21.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/59


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 752/2010

tat-18 ta’ Awwissu 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-linarda fl-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew minn bastimenti rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010, allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk msemmi hemmhekk, għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

1/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

BLI/67-

Speċi

Linarda (Molva dypterygia)

Żona

L-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni VI, VII

Data

1 Jannar 2010