni jekk, f’perijodu kontinwu ta’ ħames snin, ma tkunx ġiet użata ġenwinament fl-Istat Membru relattivament għall-merkanzija jew servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet validi għan-nuqqas ta’ użu.</ALINEA><ALINEA>Iżda, l-ebda persuna ma tista’ tinvoka d-dritt li titlob ir-revokazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetarju fi trade mark fejn, matul l-intervall bejn l-iskadenza tal-perijodu ta’ ħames snin u l-preżentata ta’ l-applikazzjoni għar-revokazzjoni, inbeda jew tkompla mill-ġdid l-użu ġenwin tat-trade mark.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Il-bidu jew tkomplija mill-ġdid ta’ l-użu matul perijodu ta’ tliet xhur qabel l-preżentata ta’ l-applikazzjoni għar-revokazzjoni li beda l-aktar kmieni ma’ l-iskadenza tal-perijodu kontinwu ta’ ħames snin tan-nuqqas ta’ użu għandu jiġi injorat fejn isiru preparazzjonijiet għall-bidu jew tkomplija mill-ġdid biss wara li l-proprjetarju isir konxju li tista’ tiġi preżentata l-applikazzjoni għar-revokazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Stabbiliment <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ nullità [invalidità] jew revokazzjoni ta’ trade mark<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fejn tiġi invokata l-preċedenza ta’ trade mark preċedenti li ġiet ċeduta [irrinunzjata] jew li tħalliet tiskadi għal trade mark Komunitarja, in-nullità jew revokazzjoni tat-trade mark preċedenti tista’ tiġi stabbilita <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 207/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 207/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Talba tal-Anzjanità ta’ trade mark Nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti reġistrata fi Stat Membru, li tinkludi trade mark reġistrata fil-pajjiżi Benelux, jew reġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, li japplika għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark identika bħala trade mark Komunitarja għal prodotti jew servizzi li huma identiċi għal jew huma inklużi ma’ dawk li għalihom it-trade mark preċedenti tkun ġiet irreġistrata, jista jitlob fir-rigward tat-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] l-anzjanità tat-trade mark preċedenti għall-Istat Membru fejn jew għal-liem tkun reġistrata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-anzjanità mitluba għandha l-effett uniku taħt dan ir-Regolament li, jekk il-proprjetarju tat-trademark [tal-Unjoni Ewropea] jċedi [jirrinunzja] t-trade mark preċedenti jew iħalliha tiskadi, huwa jitqies li jkompli jgawdi l-istess drittijiet daqs li kieku t-trade mark preċedenti baqgħet reġistrata.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Talba ta’ anzjanità wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark [tal-Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-proprjetarju ta’ trade mark [tal-Unjoni Ewropea] li huwa l-proprjetarju ta’ trade mark identika aktar kmieni rreġistrata fi Stat Membru, inkluża trade mark irreġistrata fil-pajjiżi Benelux jew ta’ trade mark identika aktar kmieni, b’reġistrazzjoni internazzjonali effettiva fi Stat Membru, għall-oġġetti jew is-servizzi li huma identiċi għal dawk li t-trade mark aktar kmieni kienet ġiet irreġistrata, li tkun inkluża fihom, jista jitlob senjorità tat-trade mark aktar kmieni fir-rigward tal-Istat Membru li fih jew li għalih tkun ġiet irreġistrata.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva (UE) 2015/2436</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 336, p. 1</REF.DOC.OJ>) li twettaq riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/95, daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20160112">12 ta’ Jannar 2016</DATE>, wara d-data tal-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali. L-Artikolu 6 tiegħu huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fejn il-preċedenza ta’ trade mark nazzjonali jew ta’ trade mark reġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fl-Istat Membru, li ġiet ċeduta [irrinunzjata] jew li tħalliet tiskadi, tiġi invokata għal trade mark tal-UE, l-invalidità jew ir-revoka tat-trade mark li tipprovdi l-bażi<?PAGE NO="4"?