<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1101175701.case.xml"><NO.CASE>C-214/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0214</NO.CELEX><NO.SEQ>0020.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-11794</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-11810</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20111122">22.11.2011</DATE> — KAWŻA C-214/10</LEFT><RIGHT>KHS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-214/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">KHS AG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Winfried Schulte,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot u U. Lõhmus, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Levits (Relatur), A. Ó Caoimh, L. Bay Larsen u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-11795"?><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110503">3 ta’ Mejju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal KHS AG, minn P. Brasse, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal W. Schulte, minn H.-J. Teuber, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, C. Blaschke u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn V. Pasternak Jørgensen u S. Juul Jørgensen, bħala aġenti</P></ITEM><?PAGE NO="I-11796"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Erlbacher u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn KHS AG u W. Schulte, ex impjegat tagħha, dwar talba ta’ dan tal-aħħar intiża sabiex jibbenefika minn kumpens finanzjarju għal leave annwali mħallas li ma kienx ħa, abbażi tas-snin 2006 sa 2008, minħabba l-konsegwenzi ta’ attakk tal-qalb.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11797"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni Nru 132 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-Konvenzjoni Nru 132 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, tal-<DATE ISO="19700624">24 ta’ Ġunju 1970</DATE>, dwar il-leave annwali mħallas (riveduta):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Il-parti tal-leave annwali mhux interrotta msemmija fl-Artikolu 8(2) ta’ din il-Konvenzjoni għandha tingħata u tittieħed f’terminu ta’ mhux iktar minn ta’ sena, u l-bqija tal-leave annwali mħallas f’terminu ta’ mhux iktar minn tmintax-il xahar li jibda jiddekorri fit-tmiem tas-sena li fiha jibda d-dritt għal-leave.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-imsemmija Konvenzjoni ġiet iffirmata minn erbatax-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fosthom ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il premessa 16 tad-Direttiva 2003/88/KE:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Akkont għandu jittieħed tal-prinċipji ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, inklużi dawk relatati max-xogħol ta’ bil-lejl.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11798"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><STI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għan u skop</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Diretiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ […] leave annwali […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><STI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Leave annwali</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas [mħallas] ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-11799"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Ebda deroga ma hija ammessa fir-rigward tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-liġi federali fuq il-leave annwali (Bundesurlaubsgesetz), tat-<DATE ISO="19630108">8 ta’ Jannar 1963</DATE>, fil-verżjoni tagħha tas-<DATE ISO="20020507">7 ta’ Mejju 2002</DATE>, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>BUrlG<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 1 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dritt għal-leave annwali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kull ħaddiem għandu dritt għal-leave bil-ħlas għal kull sena kalendarja.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-BUrlG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Tul tal-leave<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-leave għandu jkun ta’ mill-inqas 24 ġurnata tax-xogħol kull sena.