Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tal-25 ta’ Ġunju 2008, Zipcar vs UASI (T-36/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ZIPCAR” għal prodotti fil-klassijiet 9, 39 u 42 kontra d-Deċiżjoni R 122/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-30 ta’ Novembru 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “CICAR” għal servizzi fil-klassi 39.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Zipcar Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.