> għat-talba ta’ preċedenza tista’ tiġi stabbilita <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, sakemm l-invalidità jew ir-revoka tkun setgħet ġiet iddikjarata fil-ħin li l-marka [trade mark] ġiet ċeduta jew tħalliet tiskadi. F’każ bħal dan il-preċedenza għandha tieqaf milli tipproduċi l-effetti tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 tal-Gesetz über den Schutz von Marken und sonstigen Kennzeichen (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Trade marks u Sinjali Distintivi Oħra), tal-<DATE ISO="19941025">25 ta’ Ottubru 1994</DATE> (BGBl. 1994 I, p. 3082, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Markengesetz<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Fuq talba, it-trade mark għandha titħassar mir-reġistru minħabba revoka jekk ma tkunx intużat fis-sens tal-Artikolu 26, wara d-data ta’ reġistrazzjoni tagħha, matul perijodu mhux interrott ta’ ħames snin. Ir-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark ma tistax tiġi madankollu invokata jekk, wara t-tmiem tal-imsemmi perijodu u qabel il-preżentata tat-talba għal kanċellazzjoni, l-użu tat-trade mark fis-sens tal-Artikolu 26 ikun inbeda jew tkompla. Il-bidu jew tkomplija ta’ użu matul perijodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentata tat-talba għal tħassir, li jibda jiddekorri wara perijodu mhux interrott ta’ ħames snin tan-nuqqas ta’ użu, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni fejn il-preparazzjonijiet għall-bidu jew għat-tkomplija tal-użu jitwettqu biss wara li l-proprjetarju tat-trade mark isir jaf li tista’ tiġi preżentata l-applikazzjoni għar-revoka. Meta l-applikazzjoni għal tħassir imsemmija fl-Artikolu 53(1) tkun ġiet ippreżentata quddiem l-Uffiċċju tal-Privattivi, l-applikazzjoni lill-Uffiċċju tal-Privattivi tibqa’ determinanti għall-kalkolu tat-terminu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tielet sentenza, sakemm ir-rikors għal tħassir skont l-Artikolu 55(1) ikun ġie ppreżentat f’terminu ta’ tliet xhur wara n-notifika tal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 53(4).<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 125c tal-Markengesetz, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Konstatazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-invalidità ta’ trade mark<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="125C.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, fir-rigward ta’ trade mark [tal-Unjoni Ewropea] ippreżentata jew irreġistrata, tkun ġiet invokata l-preċedenza ta’ trade mark irreġistrata fl-Uffiċċju tal-Privattivi skont l-Artikolu 34 jew 35 tar-Regolament [Nru 207/2009] u jekk it-trade mark irreġistrata fir-Reġistru tal-Uffiċċju tal-Privattivi tkun tħassret minħabba l-assenza ta’ proroga tat-tul tal-protezzjoni […], jew ir-rinunzja […], l-invalidità ta’ din it-trade mark tista’, fuq talba, tiġi kkonstatata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> bħala revokata jew invalida.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="125C.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konstatazzjoni tal-invalidità sseħħ taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ tħassir minħabba revoka jew invalidità. L-invalidità minħabba revoka taħt tal-Artikolu 49(1) tista’ madankollu tiġi kkonstatata biss jekk il-kundizzjonijiet għat-tħassir skont din id-dispożizzjoni kienu diġà jeżistu fid-data li fiha t-trade mark tkun tħassret minħabba l-assenza ta’ proroga tat-tul tal-protezzjoni jew minħabba rinunzja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="125C.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura għal konstatazzjoni tal-invalidità hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-proċedura għal tħassir ta’ trade mark irreġistrata, filwaqt li jinftiehem li l-konstatazzjoni tal-invalidità tat-trade mark tissostitwixxi t-tħassir tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>P &amp; C Düsseldorf hija proprjetarja tat-trade marks verbali u figurattivi Ġermaniżi PuC, irreġistrati għal ħwejjeġ taħt in-numri 648526 u 648528 u li l-preċedenza tagħhom tmur lura għas-sena 1953.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>P &amp; C Hamburg hija proprjetarja ta’ trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PUC, li ġiet irreġistrata fis-<DATE ISO="20010406">6 ta’ April 2001</DATE> taħt in-numru 242446 għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 18 u 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’<?PAGE NO="5"?> trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat, u li jikkorrispondi b’mod partikolari għal ħwejjeġ u għal aċċessorji tal-moda. Din it-trade mark tgawdi, fit-territorju Ġermaniż, mill-anzjanità ta’ żewġ trade marks verbali Ġermaniżi PUC, ippreżentati u rreġistrati matul is-snin 1978 u 1982, għal ħwejjeġ, taħt in-numri 966148 u 1027854.