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11800"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Iffissar, trasferiment u kumpens għal-leave<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 3 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-leave għandu jingħata u jittieħed fis-sena kalendarja kurrenti. Trasferiment tal-leave għas-sena kalendarja sussegwenti huwa permess biss jekk dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi marbutin mal-impriża jew mal-ħaddiem innifsu. Fil-każ ta’ trasferiment, il-leave għandu jingħata u jittieħed fl-ewwel tliet xhur tas-sena kalendarja sussegwenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minħabba t-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol, il-leave ma jistax jingħata totalment jew parzjalment, ikun hemm lok li jingħata kumpens.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-BUrlG jipprovdi li ftehim kollettiv jista’ jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, fosthom l-Artikolu 7(3) tagħha, bil-kundizzjoni li tali derogi ma jseħħux bi ħsara għall-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-ftehim kollettiv ġenerali unitarju għall-industrija tal-metallurġija u tal-elettronika tan-Nordrhein-Westfalen (Einheitlicher Manteltarifvertrag für die Metall- und Elektroindustrie Nordrhein-Westfalen), tat-<DATE ISO="20031218">18 ta’ Diċembru 2003</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>EMTV<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jistipula, fl-Artikolu 11 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Prinċipji li jirregolaw l-għoti tal-leave<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull sena, l-impjegati/l-apprendisti għandhom dritt għal leave bil-ħlas (leave annwali) skont il-modalitajiet li ġejjin. Is-sena ta’ referenza hija s-sena kalendarja.</P><?PAGE NO="I-11801"?><P>Id-dritt għal-leave jiskadi tliet xhur wara li tagħlaq is-sena kalendarja, ħlief jekk min huwa intitolat għalih ipprova jieħdu imma ma rnexxilux jew jekk ma setax jieħdu għal raġunijiet relatati mal-operat tal-impriża.</P><P>Jekk il-leave ma setax jittieħed minħabba mard, id-dritt għal-leave jiskadi tnax-il xahar wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fit-tieni paragrafu iktar ’il fuq.</P></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Jista’ jingħata kumpens finanzjarju għal-leave li ma tteħidx biss fil-każ li tintemm ir-relazzjoni tax-xogħol/tal-apprendistat.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>W. Schulte kien impjegat mix-xahar ta’ April 1964 bħala ħaddied li jsewwi s-serraturi fi ħdan KHS AG jew mal-impriża li hija s-suċċessur tagħha. Il-kuntratt tax-xogħol tiegħu kien jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EMTV. Id-dritt għal leave annwali tieħu ggarantit mill-EMTV kien ta’ 30 ġurnata fis-sena.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Jannar 2002, W. Schulte kien vittma ta’ attakk tal-qalb li ħallieh b’diżabbiltà serja, u ġie ddikjarat inkapaċi biex jaħdem. Mix-xahar ta’ Ottubru huwa rċieva pensjoni minħabba d-diżabbiltà totali tiegħu. Din is-sitwazzjoni damet sal-<DATE ISO="20080831">31 ta’ Awwissu 2008</DATE>, id-data li fiha r-relazzjoni ta’ xogħol ta’ W. Schulte spiċċat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11802"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Marzu 2009, W. Schulte ressaq, quddiem l-Arbeitsgericht Dortmund, talba intiża sabiex jikseb il-ħlas ta’ benefiċċju għal-leave annwali mħallas li ma tteħidx għall-perijodi ta’ referenza li jikkorrispondu għas-snin kalendarji 2006, 2007 u 2008.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Arbeitsgericht Dortmund laqgħet dan ir-rikos għat-tliet perijodi sa fejn il-kumpens mitlub minn W. Schulte rrigwarda l-leave annwali mħallas minimu ta’ 20 ġurnata fis-sena skont id-dritt tal-Unjoni, li magħhom żdiedu, skont id-dritt Ġermaniż, 5 ġranet fis-sena li għalihom għandu dritt bħala persuna b’diżabbiltà serja.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha mid-deċiżjoni mogħtija minn din il-qorti, KHS AG sostniet li d-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ W. Schulte, għas-snin 2006 u 2007 kien spiċċa, minħabba l-iskadenza tal-perijodu li fih kellu jseħħ it-trasferiment tal-leave previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tal-EMTV.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Landesarbeitsgericht Hamm tirrileva li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik tal-EMTV, id-dritt għal-leave annwali għas-snin 2007 u 2008 baqa’ jeżisti meta ntemm il-kuntratt ta’ xogħol, u li kien intilef biss id-dritt għal-leave annwali mħallas għas-sena 2006 minħabba l-iskadenza li fih kellu jseħħ it-trtasferiment tal-leave ta’ perijodu ta’ ħmistax-il xahar b’kollox.