<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-353/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0353</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:434">EU:T:2019:434</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>30</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>30</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20190619">19.6.2019</DATE> – Kawża T‑353/15</HT></P><P><HT TYPE="SC">NeXovation vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20190619">19 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna individwali favur il-kumpless tan-Nürburgring għall-bini ta’ postijiet ta’ divertiment, lukandi u ristoranti kif ukoll għall-organizzazzjoni ta’ tlielaq tal-karozzi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara li r-rimbors tal-għajnuna ddikjarata inkompatibbli ma jikkonċernax lis-sid il-ġdid tal-kumpless tan-Nürburgring</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ effett sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Parti interessata</KEYWORD><KEYWORD>Interess ġuridiku</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tad-drittijiet proċedurali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ diffikultajiet li jeżiġu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali</KEYWORD><KEYWORD>Ilment</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ tal-assi tal-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata</KEYWORD><KEYWORD>Eżami diliġenti u imparzjali</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑353/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NeXovation, Inc</HT>., stabbilita f’Hendersonville (l-Istati Uniti), irrappreżentata inizjalment minn A. von Bergwelt, F. Henkel u M. Nordmann, sussegwentement minn A. von Bergwelt u M. Nordmann, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Flynn, T. Maxian Rusche u B. Stromsky, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151 tal-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għan-Nürburgring (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="034" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 34, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla Estiża),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, V. Valančius, P. Nihoul, J. Svenningsen u U. Öberg (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Schall, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Il-kumpless tan-Nürburgring (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Nürburgring<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jinsab fil-Land Ġermaniż ta’ Rheinland-Pfalz, jinkludi ċirkwit tat-tlielaq tal-karozzi, postijiet ta’ divertiment, lukandi u ristoranti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Bejn l-2002 u l-2012, is-sidien tan-Nürburgring (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>bejjiegħa<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), jiġifieri l-impriżi pubbliċi Nürburgring GmbH, Motorsport Resort Nürburgring GmbH u Congress- und Motorsport Hotel Nürburgring GmbH, ibbenefikaw, prinċipalment mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz, minn miżuri ta’ appoġġ għall-bini ta’ postijiet ta’ divertiment, ta’ lukandi u ta’ ristoranti u għall-organizzazzjoni ta’ tlielaq tal-Formula 1.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura amministrattiva u l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20120321">21 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, fir-rigward tad-diversi miżuri ta’ appoġġ implimentati bejn l-2002 u l-2012 għan-Nürburgring. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, li sunt tagħha ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="216" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 216, p. 14</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Minħabba l-għoti ta’ miżuri addizzjonali ta’ appoġġ innotifikati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-Kummissjoni, din tal-aħħar iddeċidiet li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali għal dawn il-miżuri ġodda. Id-deċiżjoni ġiet innotifikata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20120807">7 ta’ Awwissu 2012</DATE>. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, li sunt tagħha ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="333" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 333, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120724">24 ta’ Lulju 2012</DATE>, l-Amtsgericht Bad Neuenahr-Ahrweiler (il-Qorti Distrettwali ta’ Bad Neuenahr-Ahrweiler, il-Ġermanja) ikkonkludiet li l-bejjiegħa kienu insolventi. Hija fetħet proċedura ta’ insolvenza mingħajr divestiment fl-<DATE ISO="20121101">1 ta’ Novembru 2012</DATE>. Ġie deċiż li jitwettaq il-bejgħ tal-assi tal-bejjiegħa (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>bejgħ tal-assi tan-Nürburgring<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Il-bejjiegħa ħatru lill-awditur KPMG AG bħala konsulent legali u finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121101">1 ta’ Novembru 2012</DATE>, l-amministrazzjoni tan-Nürburgring ġiet fdata lil Nürburgring Betriebsgesellschaft mbH, sussidjarja sħiħa ta’ wieħed mill-bejjiegħa, Nürburgring, ikkostitwita mill-amministraturi maħtura mill-Amtsgericht Bad Neuenahr-Ahrweiler (il-Qorti Distrettwali ta’ Bad Neuenahr-Ahrweiler).