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20050211">11 ta’ Frar 2005</DATE>, P &amp; C Düsseldorf ippreżentat azzjoni għal tħassir, minħabba revoka, tat-trade marks verbali Ġermaniżi PUC. Peress li P &amp; C Hamburg kienet volontarjament talbet, fis-<DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, lid-Deutsches Patent- und Markenamt (l-Uffiċċju Ġermaniż tal-Privattivi u tat-Trade marks), li dawn it-trade marks jitħassru, iż-żewġ partijiet għal din it-tilwima ddikjaraw ir-riżoluzzjoni tagħha u l-imsemmija trade marks tħassru fid-9 u fil-<DATE ISO="20050831">31 ta’ Awwissu 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100312">12 ta’ Marzu 2010</DATE>, P &amp; C Düsseldorf ippreżentat rikors quddiem il-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg, il-Ġermanja), intiż sabiex P &amp; C Hamburg ma tkunx tista’ iktar tinvoka l-anzjanità tat-trade marks verbali Ġermaniżi PUC, billi sostniet, prinċipalment, li dawn, fid-data li fiha huma tħassru minħabba r-rinunzja ta’ din il-kumpannija, setgħu jitħassru wkoll fuq il-bażi ta’ revoka. Sussidjarjament, P &amp; C Düsseldorf sostniet li dawn it-trade marks setgħu jitħassru wkoll f’din id-data minħabba l-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti li hija l-proprjetarja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg, il-Ġermanja) laqgħet dan ir-rikors u l-appell, ippreżentat quddiem l-Oberlandesgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Hamburg, il-Ġermanja) minn P &amp; C Hamburg, ġie miċħud. Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti tal-appell qieset li, skont l-Artikolu 125c(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 49(1) tal-Markengesetz, it-talba ta’ P &amp; C Düsseldorf kienet fondata peress li t-trade marks verbali Ġermaniżi mħassra li l-anzjanità tagħhom ġiet invokata għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea PUC setgħu jitħassru fuq il-bażi ta’ revoka kemm fid-data li fiha huma tħassru minħabba rinunzja kif ukoll fid-data tal-aħħar seduta li nżammet quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>P &amp; C Hamburg talbet għalhekk reviżjoni ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tesponi li l-qorti tal-appell wettqet interpretazzjoni preċiża tal-Artikolu 125c(2) tal-Markengesetz meta qieset li l-kundizzjonijiet għal tħassir ta’ trade mark fuq il-bażi ta’ revoka kellhom ikunu ssodisfatti mhux biss fil-mument tar-rinunzja għal din it-trade mark, iżda wkoll fid-data tal-aħħar seduta quddiem il-qorti adita b’talba għall-konstatazzjoni tal-invalidità tal-imsemmija trade mark. Hija tistaqsi, madankollu, jekk din l-interpretazzjoni hijiex kompatibbli mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li kkonstatat li l-Artikolu 14 ma jispeċifikax ir-rekwiziti li jistgħu jiġu imposti għall-konstatazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-invalidità tat-trade mark nazzjonali preċedenti li kienet is-suġġett ta’ rinunzja jew ta’ skadenza, il-qorti tar-rinviju tosserva li mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2015/2436 jirriżulta li ma jistax jintalab, taħt dan l-artikolu, li l-kundizzjonijiet tar-revoka jkunu wkoll issodisfatti fid-data tad-deċiżjoni li taqta’ l-azzjoni għall-konstazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ revoka. Hija tistaqsi jekk din id-direttiva ddefinixxietx mill-ġdid ir-rekwiżiti li għalihom hija suġġetta tali konstatazzjoni jew jekk hija servietx biss sabiex tiċċara r-rekwiziti diġà applikabbli skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, anki jekk l-interpretazzjoni tal-Artikolu 125c tal-Markengesetz indikata fil-punt 18 ta’ din is-sentenza titiqies li hija kompatibbli mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95, tqum il-kwistjoni dwar jekk P &amp; C Hamburg, wara li rrinunzjat għat-trade marks verbali Ġermaniżi tagħha fis-<DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, setgħetx tuża dawn it-trade marks b’mod xieraq sabiex tiġi żgurata ż-żamma tad-drittijiet relatati magħhom. Peress li l-qorti tar-rinviju qieset li l-atti ta’ użu wara r-rinunzja ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni, peress li dawn l-atti ma għandhomx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>effett sanatorju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din l-analiżi hijiex preċiża fid-dawl tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tistaqsi f’dan ir-rigward dwar l-effett tal-invokazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1)</NO.P><TXT>Huwa kompatibbli mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95 li l-invalidità jew ir-revoka ta’ trade mark nazzjonali li hija l-bażi