21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/38


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10100 — Stirling Square Capital Partners/TA Associates/NBS Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 22/08)

1.   

Fit-13 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TA Associates Management L.P (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Stirling Square Capital Partners Jersey AIFM Limited (“SSCP Funds”, Jersey, ir-Renju Unit),

—

NBS Group (“NBS”, ir-Renju Unit).

TA Associates u SSCP Funds jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ NBS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

TA Associates: TA Associates hija ffukata fuq setturi mmirati fit-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, is-servizzi finanzjarji, il-konsumaturi u s-servizzi tan-negozju;

—

SSCP Funds: SSCP Funds jinvestu permezz ta’ tliet fondi ta’ ekwità privata, fost l-oħrajn, fi strumenti mhux ikkwotati ta’ ekwità u marbuta mal-ekwità permezz ta’ akkwiżizzjonijiet mill-maniġment, xiri sfurzat mill-maniġment, kapital ta’ tkabbir u tranżazzjonijiet oħra ta’ ekwità privata madwar l-Ewropa;

—

NBS: NBS tipprovdi Software bħala pjattaformi bbażati fuq is-Servizzi lill-Arkitettura, l-Inġinerija u l-professjonisti tal-Kostruzzjoni li għandhom l-għan li jgħaqqdu lill-utenti mad-data biex itejbu l-eżiti fil-proċess tad-disinn tal-kostruzzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10100 — Stirling Square Capital Partners/TA Associates/NBS Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.