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, tnediet proċedura ta’ sejħa għal offerti sabiex isir il-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>proċedura ta’ sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130523">23 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lill-amministraturi l-kriterji li kellhom jiġu ssodisfatti mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti sabiex jiġu esklużi elementi ta’ għajnuna mill-Istat u informathom dwar l-obbligu tax-xerrej eventwali li jirrimborsa l-benefiċċji li seta’ jirċievi. Saru diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-amministraturi, f’dan ir-rigward, minn Ottubru 2012.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ sejħa għal offerti żvolġiet kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fl-<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE>, tħabbret it-tnedija tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti permezz ta’ stqarrija għall-istampa ta’ wieħed mill-amministraturi;</P></ITEM><ITEM><P>fil-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, KPMG ippubblikat sejħa għal espressjoni ta’ interess fil-<HT TYPE="ITALIC">Financial Times</HT>, fil-<HT TYPE="ITALIC">Handelsblatt</HT> u fuq is-sit internet tan-Nürburgring;</P></ITEM><ITEM><P>70 impriża esprimew l-interess tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20130719">19 ta’ Lulju 2013</DATE>, l-investituri interessati rċevew dokumenti relatati man-Nürburgring u ġew mistiedna jippreżentaw offerta indikattiva, u dan għall-assi kollha, għal gruppi speċifiċi ta’ assi jew għal assi individwali;</P></ITEM><ITEM><P>it-terminu għas-sottomissjoni ta’ offerta indikattiva kien sussegwentement stabbilit għat-<DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, b’ittra tad-<DATE ISO="20130719">19 ta’ Lulju 2013</DATE>, imbagħad għas-<DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, b’ittra tat-<DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>; kull waħda minn dawn l-ittri kienet tispeċifika li l-offerti ppreżentati wara l-iskadenza tat-terminu kienu wkoll ser jittieħdu inkunsiderazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>fil-bidu ta’ Frar 2014, 24 xerrej potenzjali kienu bagħtu offerta indikattiva, fosthom ir-rikorrenti, NeXovation, Inc., impriża privata Amerikana li topera fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informazzjoni, tal-prodotti li jiġu kkonsmati fi kwantitajiet kbar, tal-enerġija u tal-karozzi;</P></ITEM><ITEM><P>għax-xerrejja potenzjali mistiedna għall-fażi segwenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, fosthom ir-rikorrenti, it-terminu għas-sottomissjoni ta’ offerti konfermatorji, li kellhom ikunu kompletament iffinanzjati u jinkludu ftehim innegozjat minn qabel għax-xiri tal-assi, ġie sussegwentement stabbilit għall-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, b’ittra tas-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, u mbagħad għas-<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE>, b’ittra tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>; din l-ittra tal-aħħar kienet tindika li l-offerti sottomessi wara l-iskadenza tat-terminu kienu wkoll ser jittieħdu inkunsiderazzjoni, iżda kienet tispeċifika madankollu li l-bejjiegħa setgħu jieħdu deċiżjoni fuq l-identità tax-xerrej magħżul fi ftit żmien wara t-terminu ta’ sottomissjoni tal-offerti;</P></ITEM><ITEM><P>tlettax-il xerrej potenzjali ppreżentaw offerta konfermatorja, li erbgħa minnhom ippreżentaw offerta li tirrigwarda l-assi kollha, jiġifieri Capricorn Nürburgring Besitgesellschaft GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Capricorn<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jew ix-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>xerrej<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), offerent ieħor (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>offerent 2<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), ir-rikorrenti u r-raba’ xerrej potenzjali;</P></ITEM><ITEM><P>skont l-ittri mibgħuta lill-investituri kkonċernati fid-19 ta’ Lulju u fis-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, l-investituri kellhom jintgħażlu b’teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżiti li jiġi massimizzat il-valur tal-assi kollha, minn naħa, u li tiġi żgurata t-tranżazzjoni, min-naħa l-oħra; b’applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji, fil-fażi finali tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, ittieħdu inkunsiderazzjoni l-offerti tal-offerent 2 u ta’ Capricorn, li, minn naħa, kienu jipproponu li jieħdu l-assi kollha tan-Nürburgring u, min-naħa l-oħra, kienu taw prova tas-solidità finanzjarja tal-offerti rispettivi tagħhom fis-7 u fil-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>. Ġew innegozjati abbozzi ta’ kuntratti ta’ bejgħ b’mod parallel ma’ dawn iż-żewġ offerenti;</P></ITEM><ITEM><P>fil-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kumitat tal-kredituri tal-bejjiegħa, fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza tal-bejjiegħa, approva l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn, li l-offerta tagħha kienet tammonta għal EUR 77 miljun, filwaqt li l-offerta tal-offerent 2 kienet bejn EUR 47 u 52 miljun.