<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-107/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0107</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:600">EU:C:2018:600</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180725">25.7.2018</DATE> – Kawża C‑107/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Aviabaltika</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/47/KE</KEYWORD><KEYWORD>Eżekuzzjoni tal-arranġamenti kollaterali finanzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista kollateral finanzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Seħħ tal-fatt li wassal għall-eżekuzzjoni tal-kollateral</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni tal-kollateral finanzjarju fil-massa ta’ falliment</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li d-djun jitħallsu, fl-ewwel lok, mill-kollateral finanzjarju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑107/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170224">24 ta’ Frar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Aviabaltika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> UAB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ūkio bankas<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, AB</HT>, fi stralċ</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, C. Vajda, E. Juhász, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Aviabaltika<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> UAB, minn E. Baranauskas, advokatas,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ūkio bankas<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> AB, minn T. Bairašauskas u D. Ušinskaitė-Filonovienė, advokatai,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn K. Dieninis u D. Kriaučiūnas kif ukoll minn L. Bendoraitytė, R. Butvydytė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Rius u A. Nijenhuis kif ukoll minn A. Steiblytė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1) u (5), kif ukoll l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020606">6 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 89), kif emendata bid-Direttiva 2009/44/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="146" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 146, p. 37</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Direttiva 2005/47<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Aviabaltika<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> UAB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ūkio bankas<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> AB, dwar talba għall-ħlas mingħand il-bank Ūkio bankas kontra Aviabaltika fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ kollateralizzazzjoni konklużi bejniethom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tad-Direttiva 2002/47 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għandu jiġi mwaqqaf reġim tal-Komunità, sabiex jipprovdi għal garanziji u flus bħala kollaterali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kollaterali finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>) kemm taħt imgħax tal-garanziji, kif ukoll strutturi ta’ trasferiment ta’ titolu inkluż ftehim ta’ xiri mill-ġdid (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>repos<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>). Dan jikkkontribwixxi għall-integrazzjoni u l-konvenjenza tas-suq finanzjarju, kif ukoll l-istabbilità tas-sistema finanzjarja fil-Komunità, u b’hekk tappoġġja l-libertà sabiex jiġu pprovduti servizzi u l-moviment ħieles tal-kapital f’suq wieħed fis-servizzi finanzjarji. Din id-Direttiva tiffoka fuq arranġamenti finanzjarji kollaterali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>arranġament kollaterali finanzjarju ta’ sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser arranġament li fih min qed jipprovdi l-kollateral jipprovdi kollateral finanzjarju bħala sigurtà lil jew favur ir-riċevitur tal-kollateral, u fejn il-proprjetà sħiħa jew kwalifikata tal-kollateral finanzjarju, jew id-dritt sħiħ għalih, tibqa’ ma’ min qed jipprovdi l-kollateral meta jiġi stabbilit id-dritt għas-sigurtà;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser l-obbligazzjonijiet li huma garantiti permezz ta’ arranġament dwar il-kollateral finanzjarju u li jagħtu dritt għal ħlas ta’ flus kontanti u/jew konsenja ta’ strumenti finanzjarji.