2004D0301 — MT — 08.07.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Marzu 2004

li tidderoga mid-Deċiżjonijiet Nru 2003/803/KE u 2004/203/KE rigward il-format taċ-ċertifikati u l-passaporti għall-moviment mhux għal skopijiet kummerċjali tal-klieb, qtates u inmsa u li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/203/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 1068)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/301/KE)

(ĠU L 098, 2.4.2004, p.55)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-1 ta' Lulju 2004

  L 237

21

8.7.2004




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Marzu 2004

li tidderoga mid-Deċiżjonijiet Nru 2003/803/KE u 2004/203/KE rigward il-format taċ-ċertifikati u l-passaporti għall-moviment mhux għal skopijiet kummerċjali tal-klieb, qtates u inmsa u li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/203/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 1068)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/301/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-moviment mhux għal skopijiet kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/65/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 8(4) u 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet veterinarji li japplikaw għall-moviment ta’ klieb, qtates u inms domestiċi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/803/KE ( 2 ) tistabbilixxi passaport mudell għall-moviment mhux għal skopijiet kummerċjali ta’ annimali ta’ dawk l-ispeċi bejn Stati Membri, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/203/KE ( 3 ) li tistabbilixxi ċertifikat mudell għall-moviemnt mhux għal skopijiet kummerċjali minn pajjiżi terzi.

(3)

Mit-3 ta’ Lulju 2004 id-dokumenti li jikkonformaw ma’ dawk il-mudelli għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli.

(4)

Sabiex tkun faċilitata t-transizzjoni għall-arranġamenti tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, iċ-ċertifikati li jkunu nħarġu għad-dħul fi Stat Membru qabel ma jibda japplika dak ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala validi sad-data ta’ l-għeluq tagħhom jekk jaderixxu mal-kondizzjonijiet stabbiliti b’dak ir-Regolament.

(5)

Madankollu, fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika ta’ Stati Membri mniżżlin fl-Anness II, parti A, ikun approprjat jekk matul dan il-perjodu ta’ transizzjoni jinżammu l-kondizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-aċċettazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ l-idrofobija (rabja).

(6)

Huwa wkoll xieraq li jiġu rikonoxxuti bħala validi t-titrazzjonijiet ta’ l-antikorpi magħmula fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li kienu applikabbli qabel ma ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/296/KE tad-29 ta’ Marzu 2001 li tawtorizza l-laboratorji li jikkontrollaw l-effikaċja tal-vaċċinazzjon kontra l-idrofobija f’ċerti karnivori domestiċi ( 4 ).

(7)

Barra dan, meta titqies it-talba ta’ ċerti pajjiżi terzi, il-passaport mudell stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 2003/803/KE għaċ-ċaqliq ġewwa l-Komunità għal skopijiet mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa għandu jkun rikonoxxut bħala validu għaċ-ċaqliq għal skopijiet mhux kummerċjali ta’ annimali ta’ dawk l-ispeċi minn pajjiżi terzi mniżżlin fit-taqsima 2 tal-parti B ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 bħala alternattiva għaċ-ċertifikati validi għall-moviment minn pajjiżi terzi.

(8)

Billi r-Regolament (KE) Nru 998/2003 jibda jgħodd mit-3 ta’ Lulju 2004, din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mill-istess data.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



L- Artikolu 1

Bħala deroga mid-Deċiżjonijiet Nru 2003/803/KE u Nru 2004/203/KE, u fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta’ l-idrofobija, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw iċ-ċaqliq għal skopijiet mhux kummerċjali bejn l-Istati Membri u minn pajjiżi terzi ta’ klieb, qtates u inmsa akkompanjati b’ċertifikat f’format differenti mill-mudelli stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet bil-kondizzjoni li jkun jissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) li jkun ħareġ qabel it- ►M1  1 ta’ Ottubru 2004 ◄ ;

(b) illi l-perjodu ta’ validità ma jkunx għadu skada; u

(ċ) jiċċertifika konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

Madankollu, ir-Renju Unit, l-Irlanda u l-Isvezja jistgħu jżommu l-kondizzjonijiet nazzjonali applikabbli qabel it-3 ta’ Lulju 2004 għall-aċċettazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ l-idrofobija.

L- Artikolu 2

It-titrazzjonijiet ta’ l-antikorpi magħmula fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 2001/296/KE li tistabbilixxi lista ta’ laboratorji awtorizzati li jwettqu dan it-test, jiġu kkunsidrati bħala validi.

L- Artikolu 3

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 2004/203/KE jiġi mibdul b’dan li ġej:

“L- Artikolu 1

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċ-ċertifikat mudell għall-moviment għal skopijiet mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-klieb, qtates u inmsa, li hemm previst fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

Dan iċ-ċertifikat ikun meħtieġ għad-dħul mill-pajjiżi terzi kollha ġewwa Stat Mambru barra l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Init u għad-dħul fl-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi mniżżlin fit-taqsima 2 tal-parti B u l-parti Ċ ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2.  B’deroga minn paragrafu 1, L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment għal skopijiet mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa akkompanjati b’passaport skond il-mudell stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 2003/803/KE minn dawk il-pajjiżi terzi mniżżlin fit-taqsima 2 tal-parti B ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 li jkunu avżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-intenzjoni tagħhom li jużaw il-passaport minflok iċ-ċertifikat.”

L- Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mit-3 ta’ Lulju 2004.

L- Artikolu 5

Dan id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1.

( 2 ) ĠU L 312, tas-27.11.2003, p. 1.

( 3 ) ĠU L 65, tat-3.3.2004, p. 13.

( 4 ) ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 58.