tal-invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark tal-Unjoni u li kienet is-suġġett ta’ rinunzja jew ta’ skadenza tista’ biss tiġi kkonstatata a posteriori jekk il-kundizzjonijiet tal-invalidità jew tar-revoka jkunu ssodisfatti mhux biss fil-mument tar-rinunzja jew tal-iskadenza tat-trade mark, iżda wkoll fid-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja marbuta ma’ din il-konstatazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv</TXT><P>L-invokazzjoni ta’ anzjanità għandha l-effett, skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, li t-trade mark nazzjonali tiskadi u ma tistax tintuża iktar b’mod li jinżammu d-drittijiet marbuta magħha, jew inkella t-trade mark nazzjonali hija miżmuma fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni, anki jekk ma teżistix iktar fir-reġistru tal-Istat Membru kkonċernat, bil-konsegwenza li tista’ jew għandha tkompli tintuża sabiex jinżammu d-drittijiet marbuta magħha?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95, moqri flimkien mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament Nru 207/2009, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li l-invalidità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti jew ir-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha, li l-anzjanità tagħha tiġi invokata għal trade mark tal-Unjoni Ewropea, tista’ tiġi kkonstatata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> biss jekk il-kundizzjonijiet għal din l-invalidità jew għal din ir-revoka ikunu ssodisfatti mhux biss fid-data li fiha tkun saret ir-rinunzja għal din it-trade mark nazzjonali preċedenti jew fid-data ta’ skadenza tagħha, iżda wkoll fid-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja li twettaq din il-konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 207/2009 jipprevedi l-possibbiltà, għall-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali preċedenti li jippreżenta applikazzjoni għal trade mark identika intiża sabiex tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata it-trade mark nazzjonali preċedenti, li jinvoka, fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tiegħu, l-anzjanità tat-trade mark nazzjonali preċedenti fir-rigward tal-Istat Membru li fih jew li għalih hija tkun ġiet irreġistrata. L-Artikolu 35 ta’ dan ir-regolament jipprevedi possibbiltà simili ta’ invokazzjoni tal-anzjanità wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-uniku effett tal-invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti huwa, skont l-Artikolu 34(2) ta’ dan ir-regolament, li, fil-każ fejn il-proprjetarju ta’ din tal-aħħar jirrinunzja għaliha jew iħalliha tiskadi, huwa jitqies li jkompli jgawdi mill-istess drittijiet li kien igawdi minnhom li kieku t-trade mark nazzjonali preċedenti baqħet irreġistrata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex jipprekludi tali invokazzjoni, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95 jipprevedi l-possibbiltà ta’ konstatazzjoni, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, tal-invalidità tat-trade mark nazzjonali preċedenti li kienet is-suġġett ta’ rinunzja jew ta’ skadenza, jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalkemm l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95 ma jispeċifikax liema data għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet tal-invalidità jew tar-revoka humiex issodisfatti, jirriżulta madankollu mill-kliem u mill-għan ta’ din id-dispożizzjoni li l-eżami inkwistjoni huwa intiż sabiex jiġi ddeterminat b’mod retroattiv jekk dawn il-kundizzjonijiet kinux issodisfatti fid-data li fiha saret ir-rinunzja għat-trade mark nazzjonali preċedenti jew fid-data ta’ skadenza tagħha.<?PAGE NO="7"?> Minn dan jirriżulta li r-rekwiżit li l-kundizzjonijiet tal-invalidità tat-trade mark nazzjonali preċedenti jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha għandhom ikunu ssodisfatti wkoll fid-data li fiha tingħata deċiżjoni fuq it-talba intiża għall-konstatazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ din l-invalidità jew ta’ din ir-revoka ma huwiex konformi mal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali rekwiżit jistrieħ, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-osservazzjonijiet tal-partijiet fil-kawża prinċipali, fuq it-teżi li atti ta’ użu ta’ trade mark nazzjonali, wara r-rinunzja tagħha, jistgħu jkollhom effett sanatorju ta’ natura li tiżgura ż-żamma tad-drittijiet relatati magħha. Issa, tali teżi ma hija bbażata la fuq id-Direttiva 2008/95 u lanqas fuq ir-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li