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>proċeduri ta’ xoljiment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser proċeduri kollettivi li jinvolvu r-realizazzjoni ta’ assi u d-distribuzzjoni tar-rikavat fost il-kredituri, azzjonisti u membri, skont il-ħtieġa, li jinvolvu kwalunkwe intervent minn awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji, inkluż meta il-proċeduri kollettivi huma tterminati permezz ta’ kompożizzjoni jew miżura li tixxiebaħ, irrispettivament humiex fondati a bażi ta’ falliment jew huma volontarji jew obbligatorji;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(l)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>avveniment t’enforzar<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser avveniment ta’ inadempjenza, jew kwalunkwe avveniment ieħor simili kif mifthiem bejn il-partijiet, u li meta jseħħu, taħt it-termini ta’ arranġament dwar kollateral finanzjarju jew permezz ta’ l-operar tal-liġi, min jakkwista l-kollateral huwa ntitolat sabiex jirrealizza jew japproppria il-kollateral finanzjarju jew tidħol fis-seħħ dispożizzjoni dwar il-close-out netting:</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-enforzar ta’ l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi meta jseħħ avveniment t’enforzar, min jakkwista l-kollateral għandu jkun jista jirrealizza permezz tas-segwenti, kwalunkwe kollateral finanzjarju pprovdut taħt, u soġġett għat-termini mifthiema f’arranġament dwar il-kollateral finanzjarju tal-garanzija:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>flus kontanti permezz ta’ tpaċija tal-ammont kontra, jew billi jiġi applikat bħala skarigu ta’ l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-manjieri ta’ kif jiġi realizzat il-kollateral finanzjarju li għalih saret referenza fil-paragrafu 1, għandhom ikunu soġġetti għat-termini mifthiema fl-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta’ garanzija:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandu jkun ingħata avviż dwar l-intenzjoni għall-irrealizzar, minn qabel;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jidħol fis-seħħ skond it-termini tiegħu, nonostante l-inizzjalar jew il-kontinwazzjoni tal-proċeduri ta’ xoljiment jew miżuri ta’ organizazzjoni mill-ġdid, dwar minn jipprovdi l-kollateral jew min jakkwista l-kollateral.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-falliment ma’ japplikawx<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, kif ukoll il-għoti ta’ kollateral finanzjarju taħt dan l-arranġament, jista ma jiġix dikjarat invalidu jew bla effett, jew li jiġi mdawwar a bażi biss li l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun ġie fis-seħħ, jew il-kollateral finanzjarju jkun ġie pprovdut:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-jum li fih jinbdew il-proċeduri dwar ix-xoljiment, jew il-miżuri dwar l-organizazzjoni mill-ġdid, iżda qabel l-ordni jew digriet li bih jinbdew; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>f’terminu preskritt qabel, u definit permezz ta’ referenza għall-inizzjalar ta’ dawn il-proċeduri jew miżuri jew permezz ta’ referenza għall-għoti ta’ kwalunkwe ordni jew digriet, jew it-teħid ta’ kwalunkwe azzjoni oħra jew okkorrenza ta’ kwalunkwe avveniment ieħor fil-kors ta’ dawn il-proċeduri jew miżuri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jassiguraw meta jkun ġie fis-seħħ arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rilevanti, jew ikun ġie pprovdut il-kollateral finanzjarju fil-jum ta’ iżda wara l-mument ta’ l-inizzjalar tal-proċeduri ta’ xoljiment jew miżuri ta’ organizazzjoni mill-ġdid, għandu jkun enforzabbli legalment u li jorbot fuq terzi persuni jekk min ikun akkwista l-kollateral jista jipprova li ma kienx konxju, jew lanqas ma suppost kien jaf, bl-inizzjalar ta’ dawn il-proċeduri jew miżuri.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Lietuvos Respublikos finansinio užtikrinimo susitarimų įstatymas (il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Liġi Litwana dwar l-arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), li jimplementa d-Direttiva 2002/47, jipprovdi, fl-Artikolu 2(8) u (32):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.008"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>8.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>arranġament kollaterali finanzjarju mingħajr it-trasferiment ta’ titolu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> huwa ftehim li permezz tiegħu min jipprovdi l-kollateral, jipprovdi kollateral finanzjarju permezz ta’ garanzija favur ta’ jew lil, min jakkwista l-kollateral, u meta l-proprjetà sħiħa jew ristretta tal-kollateral finanzjarju tibqa ta’ min ikun jipprovdi l-kollateral.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.032"><NO.PARAG>32.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>obbligazzjoni finanzjarja rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> hija obbligu li l-eżekuzzjoni tiegħu hija garantita permezz ta’ arranġament dwar il-kollateral finanzjarju u li jagħti dritt għal ħlas ta’ flus kontanti u/jew konsenja ta’ strumenti finanzjarji u/jew ta’ assi marbuta ma’ dawk l-istrumenti finanzjarji. […]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(3) u (8) tal-Liġi Litwana dwar l-arranġamenti kollaterali finanzjarji:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’każ li jseħħ avveniment li jwassal għall-infurzar tal-kollateral finanzjarju, min jakkwista l-kollateral għandu d-dritt li jirrealizza unilateralment il-kollateral finanzjarju pprovdut taħt arranġament kollaterali finanzjarju mingħajr it-trasferiment ta’ titolu, b’wieħed mill-modi deskritti hawn taħt u skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-arranġament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>fil-każ tal-ispeċi, ta’ tpaċija tal-ammont kontra, jew billi jiġi applikat bħala skarigu ta’ l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>L-arranġament kollaterali finanzjarju jidħol fis-seħħ fid-dati previsti fih, indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ stralċ jew mill-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward ta’ min jipprovdi jew jakkwista l-kollateral.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111010">10 ta’ Ottubru 2011</DATE> u fis-<DATE ISO="20120816">16 ta’ Awwissu 2012</DATE>, Aviabaltika mal-bank Ūkio bankas ikkonkludew żewġ kuntratti ta’ kollateralizzazzjoni (minn hawn ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>il-kuntratti tal-2011 u tal-2012<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), li abbażi tagħhom garanziji kienu mogħtija lil sħab kontraenti ta’ Aviabaltika. Aviabaltika stess tat il-fondi li jinsabu fil-kont miftuħ f’isimha f’Ūkio bankas bħala kollateral għall-obbligi tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-kuntratti tal-2011 u tal-2012 kienu jipprovdu li l-fondi mħallsa fuq dan il-kont, bl-istess mod li l-obbligu ta’ restituzzjoni ta’ dawn il-fondi, kienu mogħtija lill-bank b’titolu ta’ sigurtà bħala garanzija għat-twettiq tajjeb tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti u kellhom jiġu kklassifikati bħala kollateral finanzjarju fis-sens tal-Liġi Litwana dwar l-arranġamenti kollaterali finanzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ūkio bankas mbagħad ikkonkludiet arranġamenti ta’ kontrokollateral ma’ Commerzbank AG, li b’applikazzjoni tagħhom Commerzbank pprovdiet kollaterali lill-Bank Statali tal-Indja u dan tal-aħħar lill-benefiċjarji finali ta’ dawn il-kollaterali, jiġifieri s-sħab kontraenti ta’ Aviabaltika. Bħala sigurtà, Ūkio bankas iddepożitat flejjes sal-limitu tal-ammont tal-kollaterali pprovduti minn Commerzbank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130502">2 ta’ Mejju 2013</DATE>, inbdiet proċedura ta’ insolvenza kontra Ūkio bankas mill-Kaunas apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Kaunas, il-Litwanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li Aviabaltika ma wettqitx l-obbligi tagħha fil-konfront tas-sħab kontraenti tagħha, min jakkwista l-kollateral bis-saħħa tal-arranġamenti tal-2011 u tal-2012, il-Commerzbank, fit-<DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, kellha twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-arranġamenti ta’ kontrokollateral u ddebitat parti mill-flus li Ūkio bankas kienet ippreżentat bħala sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20141028">28 ta’ Ottubru 2014</DATE>, Kaunas apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Kaunas) aċċettat l-obbligazzjonijiet ta’ Ūkio bankas tal-kreditu ta’ Aviabaltika, b’mod partikolari, fondi pprovduti lil dak il-bank bħala kollateral finanzjarju fil-qafas tal-arranġamenti tal-2011 u tal-2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ūkio bankas paċiet parti mill-imposti mħaddma minn Commerzbank mhux mal-fondi mogħtija taħt dan il-kollateral kkostitwit minn Aviabaltika, iżda mal-allowance pperċepit b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet Litwani dwar il-garanzija ta’ depożiti, li kien jinsab fuq kont ieħor ta’ Aviabaltika. Hija mbagħad talbet il-kundanna ta’ Aviabaltika tħallasha lura il-bilanċ dovut skont l-arranġamenti tal-2011 u tal-2012, wara tali kumpens, flimkien mal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20151214">14 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kaunas apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Kaunas) laqgħet dawn it-talbiet. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160531">31 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja) ikkonfermat din is-sentenza. Dawn il-qrati ddeċidew li l-arranġamenti tal-2011 u tal-2012 kienu jinkludu ftehim ta’ kollateral finanzjarju li l-objettiv tiegħu kienu l-fondi li jikkredita fil-kont miftuħ f’isem Aviabaltika ma’ dak il-bank. Huma qiesu li, wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward ta’ Ūkio bankas, dawn il-fondi kienu niżlu fl-assi rimanenti wara l-falliment u li d-dritt ta’ dan il-bank li tiddisponi minnhom kien limitat għall-projbizzjoni ta’ jitħallas kwalunkwe obbligu li ma jkunx ġie fid-data tal-ftuħ ta’ din il-proċedura, b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali f’dan il-qasam. Aviabaltika ressqet quddiem il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja) b’appell ta’ kassazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tesponi li Aviabaltika u Ūkio bankas ikkonkludew arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ sigurtà, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2002/47, u avveniment ta’ infurzar tal-kollateral seħħ wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza kontra min jakkwista l-kollateral, jew f’dan il-każ Ūkio bankas. B’hekk tqum, b’mod partikolari, il-kwistjoni jekk dan il-kollateral jista’ jiġi eżegwit minn min jakkwista l-kollateral, sabiex jirkupra d-dejn tiegħu fuq min jipprovdi l-kollateral jew Aviabaltika, imwielda minn nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn din tal-aħħar tal-obbligazzjonijiet finanzjarji koperti minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Aviabaltika issostni li, sabiex tirkupra d-dejn tagħha, Ūkio bankas għandha, abbażi tad-Direttiva 2002/47, b’mod partikolari tal-Artikolu 4 ta’ din tal-aħħar, tuża l-fondi li ppreżentatilha taħt l-imsemmi kollateral u mhux ta’ assi oħra proprjetà tagħha. Aviabaltika tqis barra minn hekk li kieku kienet laqgħet it-talbiet ta’ Ūkio bankas, hija ma tistax tiġbor dawn il-fondi fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza u għandha, fil-prattika, tħallsu għat-tieni darba f’dan il-bank l-ammont tal-kollateral finanzjarju. Ūkio bankas tqis, min-naħa l-oħra, li, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam bankarju u ta’ insolvenza, dawn il-fondi niżlu fl-assi rimanenti wara l-falliment u ma jistgħux<?PAGE NO="6"?> jintużaw biex isolvu l-pretensjonijiet tagħha stess. Hija żżid tgħid li, skont din id-direttiva, bħala min akkwista l-kollateral, hija għandha d-dritt, u mhux l-obbligu, li tuża l-fondi mogħtija f’dan ir-rigward u tista’ tagħżel li tirkupra l-kreditu tagħha fuq assi oħra ta’ Aviabaltika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, l-għoti bħala kollateral finanzjarju ta’ flus f’kont bankarju kellha l-effett li jkollha bħala kollateral l-obbligazzjoni ta’ rifużjoni ta’ dawn il-fondi, peress li l-proprjetà tal-imsemmija fondi hija ttrasferita lill-Bank. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam bankarju u ta’ insolvenza li fuqhom ibbażaw ruħhom il-qrati tal-ewwel istanza u tal-appell, huma applikabbli għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari l-projbizzjoni fuq kwalunkwe obbligu pendenti fid-data tal-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza, li tipprekludi t-twettiq ta’ dan il-kollateral u l-użu effettiv minn min jakkwista l-kollateral. Din il-qorti tenfasizza li, jekk min jipprovdi l-kollateral huwa obbligat iħallas l-obbligazzjonijiet finanzjarji koperti bl-għajnuna tal-assi l-oħrajn tiegħu minħabba dan in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ser ikun f’kunflitt, fil-prattika, mar-regoli dwar l-insolvenza sabiex jirkupra l-imsemmi kollateral.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47 għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni li tistabbilixxi li l-garanzija finanzjarja [kollateral finanzjarju] ma għandhiex tkun tifforma parti mill-assi rimanenti wara l-falliment tal-benefiċjarju tal-garanzija [ta’ min jakkwista l-kollateral] (tal-bank fi proċedura ta’ falliment)? Fi kliem ieħor, l-Istati Membri huma obbligati jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti lill-benefiċjarju tal-garanzija [lil min jakkwista l-kollateral] (lill-bank) li de facto jissodisfa l-kreditu tiegħu, li jkun iggarantit b’garanzija finanzjarja [kollateral finanzjarju] (jiġifieri mill-fondi li jinsabu fil-kont bankarju u mid-dritt ta’ kreditu fuq dawn il-fondi), minkejja li l-avveniment li jwassal għall-eżekuzzjoni tal-garanzija finanzjarja [kollateral finanzjarju] jseħħ wara l-ftuħ tal-proċeduri ta’ stralċ tal-benefiċjarju tal-garanzija [ta’ minn jakkwista l-kollateral](il-bank)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-istruttura tad-Direttiva 2002/47, l-Artikolu 4(1) u (5) għandu jiġi interpretat sistematikament bħala li jagħti lill-fornitur tal-garanzija [lil minn jipprovdi l-kollateral] d-dritt li jirrikjedi li l-benefiċjarju tal-garanzija [min jakkwista l-kollateral] (il-bank) jissodisfa l-kreditu tiegħu, li huwa iggarantit b’garanzija finanzjarja [kollateral finanzjarju] (mill-fondi li jinsabu fil-kont bankarju u mid-dritt ta’ kreditu fuq dawn il-fondi), fl-ewwel lok billi jdur kontra l-garanzija finanzjarja [kollateral finanzjarju] u bħala [li] jimponi l-obbligu korrispondenti fuq il-benefiċjarju tal-garanzija [min jakkwista l-kollateral] li jottempora ruħu ma’ tali rikjesta, minkejja li jkunu diġà nbdew il-proċeduri ta’ stralċ kontrih?