<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑111/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0111</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:532">EU:C:2016:532</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160707">7.7.2016</DATE> – KAWŻA C‑111/15</P><P>OBČINA GORJE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Sloven.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika Agrikola Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1698/2005</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 65/2011</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament mill-FAEŻR</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għall-iżvilupp rurali</KEYWORD><KEYWORD>Regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ratione temporis</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni kompleta</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tal-għajnuna</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑111/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upravno sodišče (qorti amministrattiva, is-Slovenja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Občina Gorje</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Republika Slovenija,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, F. Biltgen, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur) u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Občina Gorje, minn A. Mužina, odvetnik,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Sloven, minn V. Klemenc, bħala aġent, assistita minn B. Jovin Hrastnik, konsulent legali,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Simmons, bħala aġent, assistita minn G. Facenna, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Aquilina u B. Rous Demiri, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20160420">20 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286M" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2005">ĠU L 286M, p. 26</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn l-Občina Gorje (muniċipalità ta’ Gorje, Slovenja) u r-Republika Slovenija (ir-Repubblika tas-Slovenja) rigward ir-rifjut lil din il-muniċipalità li jsirilha pagament ta’ għajnuna taħt il-programm ta’ żvilupp rurali kofinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 61 tar-Regolament Nru 1698/2005 kienet ifformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u soġġett għal eċċezzjonijiet, għandu jkun hemm regoli nazzjonali dwar l-eliġibbilità tal-ispejjeż.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 71 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="071.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribut tal-FAEŻR jekk l-għajnuna rilevanti hija fil-fatt imħallsa mill-aġenzija ta’ pagament bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>. Operazzjonijiet kofinanzjati m’għandhomx jitlestew qabel id-data tal-bidu tal-eliġibbilità.</ALINEA><ALINEA>Nefqa ġdida miżjuda fil-mument tal-modifika ta’ programm imsemmi fl-Artikolu 19, għandha tkun eliġibbli mid-data ta’ meta l-Kummissjoni tirċievi t-talba għal modifika tal-programm.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribut tal-FAEŻR unikament meta magħmula għal operazzjonijiet deċiżi mill-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programm inkwistjoni jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, f’konformità mal-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti mill-korp kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli dwar l-eliġibbilità tan-nefqa għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, soġġett għall-kondizzjonijiet speċjali stabbiliti minn dan ir-Regolament għal ċerti miżuri għall-iżvilupp rurali.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 74(1) tal-imsemmi regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġislattivi, statutorji u amministrattivi kollha [...] sabiex jiżguraw li l-interessi finanzjarji tal-[Unjoni] jkunu protetti b’mod effettiv.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1698/2005 kien is-suġġett ta’ żewġ regolamenti ta’ implementazzjoni suċċessivi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="368" PAGE.FIRST="74" DATE.PUB="2006">ĠU L 368, p. 74</REF.DOC.OJ>), imbagħad ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="025" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 25, p. 8</REF.DOC.OJ>), li ħassar dak preċedenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 65/2011 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pagamenti għandhom jiġu kkalkulati abbażi ta’ dak li jinstab li huwa eliġibbli matul il-kontrolli amministrattivi.</ALINEA><ALINEA><P>L-Istat Membru għandu jeżamina t-talba għal pagament mibgħuta mill-benefiċjarju, u jistabbilixxi l-ammonti li huma eliġibbli għall-appoġġ. Dan għandu jistabbilixxi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ammont pagabbli lill-benefiċjarju abbażi biss tat-talba għal pagament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ammont pagabbli lill-benefiċjarju wara eżaminazzjoni tal-eliġibbiltà tat-talba għal pagament.