|
13.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/57 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/990
tat-12 ta' Ġunju 2017
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bayerisches Bier (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(3)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) “Bayerisches Bier”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2001 (2). |
|
(2) |
Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni tal-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif meħtieġ mill-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
(3) |
Fit-22 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' oppożizzjoni min-Netherlands. Fid-19 ta' April 2016, il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni motivata relatata. |
|
(4) |
Peress li din l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa', bl-ittra tas-6 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja u lin-Netherlands biex jipparteċipaw f'konsultazzjonijiet xierqa għal perjodu ta' tliet xhur biex jilħqu qbil bejniethom, skont il-proċeduri interni tagħhom. |
|
(5) |
L-iskadenza għall-konsultazzjoni ġiet estiża għal tliet xhur oħra. |
|
(6) |
Intlaħaq qbil bejn il-partijiet. Il-Ġermanja kkomunikat ir-riżultati tal-ftehim lill-Kummissjoni permezz tal-ittra tal-4 ta' Jannar 2017. |
|
(7) |
In-Netherlands kienet opponiet li l-aħħar paragrafu tas-sezzjoni 5 tad-dokument uniku konsolidat, kif ippubblikat, li jgħid “Il-konklużjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE skont il-proċedura tad-dikjarazzjoni simplifikata dwar ir-rabta bejn il-“Bayerisches Bier” u l-fama tagħha, ġew eżaminati u kkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Każ C-343/07”, ma jissodisfax ir-rekwiżiti għal emenda skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (4) u (UE) Nru 668/2014 (5). |
|
(8) |
Ir-raġunijiet mogħtija mill-opponent kienu dawn li ġejjin: l-applikazzjoni jkollha nuqqas ta' motivazzjonijiet jew spjegazzjonijiet għall-inserzjoni tal-paragrafu kkontestat; dak il-paragrafu ma jipprovdi l-ebda dettalji li jissostanzjaw ir-rabta maż-żona ġeografika, għalkemm qiegħed fis-sezzjoni tad-dokument uniku li jikkonċerna r-rabta; dak il-paragrafu ma jkunx korrett u jkun qarrieqi peress li l-Każ C-343/07 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea la eżamina u lanqas ikkonferma jekk ġiex issodisfat ir-rekwiżit sostantiv għal rabta diretta ma' żona ġeografika; dak il-paragrafu jikkawża preġudizzju lil Bavaria NV peress li jista' jipperikola l-eżistenza tat-trademarks “Bavaria” li jappartjenu lill-Bavaria NV jew li jintużaw minnha jew mill-affiljati tagħha. |
|
(9) |
Il-Ġermanja qablet li l-paragrafu kkontestat jitħassar. |
|
(10) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li jenħtieġ li l-emenda tiġi approvata mingħajr il-paragrafu kkontestat fid-dokument uniku. Il-verżjoni kkonsolidata tad-dokument uniku jenħtieġ li tiġi ppubblikata għall-informazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Bayerisches Bier” (IĠP) hija b'dan approvata. Id-dokument uniku aġġornat huwa stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92. (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 3).
(3) ĠU C 390, 24.11.2015, p. 25.
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel. (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
ANNESS
DOKUMENT UNIKU
“BAYERISCHES BIER”
Nru tal-UE: DE-PGI-0117-01220 — 4.4.2014
DOP ( )
IĠP (X)
1. Isem
“Bayerisches Bier”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Ġermanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 2.1. Birer
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
Schankbier
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
7,0 — 9,0 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
2,5 — 3,5 |
|
Lewn (EBC) |
: |
5 — 20 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
10 — 30 unità |
birra tfexfex, b'palat qawwi u mhux voluminuża b'anqas kaloriji u alkoħol f'dak li huwa volum meta mqabbla mal-Vollbier (birra ta' qawwa sħiħa)
Hell/Lager
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 12,5 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 5,5 |
|
Lewn (EBC) |
: |
5 — 20 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
10 — 25 unità |
birra moderata, b'palat qawwi, ħafifa u kemxejn aromatika
Pils
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 12,5 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 6,0 |
|
Lewn (EBC) |
: |
5 — 15 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
30 — 40 unità |
birra distintiva, kemxejn ħarxa b'laqta morra ġejja mill-ħaxixa tal-imrar
Export
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
12,0 — 13,5 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 6,0 |
|
Lewn (EBC) |
: |
5 — 65 unità (hell — dunkel) |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
15 — 35 unità |
togħma morra voluminuża u b'palat qawwi
Dunkel
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 14,0 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 6,0 |
|
Lewn (EBC) |
: |
40 — 65 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
15 — 35 unità |