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda u jekk il-fornitur tal-garanzija [min jipprovdi l-kollateral] jħallas il-kreditu ggarantit tal-benefiċjarju tal-garanzija [ta’ min jakkwista l-kollateral] permezz ta’ attiv ieħor li jappartjenu lilu, id-Direttiva 2002/47 u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 8 tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jkun hemm deroga, għall-benefiċċju tal-fornitur tal-garanzija [ta’ minn jipprovdi l-kollateral], mill-ugwaljanza fit-trattament tal-kredituri tal-benefiċjarju tal-garanzija [ta’ minn jakkwista l-kollateral] (tal-bank) li jkun fi proċedura ta’ stralċ u li dan tal-aħħar għandu jingħata preferenza fuq il-kredituri l-oħra fil-kuntest tal-imsemmija proċedura sabiex ikun jista’ jirkupra l-garanzija finanzjarja [kollateral finanzjarju]?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq l-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti lil min jakkwista l-kollateral taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tall-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, fuq dan il-kollateral, meta avveniment ta’ enforzar tal-kollateral iseħħ wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-konfront tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kollateral finanzjarju inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkun waqa’ fl-assi rimanenti wara l-falliment ta’ Ūkio bankas, min jakkwista l-kollateral, u ma jkunx jista’, minħabba projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni applikabbli fid-dritt nazzjonali, jiġi eżegwit sabiex ikun żgurat b’mod effettiv l-irkupru tal-kreditu tiegħu. B’hekk jidher li sitwazzjoni bħal din ikollha l-konsegwenza li tobbliga, fil-prattika, lil min jipprovdi l-kollateral, li jħallas għat-tieni darba lil min jakkwista l-kollateral l-ammont ta’ dan il-kollateral, li jaqa’ taħt il-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-ewwel nett, jirriżulta mingħajr ekwivoku mill-kliem tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47 li l-Istati Membri huma obbligati li jistabbilixxu qafas legali li permezz tiegħu l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun jista’ jidħol fis-seħħ skont it-termini tiegħu, minkejja l-inizjalar jew il-kontinwazzjoni tal-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jipprovdi l-kollateral jew min jakkwista l-kollateral. Din id-dispożizzjoni ssemmi espliċitament iż-żewġ partijiet għall-arranġament, mingħajr ma tagħmel distinzjoni, fir-rigward tal-eżekuzzjoni tiegħu, skont jekk il-ftuħ ta’ tali proċedimenti jintervjeni fir-rigward ta’ parti waħda jew l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-istruttura ġenerali u tal-għanijiet tad-Direttiva 2002/47, għandu jitfakkar li, skont il-premessa 3 tagħha, din hija intiża sabiex tiffavorixxi l-integrazzjoni u funzjonament bl-aħjar prezz tas-suq finanzjarju, kif ukoll l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, din id-direttiva stabbiliet sistema li għandha bħala għan li tillimita l-formalitajiet amministrattivi li jaffaċċjaw magħhom il-partijiet li jużaw il-kollaterali finanzjarji li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, li tissaħħaħ iċ-ċertezza legali ta’ dawn il-kollaterali billi jiġu esklużi minn ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam ta’ insolvenza sabiex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja u jiġu limitati l-effetti kontaġjużi fil-każ li parti tkun inadempjenti għall-arranġament dwar kollateral finanzjarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Private Equity Insurance Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:851">EU:C:2016:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fid-dawl tal-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, li jipprovdi li min jakkwista l-kollateral finanzjarju b’sigurtà għandu jkun jista’ jwettaq u b’wieħed mill-modi li jiddeskrivi, il-Qorti tal-Ġustizzja ġġudikat li din is-sistema tagħti, għaldaqstant, vantaġġ lil dawn il-kollaterali finanzjarji meta mqabbla ma tipi oħrajn ta’ sigurtà li ma jaqawx taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Private Equity Insurance Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:851">EU:C:2016:851</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, hemm lok li jiġi ppreċiżat li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet interrogata biss dwar il-kwistjoni jekk id-Direttiva 2002/47 kellha tiġi interpretata fis-sens li hija tagħti lil min jakkwista l-imsemmija il-kollaterali id-dritt li jeżegwixxih indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jipprovdi l-kollateral. Madankollu, peress li, kif jirriżulta mill-punt 23 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 4(5) ta’ din id-direttiva ma jagħmilx distinzjoni skont jekk il-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza jintervjeni fir-rigward ta’ min jipprovdi jew min jakkwista<?PAGE NO="8"?