l-possibbiltà ta’ użu ta’ trade mark nazzjonali li ġiet irrinunzjata ma hija bl-ebda mod prevista mid-Direttiva 2008/95. Mill-premessa 5 u mill-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jirriżulta, barra minn hekk, li din id-direttiva tapplika biss għat-trade marks li jkunu s-suġġett ta’ reġistrazzjoni jew ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni, b’tali mod li trade mark li tkun tħassret ma teżistix iktar fir-rigward tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sussegwentement, mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2008/95 jirriżulta li l-użu tat-trade mark jittieħed inkunsiderazzjoni biss sad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal revoka, eventwalment imressqa ’l quddiem bi tliet xhur fil-każ imsemmi fit-tielet paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni. Ma jkunx, għaldaqstant, koerenti ma’ din id-dispożizzjoni li jittieħed inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ proċedura intiża għall-konstatazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark, użu wara d-data li fiha dan il-proprjetarju jkun huwa stess iddikjara r-rinunzja għal din it-trade mark jew ikun ħalliha tiskadi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-Artikolu 34(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta li l-uniku effett tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti invokata għal trade mark tal-Unjoni Ewropea huwa li l-proprjetarju ta’ din it-trade mark preċedenti, li jkun irrinunzja għaliha jew li jkun ħalliha tiskadi, jitqies li jkompli jgawdi, fl-Istat Membru li fih jew li għalih hija ġiet irreġistrata, mill-istess drittijiet li huwa kien igawdi minnhom li kieku t-trade mark nazzjonali preċedenti baqħet irreġistrata. Din id-dispożizzjoni toħloq għalhekk sitwazzjoni fittizja intiża sabiex tippermetti lill-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea jkompli jgawdi, f’dan l-Istat Membru, mill-protezzjoni li kienet tgawdi minnha t-trade mark nazzjonali preċedenti li tħassret u mhux sabiex tippermetti lil din tal-aħħar li tkompli teżisti bħala tali. Minn dan isegwi, b’mod partikolari, li użu tas-sinjal inkwistjoni wara dan it-tħassir għandu jitqies, f’każ bħal dan, bħala użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea u mhux tat-trade mark nazzjonali preċedenti li tħassret.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95 imwettqa fil-punt 26 ta’ din is-sentenza hija kkonfermata mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2015/2436, li daħlet fis-seħħ wara d-data tal-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali, li jipprevedi bħala unika kundizzjoni għal konstatazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-invalidità tat-trade mark nazzjonali preċedenti jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha li l-invalidità jew ir-revoka tad-drittijiet setgħet tiġi ddikjarata fil-mument li fiha din it-trade mark kienet is-suġġett ta’ rinunzja jew ta’ skadenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95, moqri flimkien mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament Nru 207/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li l-invalidità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti jew ir-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha, li l-anzjanità tagħha tiġi invokata għal trade mark tal-Unjoni Ewropea, tista’ tiġi kkonstatata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> biss jekk il-kundizzjonijiet għal din l-invalidità jew għal din ir-revoka jkunu ssodisfatti mhux biss fid-data li fiha tkun saret ir-rinunzja għal din it-trade mark nazzjonali preċedenti jew fid-data ta’ skadenza tagħha, iżda wkoll fid-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja li twettaq din il-konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqri flimkien mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li l-invalidità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti jew ir-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha, li l-anzjanità tagħha tiġi invokata għal trade mark tal-Unjoni Ewropea, tista’ tiġi kkonstatata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> biss jekk il-kundizzjonijiet għal din l-invalidità jew għal din ir-revoka jkunu ssodisfatti mhux biss fid-data li fiha tkun saret ir-rinunzja għal din it-trade mark nazzjonali preċedenti jew fid-data ta’ skadenza tagħha, iżda wkoll fid-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja li twettaq din il-konstatazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>