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Jekk l-ammont stabbilit skont il-punt (a) jaqbeż l-ammont stabbilit skont il-punt (b) b’iżjed minn 3 %, għandu jiġi applikat tnaqqis mill-ammont stabbilit skont il-punt (b). L-ammont tat-tnaqqis għandu jkun id-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, l-ebda tnaqqis m’għandu jiġi applikat jekk il-benefiċjarju jista’ juri li huwa m’għandux tort għall-inklużjoni tal-ammont mhux eliġibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jinstab li benefiċjarju għamel dikjarazzjoni falza intenzjonalment, l-operazzjoni kkonċernata għandha tiġi eskluża mill-appoġġ mill-FAEŻR u kwalunkwe ammonti mħallsa diġà għal dik l-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati. Barra minn hekk, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż milli jirċievi appoġġ taħt l-istess miżura għas-sena kalendari tas-sejba u għas-sena kalendarja ta’ wara.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 huwa rrevokat b’effett mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tat-talbiet għal pagamenti sottomessi qabel l-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Sloven</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Iż-Zakon o kmetijstvu (liġi fuq l-agrikoltura, Uradni list RS, št. 45/2008, 57/2012, 90/2012, iktar ’il quddiem, iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Zkme‑1<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali fil-qasam tal-iżvilupp rurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 taż-ZKme-1 :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-gvern jadotta, skont id-dokumenti ta’ programmazzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-miżuri ta’ politika agrikola.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ din il-liġi jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet tal-implementazzjoni tal-miżuri ta’ żvilupp rurali, il-gvern jistabbilixxi:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>it-tip ta’ miżuri, il-kundizzjonijiet, il-benefiċjarji, il-kriterji u l-proċeduri ta’ introduzzjoni u ta’ implementazzjoni ta’ kull miżura ta’ żvilupp rurali;</P></ITEM><ITEM><P>ir-riżorsi finanzjarji intiżi għal kull miżura ta’ żvilupp rurali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji, l-Artikolu 53(1) taż-ZKme-1 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji intiża għall-partijiet li t-talbiet tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mid-dispożizzjonijiet legali u s-sejħa għal offerti, u riżorsi jingħataw għal dan l-għan.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Rigward it-talbiet għal ħlas ta’ sussidji, l-Artikolu 56(4) taż-ZKme-1 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-awtorità għandha tiċħad permezz ta’ deċiżjoni kull talba li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti mid-dispożizzjonijiet legali, is-sejħa għal offerti jew id-deċiżjoni fuq l-eliġibbiltà għas-sussidji<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Abbażi taż-ZKme-1, il-Gvern Sloven adotta l-Uredba o ukrepih 1., 3. in 4. osi Programa razvoja podeželja Republike Slovenije za obdobje 2007-2013 v letih 2010-2013 (digriet fuq il-miżuri tal-assi 1, 3 u 4 tal-programm ta’ żvilupp rurali għall-perijodu 2007‑2013, Uradni list RS, št. 40/2010, 85/2010, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>digriet PRP<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>,).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 79(4) tad-digriet PRP:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Infiq ta’ investiment eliġibbli huwa biss l-infiq li jkun ġie sostnut bejn id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji u l-ikkompletar tal-proġett ta’ investiment, jew mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>. Il-fatt li l-benefiċjarju jidħol f’obbligu taħt eventwali sussidji mogħtija (konklużjoni ta’ kuntratt kwalunkwe, ordni ta’ materjal, ta’ apparat, ta’ servizzi jew ta’ xogħlijiet) jitqies li jikkostitwixxi l-ewwel nefqa.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-ministeru għall-agrikoltura, il-forestrija u l-ikel tar-Reppubblika tas-Slovenja ppubblika, taħt id-digriet PRP, sejħa għal offerti għall-miżura 322 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ir-rinnovazzjoni u l-iżvilupp tal-irħula<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà li għandhom jiġu ssodisfatti mal-preżentata tat-talba fil-kuntest tas-sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, il-Kapitolu IV/1 ta’ din is-sejħa għal offerti, jipprevedi, fil-punt 1 tat-taqsima <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Investiment<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>It-twettiq tal-investiment ma jistax jinbeda qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kapitolu