> l-kollateral, l-imsemmija direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li s-sistema li hija tistabbilixxi tagħti wkoll lil min jakkwista l-kollaterali finanzjarji d-dritt jeżegwixxi tali kollaterali, indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 85 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-Direttiva 2002/47 hija intiża biex tistabbilixxi sistema legali partikolari għall-kuntratt ta’ garanzija finanzjarja, bil-ħsieb li titrawwem l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, interpretazzjoni tal-Artikolu 4(5) ta’ din id-direttiva li tgħid li l-kollateral finanzjarju b’sigurtà jsir inoperanti minħabba l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista l-kollateral, li jwaqqaf lil dan tal-aħħar milli jirkupra effettivament il-kreditu tiegħu fuq dan il-kollateral u li jobbliga lil min jipprovdi l-kollateral, fil-prattika, li jħallsu t-tieni darba l-ammont tal-imsemmi kollateral, li jkun f’kunflitt kemm mal-kliem ta’ dan l-artikolu kif ukoll mal-għanijiet tad-Direttiva 2002/47. Fil-fatt, tali interpretazzjoni twassal li ċċaħħad f’miżura wiesgħa tali arranġament mill-effett tiegħu u tista’, jekk ikun il-każ, tikkawża diffikultajiet finanzjarji lil min jipprovdi l-kollateral, kuntrarjament għall-għan li jikkonsisti f’li jillimita l-effetti kontaġjużi fil-każ li parti tkun inadempjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 59 u 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47 li ma jispeċifikax il-mod li bih għandu jiġi żgurat l-effettività ta’ kollateral finanzjarju indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza, huma l-Istati Membri li għandhom jipprovdu l-mezzi xierqa li permezz tagħhom jiġi żgurat tali effett utli, li fosthom jista’ jidher dak li jipprovdi li l-kollateral finanzjarju ma jaqax fl-assi rimanenti wara l-falliment ta’ min jakkwista l-kollateral.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq l-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti lil min jakkwista l-kollateral b’sigurtà taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled min-nuqqas tat-twettiq tal-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, fuq dan il-kollateral, meta avveniment ta’ enforzar iseħħ wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-konfront tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk tal-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2002/47 għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lil min jakkwista kollateral permezz ta’ arranġament kollaterali finanzjarju b’sigurtà obbligu li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi finanzjarji koperti minn dan l-arranġament, l-ewwel abbażi ta’ dan il-kollateral.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kliem ta’ dan l-Artikolu 4, għandu jiġi rrilevat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>min jakkwista l-kollateral għandu jkun jista jirrealizza<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, użata fil-paragrafu 1 tiegħu, jindika li fil-każ ta’ avveniment ta’ inforzar tal-kollateral finanzjarja, min jakkwista l-kollateral ikollu l-għażla li jwettaq dan il-kollateral pjuttost milli obbligu. Barra minn hekk, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>soġġett għat-termini mifthiema<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>skont it-termini tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, użati fil-paragrafi 1 u 5 ta’ dak l-artikolu, juru l-prijorità mogħtija mid-Direttiva 2002/47 għall-klawżoli kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, jidher, għalhekk, li l-imsemmija dispożizzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-arranġament kollaterali finanzjarju jiġi implimentat bħala prijorità skont it-termini kuntrattwali miftiehma bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda l-kuntest li fih jaqa’ l-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2002/47, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 2(1)(l) ta’ din id-direttiva, li tiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>avveniment t’enforzar<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>avveniment ta’ inadempjenza, jew kwalunkwe avveniment ieħor simili<?PAGE NO="9"?> kif mifthiem bejn il-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li meta jseħħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>min jakkwista l-kollateral huwa ntitolat sabiex jirrealizza<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> il-kollateral finanzjarju, tikkonferma l-importanza tat-termini miftiehma bejn il-partijiet. Dan jirriżulta wkoll mill-formulazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-imsemmija direttiva, bħall-Artikolu 4(4) ta’ din, li jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>termini mifthiema fl-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2002/47 għandu l-għan li jiżgura li l-arranġament kollaterali finanzjarju jkun, filwaqt li jiġu rispettati l-għanijiet ta’ din id-direttiva, imfakkra fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, jitwettaq bi prijorità skont it-termini miftiehma bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li, fin-nuqqas ta’ termini kuntrattwali li jirregolaw din il-kwistjoni, jirriżulta minn dawn il-finijiet li min jakkwista l-kollateral għandu jirkupra l-kreditu tiegħu qabelxejn fuq il-kollateral ikkostitwit għal dan il-għan qabel ma jsir rikors għal assi oħra ta’ min jipprovdi l-kollateral. Fil-fatt, tali rekwiżit, sa fejn jippermetti lil min jipprovdi l-kollateral li ma għandux, fil-prattika, iħallas għat-tieni darba l-ammont ta’ dan il-kollateral korrispondenti għad-dejn tiegħu, huwa ta’ natura li jevita effetti kontaġjużi fil-każ ta’ insolvenza ta’ min jakkwista l-kollateral.