|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2335 |
22.10.2026 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2335
tal-21 ta’ Ottubru 2026
dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-paraffini klorurati fl-ikel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni dwar il-paraffini klorurati (CPs) fl-għalf u fl-ikel (1), spiss imsejħa alkani poliklorurati (PCA) fil-kimika analitika. L-Awtorità nnotat li ma setgħetx twettaq valutazzjoni robusta tal-esponiment u għaldaqstant, karatterizzazzjoni tar-riskju sħiħa minħabba nuqqas ta’ data u kkonkludiet li għalhekk, id-derivazzjoni ta’ valur ta’ gwida bbażat fuq is-saħħa għas-CPs ma kinitx xierqa f’dak iż-żmien. L-Awtorità rrakkomandat, fost l-oħrajn, li jiġu żviluppati metodi analitiċi vvalidati għad-determinazzjoni tal-okkorrenza tas-CPs, kif ukoll standards xierqa tas-CPs u tal-materjali ta’ referenza. Biex tagħti lok għal valutazzjoni tal-esponiment tal-bniedem robust, irrakkomandat ukoll li tinġabar aktar data dwar il-preżenza ta’ paraffini klorurati b’katina qasira (SCCPs), paraffini klorurati b’katina medja (MCCPs) u paraffini klorurati b’katina twila (LCCPs), rispettivament magħrufin ukoll bħala PCAs b’tul tal-katina ta’ C10 sa C13, C14 sa C17 u C18 sa C30. |
|
(2) |
Mill-ħidma tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pollutanti organiċi persistenti (POPs) aloġenati fl-għalf u fl-ikel dwar l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ metodu biex jiġu analizzati s-CPs fl-ikel, jirriżulta li metodu biex jiġu analizzati s-CPs kollha, inklużi l-LCCPs, huwa disponibbli biss fi ftit laboratorji esperti. |
|
(3) |
Għalhekk, biex tkun tista’ tinġabar data robusta u peress li l-PCAs b’tul tal-katina ta’ C10-C17 huma l-grupp predominanti ta’ PCAs preżenti fl-ikel, huwa meħtieġ approċċ analitiku fejn is-somma ta’ tali PCAs fl-ikel għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ metodu ta’ analiżi li għalih it-tagħmir ikun disponibbli b’mod aktar wiesa’ u l-analiżi tkun inqas ta’ piż. Madankollu, biex jiġi żgurat li titwettaq analiżi dettaljata suffiċjenti mingħajr ma tinqabeż il-kapaċità tal-laboratorji esperti, u, b’mod partikolari, biex tinġabar aktar informazzjoni dwar id-distribuzzjoni speċifika fl-ikel tal-PCAs b’tul tal-katina differenti u dwar il-korrelazzjoni tas-somma tal-PCAs b’tul tal-katina ta’ C10-C17 b’PCAs b’katina itwal, il-kampjuni minn gruppi speċifiċi tal-ikel li jaqbżu ċertu limitu għas-somma ta’ dawk il-PCAs derivati mid-data eżistenti għandhom ikunu soġġetti għal analiżi fil-laboratorji esperti tal-PCAs kollha, inklużi l-PCAs b’tul tal-katina ta’ C18-C30. |
|
(4) |
Għalhekk, jixraq li jiġi rrakkomandat il-monitoraġġ tas-CPs fl-ikel. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
(1) |
L-Istati Membri, f’kollaborazzjoni mal-operaturi tan-negozji tal-ikel, għandhom jimmonitorjaw il-preżenza tas-CPs fl-ikel matul is-snin 2026, 2027, 2028 u 2029. |
|
(2) |
Il-monitoraġġ għandu jinkludi gruppi tal-ikel, kif speċifikat fil-punt (4). |
|
(3) |
Is-somma tal-PCAs b’tul tal-katina ta’ C10-C17 għandha tiġi ddeterminata bil-kromatografija b’fażi gassuża-spettrometrija tal-massa f’tandem (GC-MS/MS) jew bil-kromatografija b’fażi gassuża abbinata mal-ispettrometrija tal-massa b’riżoluzzjoni baxxa (GC-LRMS). Meta jiġu applikati tekniki tal-kejl alternattivi, għandha tkun disponibbli evidenza li dawn jagħtu r-riżultati wkoll għas-somma tal-PCAs b’tul tal-katina ta’ C10-C17. F’każ li l-livell tas-somma tal-PCAs b’tul tal-katina C10-C17 jinsab ogħla mill-valur ta’ limitu speċifikat fil-punt (4), għandha titwettaq analiżi tal-PCAs kollha, inkluż il-PCAs b’tul tal-katina C18-C30, bl-użu tal-kromatografija likwida (LC) jew tal-kromatografija b’fażi gassuża (GC) abbinata mal-spettrometrija tal-massa b’riżoluzzjoni għolja (HRMS). |
|
(4) |
Il-valuri ta’ limitu tas-somma tal-PCAs b’tul tal-katina C10-C17 huma kif ġej:
|
|
(5) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jipprovdu d-data lill-Awtorità għall-kompilazzjoni f’bażi tad-data waħda skont ir-rekwiżiti tal-Gwida tal-Awtorità dwar id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) għall-Ikel u għall-Għalf u r-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali ta’ rapportar tal-Awtorità (2). |
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar kontaminanti fil-katina tal-ikel), 2020. Opinjoni Xjentifika — Valutazzjoni tar-riskju tal-paraffini klorurati fl-għalf u fl-ikel. EFSA Journal 2020;18(3):5991, 220 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.5991.
(2) https://www.efsa.europa.eu/en/call/call-continuous-collection-chemical-contaminants-occurrence-data-0.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2026/2335/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)