Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU IV - ŻONA TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA - Sezzjoni 5 - Koperazzjoni tal-pulizija - Artikolu III-275
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0121 - 0122
Artikolu III-275 1. L-Unjoni għandha tistabbilixxi koperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha ta' l-Istati Membri, inkluża l-pulizija, s-servizzi tad-dwana u servizzi oħrajn ripressivi speċjalizzati fil-qasam tal-prevenzjoni jew tal-kxif ta' reati u ta' l-investigazzjonijiet tagħhom. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, liġi jew liġi kwadru Ewropea tista' tistabbilixxi miżuri li jikkonċernaw: a) il-ġabra, l-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' tagħrif rilevanti; b) sostenn għat-taħriġ tal-persunal, u koperazzjoni dwar l-iskambju tal-persunal, dwar tagħmir u dwar ir-riċerka fil-kriminalità; ċ) tekniċi investigattivi komuni biex jinkixfu forom serji ta' kriminalità organizzata. 3. Liġi jew liġi kwadru Ewropea tal-Kunsill tista' tistabbilixxi miżuri li jikkonċernaw il-koperazzjoni fil-ħidma bejn l-awtoritajiet previsti f'dan l-Artikolu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew. --------------------------------------------------