|
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1848
tat-12 ta' Ottubru 2017
li japprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta (Dealurile Zarandului (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Dealurile Zarandului” li r-Rumanija bagħtet skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif jeżiġi l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Dealurile Zarandului” (IĠP) b'dan hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER