<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-313/17 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0313</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:57">EU:C:2019:57</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190124">24.1.2019</DATE> – Kawża C-313/17 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Haswani vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ adattament tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Ħtieġa ta’ adattament tal-motivi u tal-argumenti</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana</KEYWORD><KEYWORD>Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni ta’ isem l-appellant</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑313/17 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fis-<DATE ISO="20170526">26 ta’ Mejju 2017</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">George Haswani</HT>, residenti f’Yabroud (is-Sirja), irrappreżentat minn G. Karouni, avocat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn A. Sikora-Kalėda u S. Kyriakopoulou, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Havas u R. Tricot, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi President, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.-C. Bonichot, (Relatur), A. Arabadjiev, E. Regan u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, George Haswani jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, Haswani vs Il-Kunsill (T-231/15, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:200">EU:T:2017:200</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) sa fejn din ċaħdet għaliex inammissibbli t-talba tiegħu għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="125" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 141, p. 125</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 141, p. 30</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża fl-ewwel istanza (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Adattament tar-rikors<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="086.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/> 1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta att li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, l-appellant jista’, qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew qabel ma l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li taqtal-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-adattament tar-rikors għandu jsir permezz ta’ att separat u fit-terminu, previst fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li fih jista’ jintalab l-annullament tal-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>In-nota ta’ adattament għandha tinkludi:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-talbiet adattati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk ikun il-każ, il-motivi u l-argumenti adattati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jekk ikun il-każ, il-provi u l-provi proposti marbuta mal-adattament tat-talbiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>In-nota ta’ adattament għandha jkollha magħha l-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors. Jekk dan l-att ma jiġix prodott, ir-Reġistratur għandu jiffissa għar-rikorrent terminu raġonevoli għall-produzzjoni tiegħu. Fin-nuqqas ta’ din ir-regolarizzazzjoni fit-terminu mogħti, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan ir-rekwiżit jimplikax l-inammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata mill-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors, il-President għandu jiffissa terminu għall-konvenut sabiex jippreżenta risposta għan-nota ta’ adattament.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-appellant huwa industrijalist ta’ nazzjonalità Sirjana, fundatur u koproprjetarju tal-kumpanija HESCO, speċjalizzata fis-settur taż-żejt u tal-gass.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>, ismu ġie inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="147" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 147, p. 14</REF.DOC.OJ>), kif ukoll fil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-<DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE> dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 16, p. 1</REF.DOC.OJ>), għar-raġunijiet li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Negozjant Sirjan prominenti, koproprjetarju ta’ HESCO Engineering and Construction Company, kumpannija tal-inġinerija u tal-kostruzzjoni ewlenija fis-Sirja. Huwa għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan.</P><P>George Haswani jagħti sostenn lir-reġim u jibbenefika minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala persuna intermedjarja f’negozjati għax-xiri taż-żejt mill-ISIL mir-reġim Sirjan.</P><P>Huwa jibbenefika wkoll mir-reġim permezz ta’ trattament favorevoli inkluż l-għoti ta’ kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma’ Stroytransgaz, kumpannija taż-żejt ewlenija Russa.