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju ma teskludix li t-telf, bl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, tad-dritt għal-leave annwali mħallas għas-sena 2006 jista’ jmur kontra l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11803"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landesarbeitsgericht Hamm iddeċiediet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni u/jew prattiċi nazzjonali li jipprovdu li d-dritt għal-leave annwali mħallas minimu jiskadi fi tmiem il-perijodu ta’ referenza u/jew tal-perijodu ta’ tkomplija [trasferiment] anki fil-każ fejn il-ħaddiem kien inkapaċi li jwettaq xogħlu matul perijodu twil (f’sitwazzjoni fejn dan il-perijodu twil ta’ inkapaċità ta’ xogħol għandu l-konsegwenza li l-ħaddiem seta’ jakkumula dritt għal leave annwali mħallas minimu għal diversi snin jekk il-possibbiltà tal-perijodu ta’ tkomplija ta’ tali dritt ma kinitx limitata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta negattiva, il-possibbiltà li jitkompla [ta' trasferiment ta]l-leave għandha tkun teżisti minn tal-inqas għal perijodu ta’ 18-il xahar?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiċi nazzjonali, bħalma huwa ftehim kollettiv, li jillimitaw, għall-perijodu li fih għandu jseħħ it-trasferiment tal-leave għal ħmistax-il xahar, li wara li dan jiskadi, jispiċċa d-dritt għal-leave annwali mħallas, il-kumulu<?PAGE NO="I-11804"?> tad-drittijiet għal tali leave ta’ ħaddiem li huwa inkapaċi jaħdem waqt diversi perjodi ta’ referenza konsekuttivi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabel kollox, li skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ kull ħaddiem għandu jitqies li huwa prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni ta’ importanza partikolari, li minnu ma tistax issir deroga u li implementazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandha ssir biss fil-limiti espressament stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE>, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197), direttiva li ġiet ikkodifikata bid-Direttiva 2003/88 (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20010626">26 ta’ Ġunju 2001</DATE>, BECTU, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/99" PAGE.ECR="I-4881" YEAR="2001">C-173/99, Ġabra p. I-4881</REF.DOC.ECR>, punt 43; tat-<DATE ISO="20040318">18 ta’ Marzu 2004</DATE>, Merino Gómez, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/01" PAGE.ECR="I-2605" YEAR="2004">C-342/01. Ġabra p. I-2605</REF.DOC.ECR>, punt 29; tas-<DATE ISO="20060316">16 ta’ Marzu 2006</DATE>, Robinson-Steele <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-131/04+C-257/04" PAGE.ECR="I-2531" YEAR="2006">C-131/04 u C-257/04, Ġabra p. I-2531</REF.DOC.ECR>, punt 48, kif ukoll tal-<DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-350/06+C-520/06" PAGE.ECR="I-179" YEAR="2009">C-350/06 u C-520/06, Ġabra p. I-179</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità teżamina l-implementazzjoni u l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju ta’ dritt għal-leave annwali mħallas mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jirrigwarda l-ħaddiema li jiċċaħdu mill-benefiċċju ta’ perijodi ta’ leave annwali mħallas minħabba leave tal-mard li ma jeċċedix it-tul tal-perijodi ta’ referenza applikabbli skont id-dritt nazzjonali inkwistjoni (sentenza Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Waqt dan l-eżami, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu għat-trasferiment għal-leave annwali li ma tteħidx mat-terminazzjoni tal-perijodu ta’ referenza, hija intiża, bħala prinċipju, li tagħti lill-ħaddiem, li ma jkunx seta jieħu l-leave annwali tiegħu, possibbiltà addizzjonali li jibbenifika mill-imsemmi leave. L-istabbiliment ta’ tali perijodu jagħmel parti mill-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju u ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-leave annwali mħallas, u jaqa’ għaldaqstant, bħala prinċipju, taħt il-kompetenza tal-Istati Membri (ara s-sentenza Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11805"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt tal-leave annwali mħallas espressament mogħti minn din id-direttiva, inkluż ukoll it-telf tal-imsemmi dritt fl-aħħar tal-perijodu ta’ referenza jew ta’ perijodu għat-trasferiment tal-leave. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet ma’ din il-konstatazzjoni ta’ prinċipju l-kundizzjoni li l-ħaddiem li jitlef id-dritt tal-leave annwali mħallas tiegħu jkollu effettivament il-possibbiltà li jeżerċita d-dritt mogħti lilu mid-direttiva (ara s-sentenza Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, hemm lok li jiġi kkonstatat li ħaddiem li, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali għal dak li jikkonċerna s-sena 2006, jinsab bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta’ referenza kollu, u wara li jgħaddi ż-żmien għat-trasferiment tal-leave stabbilit mid-dritt nazzjonali, jiġi pprivat minn kull perijodu li jagħtih il-possibbiltà li jibbenefika mil-leave annwali mħallas tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ċertament, għalkemm mill-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq jirriżulta li dispożizzjoni nazzjonali li tistabbilixxi perijodu ta’ trasferiment tal-leave ma għandhiex tipprovdi li d-dritt tal-ħaddiem għal-leave annwali mħallas jintemm mingħajr ma dan tal-aħħar ikollu effettivament il-possibbiltà li jeżerċita dan id-dritt, tali konklużjoni għandha madankollu tiġi kkwalifikata fiċ-ċirkustanzi speċifiċi bħal dawk fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ dan, ħaddiem, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li ilu inkapaċi biex jaħdem għal diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi, ikollu d-dritt jakkumula, b’mod illimitat, id-drittijiet ta’ leave annwali mħallas kollha li huwa kiseb waqt il-perijodu li fih ma kienx qed jaħdem.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, dritt għal tali kumulu illimitat ta’ leave annwali mħallas, miksub waqt tali perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol, ma jibqax jissodisfa l-għan stess tad-dritt għal-leave annwali mħallas.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11806"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li d-dritt għal-leave annwali, stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) u mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, għandu għan doppju, jiġifieri, li jippermetti lill-ħaddiem jistrieħ fil-konfront tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu, minn naħa, u li jkollu perijodu ta’ serħan u ta’ delizzji, min-naħa l-oħra (ara s-sentenza Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-effett pożittiv tal-leave annwali mħallas għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem jseħħ jekk jittieħed fis-sena prevista għal dan il-għan, jiġifieri matul is-sena kurrenti, dan iż-żmien ta’ mistrieħ ma jitlifx l-interess tiegħu f’dan ir-rigward jekk jittieħed matul perijodu sussegwenti (sentenzi tas-<DATE ISO="20060406">6 ta’ April 2006</DATE>, Federatie Nederlandse Vakbeweging, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-124/05" PAGE.ECR="I-3423" YEAR="2006">C-124/05, Ġabra p. I-3423</REF.DOC.ECR>, punt 30, kif ukoll Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li d-dritt għal-leave annwali mħallas għal ħaddiem li huwa inkapaċi biex jaħdem waqt diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi ma jistax jissodisfa ż-żewġ aspetti tal-għan tiegħu, imsemmija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, ħlief fil-każ fejn it-trasferiment tal-leave ma jaqbiżx ċertu limitu ta’ żmien. Fil-fatt, meta jinqabeż tali limitu, il-leave annwali jkun nieqes mill-effett pożittiv għall-ħaddiem fil-kwalità tiegħu ta’ żmien ta’ mistrieħ, u jżomm biss il-kwalità ta’ perijodu ta’ serħan u ta’ delizzji.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-għan stess tad-dritt għal-leave annwali, direttament mogħti mid-dritt tal-Unjoni lil kull ħaddiem, ħaddiem li huwa inkapaċi biex jaħdem matul diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi, li jinżamm mid-dritt nazzjonali milli jieħu l-leave annwali mħallas tiegħu waqt l-imsemmi perijodu, ma jistax ikollu d-dritt li jakkumula b’mod illimitat id-drittijiet għal-leave annwali mħallas miksub waqt dan il-perijodu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11807"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodu għat-trasferiment li lil hinn minnu d-dritt għal-leave annwali mħallas jista’ jispiċċa fil-każ ta’ kumulu tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas matul perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol, għandu jiġi evalwat, fid-dawl tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jekk perijodu ta’ trasferiment tad-dritt għal-leave annwali mħallas, iffissat għal ħmistax-il xahar mid-dispożizzjonijiet jew mill-prattiċi nazzjonali, bħalma huwa ftehim kollettiv, jistax b’mod raġonevoli jiġi kklassifikat bħala l-perijodu li meta jintemm, il-leave annwali mħallas jitlef l-effett pożittiv tiegħu għall-ħaddiem fil-kwalità tiegħu ta’ żmien ta’ mistrieħ.