VI tas-sejħa għal offerti jipprevedi, fil-punt 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Skont l-Artikolu 79(4) tad-digriet PRP, huwa eliġibbli għall-għajnuna biss l-infiq ta’ investiment li jkun ġie sostnut bejn id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji u l-ikkompletar tal-proġett ta’ investiment, jew mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-punti 4 u 5 tal-Kapitolu VI tas-sejħa għal offerti jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(4)</NO.P><TXT>Huma wkoll eliġibbli għall-għajnuna l-eventwali spejjeż ġenerali, bħat-tħejjija tat-talba, l-ispejjeż għall-akkwist tad-dokumentazzjoni dwar il-kostruzzjoni, l-istabbiliment tat-talbiet għal pagament, sostnuti wara l-<DATE ISO="20070101">1.1.2007</DATE> sal-preżentata tal-aħħar talba għal ħlas ta’ sussidju. L-awtur tat-talba, qabel id-data tal-bidu tal-eliġibbiltà tal-infiq, ma jistax jibda x-xogħlijiet u lanqas ma jidħol għal kwalunkwe obbligu taħt eventwali sussidji allokati.</TXT></NP><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Huwa meqjus li jikkostitwixxi l-ewwel nefqa, skont l-Artikolu 79 tad-digriet PRP, il-fatt li l-benefiċjarju jidħol f’obbligu kwalunkwe taħt eventwali sussidji mogħtija (konklużjoni ta’ kuntratt kwalunkwe, ordni ta’ materjal, ta’ apparat, ta’ servizzi jew ta’ xogħlijiet). L-awtur tat-talba jista’<?PAGE NO="5"?> jibda l-proċedura ta’ selezzjoni tal-fornitur b’mod konformi mal-liġi dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, iżda ma jistax jikkonkludi l-kuntratt mal-fornitur magħżul qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja (l-aġenzija tas-swieq agrikoli u tal-iżvilupp rurali tar-Repubblika tas-Slovenja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) wettqet il-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għal miżuri ta’ rinnovazzjoni u ta’ żvilupp ta’ rħula fil-kuntest tal-programm rurali tar-Repubblika tas-Slovenja għas-snin 2007 sa 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-muniċipalità ta’ Gorje ppreżentat, fid-<DATE ISO="20100819">19 ta’ Awwissu 2010</DATE>, talba għal għajnuna fil-kuntest ta’ din is-sejħa għal offerti, sabiex tikseb il-kofinanzjament mill-FAEŻR tal-proġett ta’ rinnovazzjoni ta’ bini li tiegħu hija kienet koproprjetarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Qabel il-preżentata tat-talba tagħha għal għajnuna, hija organizzat proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, u fit-tmiem tagħha ntgħażel fornitur ta’ xogħlijiet. Il-muniċipalità ta’ Gorje ffirmat, fit-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, ma’ dan il-fornitur żewġ kuntratti b’kundizzjoni sospensiva ta’ eżekuzzjoni, skont liema dawn il-kuntratti jipproduċu l-effetti tagħhom biss jekk il-proġett tal-muniċipalità ta’ Gorje jkun eliġibbli għall-programm ta’ żvilupp rurali ssussidjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20101019">19 ta’ ottubru 2010</DATE>, l-aġenzija ddeċidiet favur il-proġett tal-muniċipalità ta’ Gorje u tatu kofinanzjament taħt dan il-programm għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">128200.52</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara l-preżentata, fl-<DATE ISO="20110601">1 ta’ Ġunju 2011</DATE>, tat-talba tal-muniċipalità ta’ Gorje intiża għall-pagament tas-somma li kienet ingħatatilha, l-aġenzija wettqet verifika fuq il-post tal-bini li kellu jiġi rrinnovat. B’dan il-mod hija kkonstatat, billi bbażat ruħha fuq il-ġurnal tas-sit, li x-xogħlijiet ta’ twaqqigħ tas-saqaf tal-bini kienu bdew fis‑<DATE ISO="20100816">16 ta’ Awwissu 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Kemm iż-ZKme-1 kif ukoll is-sejħa għal offerti kienu jipprevedu li huwa eliġibbli għall-kofinanzjament mill-FAEŻR biss l-infiq sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti tas-sussidju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111103">3 ta’ Novembru 2011</DATE>, l-aġenzija rrifjutat li tipproċedi bil-pagament tal-ammont sħiħ tal-għajnuna prevista għall-operazzjoni ta’ rinnovazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ġiet adita għall-ewwel darba mill-muniċipalità ta’ Gorje b’rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111103">3 ta’ Novembru 2011</DATE>. Wara li laqgħet ir-rikors ta’ din il-muniċipalità, l-Upravno sodišče (qorti amministrattiva) bagħtet lura t-tilwima quddiem l-aġenzija sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, l-aġenzija rrifjutat għat-tieni darba li tipproċedi bil-pagament tal-għajnuna mogħtija bid-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20101019">19 ta’ Ottubru 2010</DATE>. Il-muniċipalità ta’ Gorje kkontestat mill-ġdid dan ir-rifjut quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-muniċipalità ta’ Gorje ssostni, minn naħa, li l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà applikati mill-aġenzija huma iktar stretti minn dawk previsti mir-Regolament Nru 1698/2005. Min-naħa l-oħra, huma biss