European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/755

3.2.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12276 – CVC / SMITHS DETECTION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/755)

1.   

Fis-26 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Capital Partners plc (“CVC plc”, Jersey),

—

Smiths Detection Group Limited (“SDG”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Smiths Group plc (ir-Renju Unit).

CVC plc se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ SDG kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

CVC plc tipprovdi pariri dwar l-investimenti, u/jew timmaniġġja l-investimenti, f’isem ċerti fondi u veikoli ta’ investiment (“il-Fondi CVC”). Il-Fondi CVC għandhom interessi f’kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fis-servizzi finanzjarji, fis-sustanzi kimiċi, fl-utilitajiet, fil-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni,

—

SDG hija fornitur globali ta’ teknoloġiji avvanzati ta’ skrinjar tas-sigurtà u ta’ detezzjoni tat-theddid użati fl-avjazzjoni, fil-portijiet u fil-fruntieri, fid-difiża u fl-infrastruttura kritika. Is-sistemi offruti minn SDG jinkludu l-iskrinjar bir-raġġi X, id-detezzjoni tal-isplussivi u s-sensuri kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12276 — CVC / SMITHS DETECTION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/755/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)