birra b'palat qawwi b'aroma tax-xgħir
Schwarzbier
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 13,0 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 6,0 |
|
Lewn (EBC) |
: |
65 — 150 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
15 — 40 unità |
birra b'aroma mixwija, tagħti kemxejn lejn ix-xgħir u laqta morra ġejja mill-ħaxixa tal-imrar
Märzen/Festbier
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
13,0 — 14,5 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
5,0 — 6,5 |
|
Lewn (EBC) |
: |
7 — 40 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
12 — 45 unità |
birra b'togħma tax-xgħir b'laqta kemxejn morra ġejja mill-ħaxixa tal-imrar
Bock
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
16,0 — 18,0 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
6,0 — 8,5 |
|
Lewn (EBC) |
: |
7 — 120 unità (hell — dunkel) |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
15 — 40 unità |
birra b'palat qawwi, b'togħma tax-xgħir u b'aroma delikata tal-ħaxixa tal-imrar
Doppelbock
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
18,0 — 21,0 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
7,0 — 9,5 |
|
Lewn (EBC) |
: |
10 — 150 unità (hell — dunkel) |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
15 — 35 unità |
birra distintivament b'palat qawwi, b'togħma tax-xgħir u bi ħjiel tal-karamella
Weizenschankbier
fermentata minn fuq
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
7,0 — 9,0 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
2,5 — 3,5 |
|
Lewn (EBC) |
: |
7 — 30 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
5 — 20 unità |
birra tfexfex b'aroma tal-ħmira
Weizenbier
fermentata minn fuq
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 13,5 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 5,5 |
|
Lewn (EBC) |
: |
5 — 65 unità (hell — dunkel) |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
10 — 30 unità |
birra b'aroma tal-qamħ, b'togħma ta' frott u li tfakkrek kemxejn fix-xgħir
Kristallweizen
fermentata minn fuq
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 13,5 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 5,5 |
|
Lewn (EBC) |
: |
5 — 18 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
5 — 20 unità |
birra karbonata bl-aroma tal-qamħ
Rauchbier
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 14,5 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 6,0 |
|
Lewn (EBC) |
: |
30 — 60 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
20 — 30 unità |
birra b'palat qawwi b'togħma fumikata
Kellerbier/Zwickelbier
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 13,5 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 6,0 |
|
Lewn (EBC) |
: |
5 — 60 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
10 — 35 unità |
birra b'laqta kemxejn morra ġejja mill-ħaxixa tal-imrar, mhix iffiltrata, miġjuba mill-parti t'isfel tal-bittija, b'kontenut baxx ta' diossidu tal-karbonju
Eisbier/Icebier
fermentata minn taħt
|
Estratt tax-xgħir oriġinali (%) |
: |
11,0 — 13,0 |
|
(%) ta' alkoħol skont il-volum |
: |
4,5 — 5,0 |
|
Lewn (EBC) |
: |
5 — 20 unità |
|
Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC) |
: |
10 — 25 unità |
moderata ħafna, mhux voluminuża
Dawn il-valuri huma soġġetti għat-tolleranzi analitiċi stabbiliti mil-liġi u rikonoxxuti mill-awtoritajiet rilevanti tal-monitoraġġ tal-ikel fil-Bavarja.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Fil-biċċa l-kbira tintuża materja prima (ilma, ħaxixa tal-imrar, xgħir) lokali ta' kwalità għolja mill-Bavarja. Il-ħaxixa tal-imrar u x-xgħir huma, skont kif titlob it-tradizzjoni, soġġetti għal kontrolli tal-kwalità kontinwi minn istituti xjentifiċi, bħat-Technische Universität München-Weihenstephan.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess kollu tal-produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika speċifikata.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikketta tal-birra turi wieħed mit-tipi ta' birra elenkati taħt 3(2) flimkien mad-denominazzjoni “Bayerisches Bier”.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-Bavarja, maqsuma f'seba' reġjuni governmentali.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-kwalità u r-reputazzjoni tal-“Bayerisches Bier” huma attribwiti għat-tradizzjoni antika ta' sekli sħaħ ta' produzzjoni tal-birra skont il-Liġi tal-Purezza Bavarjana tal-1516. Il-proċess tal-produzzjoni li għandu jiġi segwit ilu stabbilit bil-liġi sa mis-seklu 15. Tul is-sekli, issawru għadd kbir ta' riċetti differenti hekk kif żviluppat ħilet il-produtturi tal-birra, biex b'hekk feġġew firxa ta' varjetajiet li huma uniċi fid-dinja. Il-Bavarja hija n-nieqa tal-birra tal-qamħ u hemmhekk insibu l-akbar birrerija tal-birra tal-qamħ fid-dinja. F'Weihenstephan insibu waħda mill-aktar istituzzjonijiet tal-birra famużi fid-dinja. It-tradizzjoni antika tal-produzzjoni tal-birra, il-firxa ta' varjetajiet li rriżultaw u l-użu predominanti ta' materja prima tal-aqwa kwalità mill-Bavarja jwasslu biex il-“Bayerisches Bier” tkun ġeneralment ferm stmata fost dawk li jixorbuha.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/40790