|
12.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/251 |
P9_TA(2021)0233
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta' kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b'mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta' persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta' dik id-Direttiva (C(2021)01906 – 2021/2618(DEA))
(2022/C 15/39)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2021)01906), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta' Marzu 2021, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-10 ta' Mejju 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) (CRD), u b'mod partikolari l-Artikolu 94(2) u 148(5) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji preżentati fit-18 ta' Ġunju 2020 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li ma saret ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fit-18 ta' Mejju 2021, |
|
A. |
billi, skont is-CRD, l-EBA kellha tippreżenta abbozz għar-Regolament Delegat sat-28 ta' Diċembru 2019; billi l-EBA ppubblikat l-abbozz fit-18 ta' Ġunju 2020; billi, fl-abbozz tagħha, il-Kummissjoni għamlet ċerti bidliet meta mqabbel mal-abbozz imressaq mill-EBA, u fis-16 ta' Diċembru 2020 l-EBA kkonfermat li dawk il-bidliet ma kinux jikkostitwixxu bidla fil-politika jew fil-kontenut legali tal-abbozz kif approvat mill-Bord tas-Superviżuri tal-EBA u li għalhekk ma toġġezzjonax li l-Kummissjoni tipproċedi bl-adozzjoni tal-abbozz, inklużi dawk il-bidliet, mingħajr ma titlob l-opinjoni formali tagħha; |
|
B. |
billi r-Regolament Delegat intlaqat min-negozjati dwar id-Direttiva (UE) 2021/338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2021 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni, governanza tal-prodotti u limiti ta' pożizzjoni, u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/878 fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għad-ditti tal-investiment, għas-sostenn tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 (3), li ġiet ippubblikata fis-26 ta' Frar 2021 u rrevediet l-għoti tas-setgħa lill-EBA biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment li bħalissa huma soġġetti għas-CRD – u li sas-26 ta' Ġunju 2021 se jkunu qed jaqgħu taħt id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (4) (IFD) – ma jkollhomx għalfejn jaraw li jkunu konformi mar-Regolament Delegat għax għalihom se jkun qed jiġi adottat regolament delegat separat fil-qafas tal-IFD; billi l-perjodu ta' skrutinju għar-Regolament Delegat jintemm fil-25 ta' Ġunju 2021; |
|
C. |
billi r-Regolament Delegat għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza biex l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta' kreditu jingħataw iċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali li għandhom bżonn sabiex jidentifikaw korrettament lil min jieħu riskju sinifikanti abbażi tal-qafas tas-CRD li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Diċembru 2020; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.