ix-xogħlijiet imwettqa fuq l-inizjattiva tal-koproprjetarju tal-bini li għandu jiġi rrinnovat li bdew qabel il-preżentata tat-talba għal għajnuna, u l-muniċipalità ta’ Gorje daħlet f’impenji biss bil-kundizzjoni tal-għoti tal-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, għaldaqstant, dwar il-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet nazzjonali sa fejn huma jipprevedu kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà li huma iktar stretti fiż-żmien minn dawk li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1698/2005. Barra minn hekk, hija tistaqsi jekk l-imsemmi regolament jippermettix lill-awtoritajiet nazzjonali, fil-każ tan-nuqqas ta’ eliġibbiltà ta’ ċertu nfiq, jiċħdu t-talba għal kofinanzjament fl-intier tagħha jew jekk tali sanzjoni hijiex ħarxa wisq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Upravno sodišče (qorti amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1698/2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, li jipprovdi li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, suġġett għall-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti minn dan ir-regolament għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 79(4) tad-Digriet PRP, u fil-punt 3 tal-Kapitolu VI tas-sejħa għal offerti, liema leġiżlazzjoni tipprovdi li l-infiq ta’ investiment eliġibbli huwa biss dak li jkun ġie sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji (sat-tmiem tal-proġett ta’ investiment jew sa mhux iktar mit-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-Regolament Nru 1698/2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 56[(4) taż-Zkme-1], li jipprovdi li kull talba li ma tkunx konformi mal-Artikolu 79(4) tad-Digriet PRP, dwar l-infiq ta’ investiment eliġibbli sostnut wara d-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni, għandha tiġi miċħuda kollha kemm hi?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 1698/2005 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema huwa eliġibbli għall-parteċipazzjoni tal-FAEŻR fil-kofinanzjament ta’ operazzjoni ta’ żvilupp rurali magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà ta’ din, biss l-infiq sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis, b’mod partikolari, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fit-tilwima mressqa quddiemha tistabbilixxi kundizzjonijiet kunsiderevolment iktar restrittivi fil-qasam ta’ kofinanzjament tal-miżuri ta’ żvilupp rurali mir-Regolament Nru 1698/2005, u, li, għaldaqstant, għandha mnejn tikser id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, għalkemm minħabba n-natura tagħhom stess u l-funzjoni tagħhom fl-iskema tas-sorsi tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti għandhom, ġeneralment, effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri ta’ applikazzjoni, uħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom jistgħu jeħtieġu, madankollu, għall-implementazzjoni tagħhom, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni mill-Istati Membri (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ketelä</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑592/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Szatmári Malom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:327">EU:C:2014:327</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa stabbilit li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni ta’ regolament jekk ma jostakolawx l-applikabbiltà diretta tiegħu, jekk ma jaħbux in-natura tiegħu ta’ att ta’ dritt tal-Unjoni u jekk jispeċifikaw l-eżerċizzju ta’ marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija minn dan<?PAGE NO="7"?> ir-regolament filwaqt li jibqgħu fil-parametri tad-dispożizzjonijiet tiegħu (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ketelä</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑592/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Szatmári Malom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:327">EU:C:2014:327</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Huwa b’riferiment għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regolament inkwistjoni, interpretati fid-dawl tal-għanijiet ta’ dan, li għandu jiġi stabbilit jekk dawn jipprojbixxux, jimponux jew jippermettux lill-Istati Membri li jadottaw ċerti miżuri ta’ applikazzjoni u, b’mod partikolari f’din l-aħħar ipoteżi, jekk il-miżura kkonċernata tidħolx fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lil kull Stat Membru (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ketelä</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑592/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regolament inkwistjoni, għandu, minn naħa, jiġi osservat li, skont l-Artikolu 71(3) tal-imsemmi regolament, ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq huma, fil-prinċipju, ffissati fuq il-livell nazzjonali, suġġett għal kundizzjonijiet partikolari stabbiliti