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, l-appellant talab lill-Qorti Ġenerali tannulla l-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="82" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 132, p. 82</REF.DOC.OJ>), li testendi d-Deċiżjoni 2013/255 sal-<DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE> u temenda l-Anness I għal dik id-deċiżjoni. Fl-istess jum, il-Kunsill adotta wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/828, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 132, p. 3</REF.DOC.OJ>), li jemenda l-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-appellant adatta t-talba bil-għan li jikseb ukoll l-annullament tad-Deċiżjoni 2015/837 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/828.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kunsill adotta, minn naħa, id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1836, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="75" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 266, p. 75</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1828, li jemenda r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 266, p. 1</REF.DOC.OJ>) li jemenda l-Anness II tal-imsemmi regolament (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>l-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-emendi kienu b’mod partikolari jirrigwardaw il-kriterji għall-elenkar fil-listi annessi f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni 2013/255, u l-Artikolu 15(1a) tar-Regolament Nru 36/2012. B’mod partikolari, il-kriterji ta’ responsabbiltà għar-repressjoni jew ta’ rabta mar-reġim ġew ikkompletati permezz ta’ lista ta’ persuni li jaqgħu taħt seba’ kategoriji, fosthom dik tan-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tad-<DATE ISO="20160429">29 ta’ April 2016</DATE>, il-Kunsill innotifika lill-appellant bl-intenzjoni tiegħu li jżommu fil-listi inkwistjoni kif ukoll il-modifika tal-motivazzjoni użata fir-rigward tiegħu. L-appellant, permezz tal-avukat tiegħu, wieġeb lill-Kunsill bl-ittra datata t-<DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tal-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-Kunsill inkluda isem l-appellant fl-annessi għall-imsemmija atti għar-raġunijiet li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.</P><?PAGE NO="4"?><P>George Haswani għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan. Huwa jagħti appoġġ lir-reġim u jgawdi minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala medjatur f’negozjati għax-xiri taż-żejt mingħand l-ISIL mir-reġim Sirjan. Huwa jgawdi wkoll mir-reġim permezz ta’ trattament favorevoli inkluż l-għoti ta’ kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma’ Stroytransgaz, kumpanija ewlenija taż-żejt Russa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, l-appellant talab sabiex jadatta r-rikors tiegħu bil-għan li jikseb ukoll l-annullament tal-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>tieni nota ta’ adattament<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jew it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>tieni talba għal adattament<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tat-<DATE ISO="20160722">22 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Kunsill ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar it-tieni nota ta’ adattament, fejn qies li din kien fiha diversi lakuni u impreċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, ċaħdet għaliex inammissibbli t-tieni talba għal adattament minħabba li fit-tieni nota ta’ adattament l-appellant kellu jiddikjara l-motivi u l-argumenti adattati insostenn tat-talbiet għall-annullament, skont l-Artikolu 86(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għalhekk iddeċidiet, fil-punti 41 sa 47 tal-imsemmija sentenza, li, peress li l-kuntest ġuridiku dwar il-miżuri restrittivi u/jew il-kriterji għall-elenkar fil-listi nbidlu, kien l-appellant li kellu jadatta l-motivi u l-argumenti tiegħu sabiex jittieħed kont ta’ dan, u li, f’dan il-każ, dan ir-rekwiżit ma kienx issodisfatt peress li t-tieni talba għal adattament sempliċement talbet l-estensjoni tat-talbiet tar-rikors, mingħajr ma pprovdiet spjegazzjoni ulterjuri jew punt ta’ fatt u ta’ liġi ġdid, li jqisu l-iżvilupp tal-kuntest ġuridiku applikabbli, b’mod partikolari l-introduzzjoni ta’ kriterji ġodda għall-elenkar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>G. Haswani jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata, sa fejn din tiddikjara t-tieni talba għal adattament inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>konsegwentement, tordna t-tneħħija ta’ isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>George Haswani<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> mill-annessi mehmuża mal-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE> imsemmija iktar ’il fuq;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> bħala kumpens għad-danni kollha flimkien;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u għall-ispejjeż kollha sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-Artikolu 172 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni Ewropea, intervenjenti fl-ewwel istanza, ippreżentat risposta li fiha tagħmel tagħha t-talbiet tal-Kunsill u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell kollu kemm hu u tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-aġġravji tiegħu, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, G. Haswani jsostni, essenzjalment, li, billi ddikjarat li t-tieni talba għal adattament hija inammissibbli għar-raġunijiet imsemmija fil-punt 15 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali vvizzjat is-sentenza tagħha bi tliet żbalji ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwl żball ta’ liġi, G. Haswani jikkritika lill-Qorti Ġenerali talli kisret l-Artikolu 86 (4) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, jekk ir-rikorrent jonqos milli jannetti mar-rikors tiegħu kopja tal-att li jiġġustifika l-adattament mitlub, ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali għandu espliċitament jistiednu jirregolarizza dan f’termini stabbiliti minn qabel, u jekk ir-Reġistratur ma jagħmilx dan il-Qorti Ġenerali ma tistax tiċħad it-talba għaliex inammissibbli. Konsegwentement, jekk in-nuqqas ta’ produzzjoni tal-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors ma jwassalx għall-inammissibbiltà awtomatika ta’ talba għal adattament, l-istess għandu, iktar u iktar, jogħodd f’dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ produzzjoni ta’ motivi adattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Is-sentenza appellata hija allegatament ivvizzjata mit-tieni żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li hija setgħet tiċħad għaliex inammissibbli t-talbiet tat-tieni nota ta’ adattament tar-rikorrent, saħansitra mingħajr ma teżamina jekk ir-Reġistratur stidinx lill-appellant jirregolarizza s-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tielet żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali jirrigwarda interpretazzjoni żbaljat tal-inċiż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, previst fl-Artikolu 86(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li minnu jirriżulta li l-produzzjoni ta’ motivi u ta’ argumenti adattati ma hijiex meħtieġa peress li l-kriterji għall-elenkar fil-listi kienu nbidlu bejn l-atti inizjalment ikkontestati u l-atti miżjuda mar-rikors bit-talba għal adattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm ma jikkontestax li l-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE> wessgħu n-numru ta’ persuni li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ miżuri restrittivi, G. Haswani jqis li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>flagranti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li, apparti differenzi żgħar ta’ formulazzjoni, ir-raġunijiet tal-miżuri adottati kontrih matul is-sena 2016 huma essenzjalment l-istess bħal dawk tal-miżuri adottati matul is-sena 2015. Issa, il-Qorti Ġenerali nnifisha qieset li dawn ir-raġunijiet ma kinux sostnuti, peress li l-ebda dokument ipprovdut mill-Kunsill ma kellu valur probatorju suffiċjenti peress li dawn kienu jew artikoli tal-istampa mhux preċiżi jew siltiet minn paġni tal-internet. Barra minn hekk, G. Haswani jqis li huwa ma kienx obbligat jippreżenta motivi adattati taħt piena ta’ inammissibbiltà tat-talba għal adattament, peress li dan kien ikun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>superfluwu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kunsill jesprimi dubji dwar l-ammissibbiltà tal-appell, li ma jispeċifikax suffiċjentement id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ġew miksura, u jqis li t-tieni żball ta’ liġi allegat ma huwiex suffiċjentement sostnut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-kumplament, il-Kunsill iqis li l-appell huwa manifestament infondat. Huwa jfakkar l-argumenti li huwa espona b’suċċess matul il-proċedura fl-ewwel istanza fil-kuntest tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu tat-tieni nota ta’ adattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti jikkonsistu fl-estrapolazzjoni, għat-talba għal adattament, tal-eżiġenzi li għandhom ikunu sodisfatti għall-motivi tar-rikors promotur, li għandu jkun, fuq piena ta’ inammissibbiltà, akkumpanjat minn espożizzjoni, anki sommarja, tal-motivi invokati abbażi tal-Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din l-istituzzjoni tqis li dak li ġie deċiż fir-rigward tat-talba għal adattament inkwistjoni hawnhekk hija prattika stabbilita tal-Qorti Ġenerali, li kienet diġà ċaħdet bl-istess mod talba oħra għal adattament (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Klyuyev vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:47">EU:T:2016:47</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kunsill, filwaqt li jibbaża ruħu fuq il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fil-kawża li tat lok għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:848">EU:C:2017:848</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iqis li r-regola li tirriżulta mill-inċiż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li jinsab fl-Artikolu 86(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandha tiġi applikata każ b’każ, u teħtieġ evalwazzjoni fuq il-mertu, mill-Qorti Ġenerali, tan-neċessità li jiġu ppreżentati l-motivi u l-argumenti adattati. Din l-interpretazzjoni tirriżulta mill-fatt li r-rekwiżiti formali, bħal dak previst fl-Artikolu 86(3)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, huma intiżi li jiżguraw in-natura kontradittorja tal-proċedura u li jippermettu li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi b’mod informat, u ma humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>għan fihom innifishom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Il-Qorti Ġenerali għandha, f’dan ir-rigward, ċertu marġni ta’ diskrezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni intervjeniet insostenn tal-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-Kunsill, permezz tal-istess tip ta’ argumenti. Hija b’mod partikolari tinsisti fuq in-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>partikolarment lakunjarja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tat-tieni nota ta’ adattament. Fl-opinjoni tagħha, meta nota hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>daqstant lakunjarja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, ma hemm xejn li jipprekludi lill-Qorti Ġenerali milli tiddikjara inammissibbli t-talba għal adattament li fir-rigward tagħha ma tkunx f’pożizzjoni li tevalwa l-mertu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandhom qabel kollox jiġu miċħuda l-oġġezzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-ammissibbiltà ta’ dan l-appell. Fil-fatt, minnu jirriżulta b’mod ċar li, permezz tal-aggravji tiegħu, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 86(4) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha meta ddeċidiet, fil-punti 39 sa 47 tas-sentenza appellata, li t-tieni talba għal adattament kellha tiġi miċħuda għaliex inammissibbli minħabba li din ma kinitx tinkludi motivi u argumenti adattati. Għaldaqstant dawn l-aggravji jqajmu kwistjoni ta’ liġi li tista’ tiġi suġġetta għall-eżami tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jirregola l-kundizzjonijiet li fihom l-appellant jista’, bħala eċċezzjoni għall-prinċipju tal-immutabbiltà tat-talbiet, jadatta r-rikors tiegħu meta att li l-annullament tiegħu jkun intalab quddiem il-Qorti Ġenerali jiġi ssostitwit jew emendat b’att li jkollu l-istess suġġett (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:848">EU:C:2017:848</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mill-Artikolu 86(3)(b) tal-imsemmija regoli jirriżulta li n-nota ta’ adattament tar-rikors għandha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, tinkludi l-motivi u l-argumenti adattati meta mqabbla ma dawk tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-użu tal-inċiż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jekk ikun il-każ<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fil-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jindika mingħajr ebda dubju li n-nota ta’ adattament tar-rikors għandha tkun akkumpanjata minn motivi u minn argumenti li huma nnifishom ikunu adattati biss meta dan jirriżulta neċessarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkonfermata fid-dawl tal-għanijiet tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, għalkemm huwa perfettament ġustifikat li jiġu imposti ċerti rekwiżiti formali fir-rigward ta’ adattament tar-rikors, tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux għan fihom innifishom, u huma intiżi, għall-kuntrarju, sabiex jiġu żgurati n-natura kontradittorja tal-proċedura u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:848">EU:C:2017:848</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, ikun kuntrarju għall-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-ekonomija tal-ġudizzju li r-rikorrent, li jkun adatta t-talbiet tiegħu, jintalab jirrepeti fin-nota ta’ adattament tar-rikors motivi u argumenti identiċi għal dawk żviluppati kontra l-att ikkontestat inizjalment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, meta att sussegwenti kkontestat permezz tal-adattament tar-rikors ikun essenzjalment l-istess bħal att ikkontestat inizjalment, jew li jkun differenti minnhu biss fir-rigward ta’ aspetti purament formali, ma jistax jiġi eskluż li, billi ma inkludiex, fit-talba għal adattament tiegħu, motivi u argumenti huma nnifishom adattati, l-appellant ried