|
22.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 85/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10625 - CARLYLE GROUP / MACQUARIE GROUP / HYCC)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 85/06)
1.
Fil-15 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nobian Industrial Chemicals B.V. (“Nobian”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
Norgh Holding Company Limited (“Norgh”, ir-Renju Unit), li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn Green Investment Group Limited (“GIG”, ir-Renju Unit), li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja); |
|
— |
HyCC Holding B.V. (joint venture, “JV”, in-Netherlands). |
Nobian u Norgh jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Nobian tipproduċi kimiċi bażiċi essenzjali għall-industriji li jvarjaw mill-kostruzzjoni u t-tindif sal-farmaċewtiċi u t-trattament tal-ilma. Il-kumpanija prinċipali tagħha Carlyle hija korporazzjoni Amerikana ta’ ekwità privata multinazzjonali, ġestjoni alternattiva tal-assi u servizzi finanzjarji; |
|
— |
GIG, il-kumpanija prinċipali ta’ Norgh, hija żviluppatur speċjalizzat, sponsor u investitur b’missjoni li taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika, bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Edinburgh, l-Iskozja. GIG hija kkontrollata minn Macquarie, bank ta’ investiment multinazzjonali indipendenti u kumpanija ta’ servizzi finanzjarji, bil-kwartieri ġenerali u elenkata fl-Awstralja. |
|
— |
L-impriża bi sħab (joint venture, JV) se tkun attiva fil-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10625 - CARLYLE GROUP / MACQUARIE GROUP / HYCC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).