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkunsidrat dan li ġej.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Id-dritt għal perijodu ta’ leave annwali mħallas, fil-kwalità tiegħu ta’ dritt soċjali tal-Unjoni, igawdi mhux biss importanza partikolari, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, iżda huwa wkoll espressament stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li lilu l-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxi l-istess saħħa legali bħat-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Isegwi li, sabiex jiġi rrispettat dan id-dritt li l-għan tiegħu huwa l-protezzjoni tal-ħaddiem, kull perijodu ta’ trasferiment tal-leave għandu jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom jinsab il-ħaddiem li huwa inkapaċi biex jaħdem għal diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi. B’hekk, l-imsemmi perijodu għandu b’mod partikolari jiżgura li l-ħaddiem ikun jista’ jiddisponi, jekk ikun hemm bżonn, minn perijodi ta’ mistrieħ li jistgħu jkunu mqassma, ippjanati minn qabel u disponibbli fuq żmien itwal. Kull perijodu ta’ trasferiment tal-leave għandu jkun sostanzjalment itwal mit-tul tal-perijodu ta’ referenza li għalih ingħata.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan l-istess perijodu għandu wkoll jipproteġi lil min iħaddem mir-riskju ta’ kumulu eċċessivament kbir ta’ perijodi ta’ assenza tal-ħaddiem u mid-diffikultajiet li dawn jistgħu jimplikaw għall-organizzazzjoni tax-xogħol.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11808"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-perijodu ta’ trasferiment tal-leave stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tal-EMTV huwa ta’ ħmistax-il xahar, jiġifieri perijodu ogħla mill-perijodu ta’ referenza relatat miegħu, li jiddistingwi lil din il-kawża mill-kawża li tat lok għas-sentenza Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, fejn il-perijodu ta’ trasferiment tal-leave kien ta’ sitt xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, barra minn hekk, li skont l-Artikolu 9(1) tal-Konvenzjoni Nru 132 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, tal-<DATE ISO="19700624">24 ta’ Ġunju 1970</DATE>, dwar il-leave annwali mħallas (riveduta), il-parti tal-leave annwali mhux interrotta għandha tingħata u tittieħed f’terminu ta’ mhux iktar minn sena, u l-bqija tal-leave annwali mħallas f’terminu ta’ mhux iktar minn tmintax-il xahar, li jibda jiddekorri fit-tmiem tas-sena li fiha jibda d-dritt għal-leave. Din ir-regola tista’ tinftiehem bħala li hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li tipprovdi li fl-iskadenza tat-termini li hija tipprovdi, l-għan tad-drittijiet annwali ma jkunux jistgħu jintlaħqu kompletament.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-fatt li, skont il-premessa 6 tagħha, id-Direttiva 2003/88 ħadet inkunsiderazzjoni l-prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, dwar il-leave annwali mħallas, il-kalkolu tal-perijodu ta’ trasferiment tal-leave għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-għan tad-dritt għal-leave annwali, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 9(1) tal-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni preċedenti, jista’ jiġi kkunsidrat b’mod raġonevoli li perijodu ta’ trasferiment tal-leave annwali mħallas ta’ ħmistax-il xahar, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jiksirx l-għan tal-imsemmi dritt, sa fejn jiżgura li dan iżomm l-effett pożittiv tiegħu għall-ħaddiem, fil-kwalità tiegħu ta’ żmien ta’ mistrieħ.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda mressqa għandha tkun li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiċi nazzjonali, bħal ftehim kollettiv, li jillimitaw, għal perijodu<?PAGE NO="I-11809"?> ta’ trasferiment tal-leave ta’ ħmistax-il xahar li fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal-leave annwali mħallas jintemm, il-kumulu tad-drittijiet għal tali leave ta’ ħaddiem li jkun ilu inkapaċi biex jaħdem għal diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għal-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiċi nazzjonali, bħal ftehim kollettiv, li jillimitaw, għal perijodu ta’ trasferiment tal-leave ta’ ħmistax-il xahar li fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal-leave<?PAGE NO="I-11810"?> annwali mħallas jintemm, il-kumulu tad-drittijiet għal tali leave ta’ ħaddiem li jkun ilu inkapaċi biex jaħdem għal diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>