|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1358 |
1.12.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11318 — RENGO / MC / MCT / SUN-TOX)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1358)
1.
Fit-23 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Rengo Co., Ltd (“ Rengo ”, il-Ġappun) permezz tas-sussidjarja tagħha Sun-Tox Co., Ltd (“ Sun-Tox ”, il-Ġappun), |
|
— |
Mitsui Chemicals, Inc. (“ MC ”, il-Ġappun) permezz tas-sussidjarja tagħha Mitsui Chemicals Tohcello, Inc. (“ MCT ”, il-Ġappun). |
Rengo u MC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ MCT li assorbiet in-negozju ta’ Sun-Tox.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Rengo twettaq negozju relatat mal-imballaġġ u ċ-ċentri fl-oqsma tan-negozju ewlenin li ġejjin - kartun, imballaġġ immewweġ, kartun li jintewa, imballaġġ flessibbli u imballaġġ heavy-duty, |
|
— |
Sun-Tox hija attiva fil-produzzjoni ta’ tertuqa tal-plastik u tertuqa pproċessata sekondarja. Iż-żewġ prodotti prinċipali tagħha huma tertuqa ta’ polypropylene orjentata (oriented polypropylene) u Its two major products are oriented polipropilen (OPP) film u tertuqa ta’ polipropilen fondut (cast polypropylene, CPP), li huma użata, fost applikazzjonijiet oħra, fil-manifattura ta’ imballaġġ flessibbli, |
|
— |
MC hija attiva fil-manifattura ta’ firxa wiesgħa ta’ sustanzi kimiċi, lubrikanti, u reżini għal diversi applikazzjonijiet. Hija attiva wkoll f’industriji oħra li mhumiex ta’ rilevanza għall-konċentrazzjoni proposta bħas-Soluzzjonijiet tal-Kura tas-Saħħa tal-Ħajja u Soluzzjonijiet, Soluzzjonijiet ta’ Mobilità, u Soluzzjonijiet tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), |
|
— |
MCT hija attiva fil-manifattura ta’ tertuqa u folji tal-imballaġġ, b’mod partikolari t-tertuqa OPP, CPP u polietilen lineari ta’ densità baxxa (linear low-density polyethylene, LLDPE). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11318 - RENGO / MC / MCT / SUN-TOX
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1358/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)