taħt l-imsemmi regolament għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Szatmári Malom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:327">EU:C:2014:327</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 71(1) u (2) tar-Regolament Nru 1698/2005 jipprevedi li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[o]perazzjonijiet kofinanzjati m’għandhomx jitlestew qabel id-data tal-bidu tal-eliġibbilità<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jiġifieri l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, u li l-infiq huwa eliġibbli biss jekk isir għall-operazzjonijiet magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li, sa fejn il-paragrafu 3 tal-istess artikolu jagħti lill-Istati Membri l-kompetenza ġenerali li jistabbilixxu r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija Stati Membri għandhom raġun jipprevedu kundizzjoni għall-eliġibbiltà ta’ dan, marbuta b’mod partikolari mal-fatt li dan l-infiq jitwettaq wara l-approvazzjoni tat-talba għal għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-fatt li tali kundizzjoni tipparteċipa fit-twettiq tal-prinċipju ta’ allokazzjoni tal-infiq għal operazzjoni partikolari, kif previst mill-Artikolu 71(2) tar-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-għan tar-Regolament Nru 1698/2005, għandu jiġi osservat li dan jikkonsisti, skont il-ħames premessa tiegħu, fil-promozzjoni tal-iżvilupp rurali. Għaldaqstant, kundizzjoni li tillimita l-eliġibbiltà tal-infiq marbut ma’ operazzjoni kofinanzjata biss għall-infiq magħmul wara d-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna hija konformi ma’ dan l-għan, sa fejn hija tiżgura, kif ikkonstata l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, allokazzjoni iktar effettiva tal-fondi tal-FAEŻR. Fil-fatt, minn naħa, tali kundizzjoni tippermetti li tiġi mmirata aħjar l-allokazzjoni tal-fondi, billi jitnaqqsu r-riskji marbuta mat-tibdil fiċ-ċirkustanzi li għandu mnejn iseħħ bejn id-data ta’ eżekuzzjoni tal-infiq u dik tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija kundizzjoni tippermetti li jitnaqqas ir-riskju li l-fondi jiġu attribwiti għal investimenti li għat-twettiq tagħhom ma huwiex meħtieġ sussidju pubbliku, peress li dawn l-investimenti huma diġà pendenti, jew saħansitra magħluqa, qabel l-għoti tal-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari, jew amministrattivi kollha sabiex jiżguraw protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Meta għajnuna titħallas taħt il-FAEŻR għal infiq li ġie sostnut jerġa’ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti, il-verifika tar-rilevanza ta’ tali nfiq tista’ tiġi reża diffiċli minħabba dan il-fatt, b’tali mod li l-effettività ta’ tali protezzjoni tista’ titnaqqas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tielet nett, mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tostakola l-applikabbiltà diretta jew taħbi n-natura ta’ dritt tal-Unjoni tar-Regolament Nru 1698/2005. Bil-kontra, l-Artikolu 12 taż-ZKme‑1 jipprevedi li huwa għall-finijiet tal-implementazzjoni tal-miżuri ta’ żvilupp rurali li l-gvern jistabbilixxi t-tip ta’ miżuri,<?PAGE NO="8"?> il-kundizzjonijiet, il-benefiċjarji, il-kriterji u l-proċeduri ta’ introduzzjoni u ta’ implementazzjoni ta’ kull miżura ta’ żvilupp rurali. F’kull każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki meħtieġa f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, għandu jiġi kkonstatat li, suġġett għall-imsemmija verifiki, billi pprevediet li huwa biss l-infiq li jsir għal operazzjoni magħżula għal kofinanzjament mill-FAEŻR sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna li huwa eliġibbli għall-imsemmi kofinanzjament, ir-Repubblika tas-Slovenja ma marritx lil hinn mill-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilha permezz tar-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 1698/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema huwa eliġibbli għall-parteċipazzjoni tal-FAEŻR fil-kofinanzjament ta’ operazzjoni magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà ta’ din, biss l-infiq sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 71(3) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi ċ-ċaħda fl-intier tagħha tat-talba għal pagament marbuta ma’ operazzjoni magħżula għal kofinanzjament mill-FAEŻR, meta ċertu nfiq imwettaq għal din l-operazzjoni jkun ġie sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-punti 38 u 39 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 71(2) u (3) tar-Regolament Nru 1698/2005, filwaqt li jipprevedi li huwa eliġibbli għall-parteċipazzjoni tal-FAEŻR biss l-infiq imwettaq għal operazzjoni magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà ta’ din, iħalli f’idejn l-Istati Membri, fil-prinċipju, sabiex jistabbilixxu r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalkemm dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu l-qafas rigward