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, ir-rikorrenti ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni minħabba li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti ma nfetħitx b’mod trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata u ma kinitx wasslet għall-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring bi prezz tas-suq, sa fejn dawn l-assi kienu ġew ittrasferiti lil offerent lokali li l-offerta tiegħu kienet inqas minn tagħha u li kien ingħata preferenza fil-kuntest<?PAGE NO="4"?> tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Skont ir-rikorrenti, Capricorn kienet għalhekk irċeviet għajnuna, li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-prezz li hija kellha tħallas għax-xiri tal-assi tan-Nürburgring u l-prezz tas-suq ta’ dawn l-istess assi, u żgurat il-kontinwità tal-attivitajiet ekonomiċi tal-bejjiegħa, b’tali mod li l-ordni għall-irkupru tal-għajnuna rċevuta mill-bejjiegħa kellha tiġi estiża għal Capricorn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjonijiet ikkontestati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni adottat, fl-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, id-Deċiżjoni (UE) 2016/151 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għan-Nürburgring (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="034" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 34, p. 1</REF.DOC.OJ>), u, fit-<DATE ISO="20150413">13 ta’ April 2015</DATE>, rettifika għall-imsemmija deċiżjoni, ippubblikata fis-sit internet tagħha (iktar ’il quddiem, flimkien, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deċiżjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni finali, il-Kummissjoni kkonstatat l-illegalità u l-inkompatibbiltà mas-suq intern ta’ ċerti miżuri ta’ appoġġ favur il-bejjiegħa (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>għajnuna lill-bejjiegħa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ddeċidiet, fl-Artikolu 3(2) tad-deċiżjoni finali, li Capricorn u s-sussidjarji tagħha ma kinux ikkonċernati minn eventwali rkupru tal-għajnuna lill-bejjiegħa (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ewwel deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni finali, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>tieni deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet twettqet b’mod miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju, li din il-proċedura waslet għal prezz ta’ bejgħ konformi mas-suq u li ma kienx hemm kontinwità ekonomika bejn il-bejjiegħa u x-xerrej.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kummissjoni ressqet talba għal traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża ta’ ċerti annessi tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20151103">3 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-bejjiegħa talbu li jintervjenu f’dawn il-proċeduri insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, il-President tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ dan l-intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-bejjiegħa informaw lill-Qorti Ġenerali li kienu qegħdin jirtiraw l-intervent tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE> tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali, il-bejjiegħa tħassru mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali bħala intervenjenti u ġew ikkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-partijiet l-oħra f’dak li jikkonċerna l-intervent tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20161003">3 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ġie maħtur Imħallef Relatur ġdid u l-kawża ġiet assenjata lill-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20170731">31 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti Ġenerali għamlet domanda bil-miktub lill-Kummissjoni, filwaqt li talbitha tirrispondiha bil-miktub. Il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fis-<DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Ewwel Awla, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, li tibgħat il-kawża lura quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, talbet lill-partijiet sabiex jippreżentaw ċerti dokumenti u għamlitilhom mistoqsijiet bil-miktub, filwaqt li talbithom jirrisponduhom bil-miktub. Il-partijiet ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bi tweġiba, rispettivament, fl-<DATE ISO="20171214">14 ta’ Diċembru 2017</DATE> u fit-<DATE ISO="20180108">8 ta’ Jannar 2018</DATE>, fir-rigward tar-rikorrenti, u fit-13 u fil-<DATE ISO="20171221">21 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fir-rigward tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, il-Kummissjoni talbet lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 130(2) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex tikkonstata li dan ir-rikors ma kienx għad għandu skop u li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE>. Fl-istess