Official Journal L 010 , 13/01/1983 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0154
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0151
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0154
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0151
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 56/83 tas-16 ta' Diċembru 1982 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-ġarr internazzjonali ta' passiġġiera bit-triq permezz ta' servizzi okkażjonali ta' coach u xarabank (ASOR) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeà, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tieghu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, skond id-Deċiżjoni 82/505/KEE [4], il-Komunità ikkonkludiet il-Ftehim dwar il-ġarr internazzjonali ta' passiġġiera bit-triq permezz ta' servizzi okkażjonali ta' coach u xarabank (ASOR); billi dan il-Ftehim huwa għalhekk applikabbli għal servizzi bħal dawn bejn il-Komunità u l-Partijiet Kuntrattanti li irratifikawha; Billi l-Artikolu 13 ta' l-ASOR jistabbilixxi li l-Partijiet Kuntrattanti għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-Ftehim; Billi, sabiex jiġi iplimentat l-ASOR fil-Komunità, ċerti poteri tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri għandhom jiġu speċifikati; Billi l-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 14(2) ta' l-ASOR, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar ir-reati kommessi fit-territorju tagħhom minn ġarrier stabbilit fit-territorju ta' Parti Kontraenti oħra u fejn meħtieġ, tal-penali imposta, għandu japplika wkoll fir-rigward ta' reati kontra l-ASOR kommessi fit-territorju ta' Stat Membru minn ġarrier stabbilit fi Stat Membru ieħor, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 2(2), 4(4), 6, 10, 13(1) u 14 ta' l-ASOR għandhom ikunu l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati. Dawn l-awtoritajiet għandhom, fejn xieraq jinnominaw l-aġenziji msemmija fl-Artikolu 6 ta' l-ASOR. L-Artikolu 2 L-awtorizzazzjoni tat-trasport li għaliha s-servizzi okkażjonali msemmija fl-Artikolu 2(1)(ċ) ta' l-ASOR jistgħu jkunu soġġetti skond l-Artikolu 5(3), meta l-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 5(2) mhumiex sodisfatti, għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat. L-Artikolu 3 Id-dokument mudell bil-qoxra iebsa ħadra li fih it-test tal-paġna tal-qoxra recto verso tad-dokument ta' kontroll f'kull lingwa uffiċjali tal-Partijiet Kuntrattanti kollha, imsemmi fl-Artikolu 11 ta' l-ASOR, għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru meta l-vettura hija rreġistrata jew minn aġenzija awtorizzata. L-Artikolu 4 Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat l-ASOR, imsemmija fl-Artikolu 13(1) tiegħu, għandhom jiġu adottati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. L-Artikolu 5 Jekk l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jaqblu bilateralment jew multilateralment ma' l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li, skond l-Artikolu 10 ta' l-ASOR, il-lista ta' passiġġieri m'hemmx bżonn tinkiteb, l-Istati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. L-Artikolu 6 Flimkien ma' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2) ta' l-ASOR, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar reati kontra l-ASOR kommessi fit-territorju tagħhom minn ġarriera stabbiliti fi Stat Membru ieħor u b'kull penali imposta. L-Artikolu 7 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar kull dikjarazzjoni magħmula taħt l-Artikolu 17(1) ta' l-ASOR minn Parti Kontraenti meta din tiffirma l-ASOR li din il-Parti Kuntrattanti ma tikkunsidrax lilha innifisha bħala marbuta mill-Artikolu 5(2)(b) ta' l-ASOR. 2. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'kull irtirar ta' dikjarazzjoni bħal din skond l-Artikolu 17(2) ta' l-ASOR. L-Artikolu 8 1. Meta Stat Membru jiltaqa' ma' diffikultajiet waqt li jkun qiegħed iħaddem l-ASOR jew miżuri meħuda taħt l-Artikolu 13 ta' dan, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tagħmel eżaminazzjoni u għandha tikkonsulta lill-Istati Membri konċernati dwar soluzjonijiet possibbli. 2. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha titlob li tissejjaħ laqgħa tal-Partijiet Kontraenti skond l-Artikolu 16(1) ta' l-ASOR. 3. Jekk il-Kummissjoni tiġi informata mis-Segretarjat tal-Konferenza Ewropea ta' Ministri tat-Trasport (ECMT) li Parti Kontraenti oħra talbet li tissejjaħ laqgħa tal-Partijiet Kontraenti skond l-Artikolu 16(1) ta' l-ASOR, il-proċedura li tinsab fil-paragrafu 1 hawn fuq għandha tapplika rispettivament. L-Artikolu 9 1. Jekk xi Stat Membru jidhirlu li hija meħtieġa reviżjoni ta' l-ASOR, huwa għandu jibgħat talba raġonata lill-Kummissjoni u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba u tikkonsulta lill-Istati Membri. 2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta' l-eżaminazzjoni tagħha, li miegħu għandha tintbagħat, fejn xieraq, proposta li tawtorizzha sabiex tinnegozja mal-Partijiet Kontraenti l-oħra f'isem il-Komunità. 3. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha, skond l-Artikolu 19(1) ta' l-ASOR, titlob li titlaqqgħa konferenza sabiex jiġi rivedut l-ASOR. 4. Jekk il-Kummissjoni tiġi infurmata mis-Segretarjat tal-KEMT li Parti Kontraenti oħra talbet li tissejjaħ konferenza sabiex jiġi rivedut l-ASOR, skond l-Artikolu 19(1) ta' l-ASOR, il-proċedura li tinsab fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq għandhom japplikaw rispettivament. L-Artikolu 10 1. Jekk xi Stat Membru jidhirlu li huwa neċessarju li jirtira mill-ASOR, huwa għandu jibgħat talba raġonata lill-Kummissjoni u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba u tikkonsulta lill-Istati Membri. 2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta' l-eżaminazzjoni tagħha, li miegħu għandha tintbagħat, fejn xieraq, proposta għal Deċiżjoni sabiex jiġi denunzjat l-ASOR, skond l-Artikolu 20(2) tiegħu. 3. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħti notifika tad-denunzja ta' l-ASOR, skond l-Artikolu 20(2) tiegħu. L-Artikolu 11 Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar: - kull approvazzjoni jew ratifikazzjoni ta' l-ASOR minn Parti Kontraenti wara d-dħul tiegħu fis-seħħ, skond l-Artikolu 18(3) ta' l-ASOR, - kull denunzja minn Parti Kuntrattanti oħra ta' l-ASOR li tkun ġiet innotifikata skond l-Artikolu 20(2) ta' l-ASOR. L-Artikolu 12 1. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dan ir-Regolament lis-Sekretarjat tal-ECMT skond l-Artikolu 13(2) ta' l-ASOR. 2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, l-ismijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti nominati biex jimplimentaw l-ASOR. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u, skond l-Artikolu 13(2) ta' l-ASOR, lis-Sekretarjat tal-ECMT. 3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar il-Miżuri msemmija fl-Artikolu 13(1) ta' l-ASOR meħuda mill-Partijiet Kontraenti l-oħra u komunikati lilha mis-Sekretarjat tal-ECMT skond l-Artikolu 13(2) ta' l-ASOR. L-Artikolu 13 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa skond dan ir-Regolament malajr sabiex jagħmlu ċert li l-ASOR jiġi implimentat mid-data meta jidħol fis-seħħ [5]. L-Artikolu 14 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 1983. L-Artikoli 1 sa 12 għandhom ikunu applikabbli sa mid-dħul fis-seħħ ta' l-ASOR. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1982. Għall-Kunsill Il-President A. Melchior [1] ĠU C 265, tad-9.10.1982, p. 3. [2] ĠU C 304, tat-22.11.1982, p. 252. [3] L-opinjoni mogħtija fil-15 ta' Diċembru 1982 (għada ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 230, tal-5.8.1982, p. 38. [5] Id-data meta l-ASOR jidħol fis-seħħ għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Sekretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------