il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-infiq għall-parteċipazzjoni tal-FAEŻR li jista’ jkun is-suġġett ta’ talba għal pagament, huma ma jispeċifikawx madankollu l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet rigward l-ammont tal-pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 65/2011, applikabbli, skont l-Artikolu 34(1) tal-istess regolament, għat-talbiet għal pagament ippreżentati mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, jirrigwarda b’mod speċifiku t-tnaqqis u l-esklużjonijiet tal-infiq imwettaq għal operazzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament mill-FAEŻR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-imsemmi Artikolu 30 jipprevedi, essenzjalment, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-Istati Membri jeżaminaw it-talba għal pagament sabiex jistabbilixxu l-ammonti ammissibbli għall-għajnuna. B’dan il-mod, jekk l-ammont pagabbli taħt il-kofinanzjament mill-FAEŻR biss abbażi tat-talba għal pagament ikun superjuri b’iktar minn 3 % tal-ammont pagabbli wara verifika tal-ammissibbiltà tat-talba għal pagament, tnaqqis ta’ dan l-ammont imsemmi l-aħħar li jikkorrispondi għad-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti jiġi applikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 30(2) tar-Regolament Nru 65/2011 jindika li kull dikjarazzjoni falza magħmula intenzjonalment mill-benefiċjarju tal-għajnuna twassal għall-esklużjoni tal-operazzjoni inkwistjoni fl-intier tagħha mill-għajnuna tal-FAEŻR u l-irkupru ta’ kull ammont diġà mħallas għal din l-operazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li ċertu nfiq imwettaq għall-operazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġie sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju speċifikat li, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-infiq, jiġifieri l-Artikolu 56(4) taż-ZKme-1, moqri flimkien mal-Artikolu 79(4) tad-digriet PRP, meta waħda min-nefqiet imwettqa għal operazzjoni magħżula għal kofinanzjament mill-FAEŻR tkun ġiet sostnuta wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna, it-talba għal pagament marbuta mal-operazzjoni kollha magħżula tiġi miċħuda mill-awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 79 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Istati Membri ma jistgħux japplikaw miżura ta’ rifjut ta’ pagament tant radikali għal sitwazzjonijiet oħra għajr dik prevista fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament Nru 65/2011, rigward l-ipoteżi fejn dikjarazzjoni falza ssir intenzjonalment mill-benefiċjarju tal-għajnuna. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Artikolu 30 ta’ dan ir-regolament jipprevedi tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna, ikkalkolat skont il-metodu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Tali metodu, li jikkonsisti fl-esklużjoni tal-infiq li ma huwiex eliġibbli, jiġifieri, fiċ-ċirkustanzi fil-kawża prinċipali, dak sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna, jinvolvi element dissważiv, għaliex l-ammont effettivament pagabbli jitnaqqas b’ammont kunsiderevolment ogħla minn dak li jikkorrispondi għan-nefqa mhux eliġibbli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali metodu huwa intiż sabiex jipprevjeni l-effetti msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ta’ deadweight<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> filwaqt li jżomm in-natura proporzjonata, peress li l-infiq effettivament eliġibbli ma huwiex eskluż kollu mill-benefiċċju tal-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 71(3) tar-Regolament Nru 1698/2005 moqri flimkien mal-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 65/2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi ċ-ċaħda fl-intier tagħha tat-talba għal pagament marbuta ma’ operazzjoni magħżula għal kofinanzjament mill-FAEŻR, meta ċertu nfiq imwettaq għal din l-operazzjoni jkun ġie sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx għamel intenzjonalment dikjarazzjoni falza fit-talba tiegħu għal pagament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema huwa eliġibbli għall-parteċipazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fil-kofinanzjament ta’ operazzjoni ta’ żvilupp rurali magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà ta’ din, biss l-infiq sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 71(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, moqri flimkien mal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi ċ-ċaħda fl-intier tagħha tat-talba għal pagament marbuta ma’ operazzjoni magħżula għal kofinanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp<?PAGE NO="10"?> Rurali, meta ċertu nfiq imwettaq għal din l-operazzjoni jkun ġie sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx għamel intenzjonalment dikjarazzjoni falza fit-talba tiegħu għal pagament.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>