impliċitament iżda neċessarjament jirreferi għall-motivi u għall-argumenti tar-rikors promotur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’tali każ, hija l-Qorti Ġenerali li għandha, meta teżamina l-ammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors, tivverifika jekk fl-att ikkontestat permezz tal-adattament tar-rikors hemmx, meta mqabbel mal-att ikkontesta permezz tar-rikors promotur, differenzi sostanzjali tali li jkunu jeżiġu adattament tal-motivi u tal-argumenti ppreżentati insostenn tar-rikors promotur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Jekk, fi tmiem dan l-eżami, il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-appellant ma kienx iġġustifikat li ma jinkludix, man-nota li tadatta r-rikors, motivi u argumenti huma nnifishom adattati, hija tista’, bil-kontra ta’ dak li jsostni G. Haswani u abbażi tal-Artikolu 86(6) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, tiddeċiedi li din in-nota hija inammissibbli minħabba li ma tosservax r-regola formali prevista fl-Artikolu 86(3)(b) tal-istess regoli, l-istess bħal fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ kwalsiasi regola prevista fl-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-imsemmi eżami l-Qorti Ġenerali ma hijiex obbligata li tistieden minn qabel lill-appellant sabiex jirregolarizza n-nuqqas ta’ produzzjoni ta’ motivi u ta’ argumenti adattati. Fil-fatt, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 48 sa 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa r-rikorrent li għandu l-oneru li jevalwa l-ħtieġa ta’ adattament tal-motivi u tal-argumenti tar-rikors, peress li huwa r-rikorrent li għandu l-inizjattiva tal-proċess u li jiddetermina s-suġġett tal-kawża, b’mod partikolari permezz tat-talbiet u tal-motivi li huwa jippreżenta fil-kuntest tat-talba għal adattament, l-istess bħal fil-kuntest tar-rikors promotur (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>British Airways vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-122/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:861">EU:C:2017:861</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, għalkemm permezz tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:848">EU:C:2017:848</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkritikat lill-Qorti Ġenerali talli ma qegħditx minn qabel lir-rikorrent f’pożizzjoni li jirregolarizza talba għal adattament minħabba n-nuqqas ta’ produzzjoni tal-att separat meħtieġ fl-Artikolu 86(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dan kien fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, f’dak il-każ ambigwita fil-verżjoni lingwistika tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fil-lingwa magħżula bħala lingwa tal-proċedura mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-kawża li tat lok għas-sentenza appellata fil-kuntest ta’ dan l-appell, sabiex tiddeċiedi li G. Haswani messu inkluda, mat-talba għal addament tar-rikors tiegħu, motivi u argumenti adattati, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha, fl-punti 41 sa 47 tas-sentenza tagħha, li tosserva li l-kuntest ġuridiku tal-miżuri restrittivi, u b’mod partikolari r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni kkonċernati fil-listi inkwistjoni, kien żviluppa minn żmien il-preżentata tar-rikors promotur, u li l-atti kkontestati fit-tieni nota ta’ adattament kienu b’mod partikolari jieħdu inkunsiderazzjoni dan l-iżvilupp, mingħajr ma vverifikat jekk kienx hemm differenza sostanzjali bejn ir-raġunijiet individwali invokati kontra G. Haswani fl-atti kkontestati permezz tar-rikors promotur, jiġifieri l-atti tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE> u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/828, u r-raġunijiet invokati kontra G. Haswani fl-atti kkontestati permezz tat-tieni nota ta’ adattament, jiġifieri l-atti tas-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, moqrija fid-dawl tal-atti tat-<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Billi aġixxiet b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx il-verifika msemmija fil-punt 38 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata għandu jiġi annullat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikorsi quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, hija tista’ jew tiddeċiedi definittivament il-kawża hija stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet għaliex inammissibbli t-tieni talba għal adattament tar-rikors mingħajr ma wettqet il-verifika msemmija fil-punt 38 ta’ din is-sentenza u mingħajr ma semgħet lill-partijiet f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, hemm lok li l-ispejjeż jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Haswani vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-231/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:200">EU:T:2017:200</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>