European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5298

30.9.2025

Avviż għall-attenzjoni ta' entità soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

(C/2025/5298)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta' A7 OOO (A7 LLC) (No. 3), entità li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova.

Il-Kunsill biħsiebu jinkludi lill-entità msemmija hawn fuq fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (3) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

L-entità kkonċernata hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħha, qabel 7 ta’ Ottubru 2025, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1 Horizontal and Global Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15.

(2)   ĠU L 114, 2.5.2023, p. 1.

(3)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(4)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5298/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)