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-indikazzjonijiet li jidhru fid-deċiżjoni tar-rinviju, u b’mod partikolari tal-Artikolu 6.3 tal-kuntratti tal-2011 u tal-2012, u li jkopri kollateral finanzjarju li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>jiggarantixxi lill-bank għall-prestazzjoni xierqa tal-obbligi kuntrattwali tal-klijent<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], li min jakkwista l-kollateral għandu jirkupra l-kreditu tiegħu fuq il-kollateral finanzjarja qabel ma jsir rikors għal assi oħra ta’ min jipprovdi l-kollateral, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2002/47 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil min jakkwista kollateral taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà obbligu li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled mill-obbligi finanzjarji koperti minn dan l-arranġament, qabelxejn fuq dan il-kollateral.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2002/47, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 8 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fl-ipoteżi fejn min jakkwista kollateral b’sigurtà permezz ta’ arranġament kollaterali finanzjarju ta’ sigurtà ikun irkupra l-kreditu tiegħu, imwieled min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti, fuq l-assi ta’ min jipprovdi l-kollateral għajr dak il-kollateral, min jipprovdi l-kollateral għandu jiġi pprivileġġat fuq il-kredituri l-oħra fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista l-kollateral, sabiex din tkun tista’ tiġi rkuprata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, talba għal deċiżjoni preliminari tkun iġġustifikata mhux mill-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda mill-bżonn inerenti għas-soluzzjoni effettiva ta’ tilwima li tirrigwarda d-dritt tal-Unjoni (ara. f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Private Equity Insurance Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-156/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:851">EU:C:2016:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 93 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-tilwima inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija bejn Ūkio bankas u Aviabaltika dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratti tal-2011 u l-2012 konklużi bejniethom u ma tikkonċernax l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward Ūkio bankas. Mill-indikazzjonijiet li jidhru fit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jirriżultax li l-qorti tar-rinviju hija adita b’kontrotalba għall-ħlas lura tal-kollateral finanzjarju kontra dan il-bank, u lanqas li hija ntalbet tiddeċiedi dwar id-domandi li jirrigwardaw l-irkupru tal-kreditu ta’ Aviabaltika fuq Ūkio bankas taħt dan il-kollateral, fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din it-talba ma fihiex informazzjoni dwar l-eżistenza jew il-kontenut ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li l-qorti tar-rinviju tkun tista’ tapplika jekk ikun il-każ fid-dawl tar-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex issolvi l-kawża li tressqet quddiemha, li jista’ jkollhom impatt fuq l-ordni tal-kredituri fil-kuntest ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li t-tielet domanda hija ta’ natura ipotetika u, għaldaqstant, għandha tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020606">6 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, kif emendata bid-Direttiva 2009/44/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq l-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti lil min jakkwista l-kollateral b’sigurtà taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled min-nuqqas tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, fuq dan il-kollateral, meta avveniment ta’ enforzar iseħħ wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-konfront tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2002/47 kif emendata bid-Direttiva 2009/44/għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil min jakkwista kollateral taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà obbligu li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled mill-obbligi finanzjarji koperti minn dan l-arranġament, qabelxejn fuq dan il-kollateral.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>