jum, il-Kummissjoni ppreżentat osservazzjonijiet fuq ir-rapport tas-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali talbet lill-partijiet sabiex jipproduċu ċerti dokumenti u għamlitilhom mistoqsijiet bil-miktub, filwaqt li talbithom iweġbuhom bil-miktub. Skont l-Artikolu 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali stiednet ukoll lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tipproduċi ċerti dokumenti u għamlitilha mistoqsijiet bil-miktub, filwaqt li talbitha tweġibhom bil-miktub. Il-partijiet u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bi tweġiba fis-<DATE ISO="20180327">27 ta’ Marzu 2018</DATE> u fl-4 u d-<DATE ISO="20180409">9 ta’ April 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180518">18 ta’ Mejju 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq it-talba tal-Kummissjoni li ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180612">12 ta’ Ġunju 2018</DATE>, ingħalqet il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti fl-<DATE ISO="20180720">20 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-Kummissjoni ressqet, skont l-Artikolu 113(2) tar-Regoli tal-Proċedura, talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. B’deċiżjoni tal-President tal-Ewwel Awla Estiża tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20180816">16 ta’ Awwissu 2018</DATE>, din it-talba ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura prinċipali, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-ewwel u t-tieni deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-istess proċedura, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala, parzjalment, inammissibbli u, parzjalment, infondat, u, sussidjarjament, bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura inċidentali, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkonstata li ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors, mingħajr ma tagħmel l-ebda talba b’mod espliċitu dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-istess proċedura, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad it-talba tal-Kummissjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, mingħajr ma tagħmel l-ebda talba b’mod espliċitu dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tal-każ, hemm lok li t-talba tal-Kummissjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni tiġi eżaminata flimkien mal-mertu u li tiġi eżaminata flimkien mat-talbiet għal annullament tal-ewwel u tat-tieni deċiżjoni kkontestata fformulati mir-rikorrenti fil-proċedura prinċipali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal annullament tal-ewwel deċiżjoni kkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tfittex li tikseb qabelxejn l-annullament tal-ewwel deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Kummissjoni, peress li ddeterminat li ma kienx hemm kontinwità ekonomika bejn il-bejjiegħa u x-xerrej, iddeċidiet li dan tal-aħħar ma kienx ikkonċernat minn eventwali rkupru tal-għajnuna lill-bejjiegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz tat-tieni motiv tagħha, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika, ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li, peress li l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring ma sarx bil-prezz tas-suq, minħabba l-assenza ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata u l-assenza ta’ trasferiment tal-assi tan-Nürburgring lill-aħjar offerent, teżisti bejn il-bejjiegħa u x-xerrej kontinwità ekonomika li tinħtieġ estensjoni tad-deċiżjoni tal-irkupru tal-għajnuna lill-bejjiegħa għal Capricorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-ewwel deċiżjoni kkontestata ġiet adottata wara proċedura ta’ investigazzjoni preliminari, u mhux proċedura ta’ investigazzjoni formali, peress li d-deċiżjonijiet ta’ ftuħ tal-proċedura formali tal-21 ta’ Marzu u tas-<DATE ISO="20120807">7 ta’ Awwissu 2012</DATE> ma kinux jirrigwardaw il-kwistjoni dwar jekk għajnuna kinitx ġiet ittrasferita lil Capricorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-risposta, il-Kummissjoni sostniet li r-rikors kien inammissibbli, sa fejn kien intiż li jikkontesta l-ewwel deċiżjoni kkontestata. Hija b’mod partikolari sostniet li, fir-rigward ta’ deċiżjoni relatata u komplementari għal deċiżjoni adottata wara proċedura ta’ investigazzjoni formali li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ għajnuna inkompatibbli li għandha tiġi rkuprata, ir-rikorrenti ma setgħetx tiġi kkunsidrata li hija individwalment ikkonċernata sempliċement billi turi li kienet parti interessata, iżda kellha turi li l-pożizzjoni tagħha fis-suq kienet ġiet affettwata sostanzjalment mill-għajnuna lill-bejjiegħa, b’tali mod li hija kienet tinsab f’sitwazzjoni ta’ fatt li tindividwalizzaha b’mod analogu bħalma jkun id-destinatarju ta’ tali deċiżjoni. Issa, il-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq ma ġietx affettwata b’mod differenti minn dik ta’ offerent ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni madankollu kkonkludiet li ma kienx għad hemm lok, għall-Qorti Ġenerali, li tagħti deċiżjoni fuq ir-rikors, inkluż fuq it-talba għal annullament tal-ewwel deċiżjoni kkontestata, minħabba li r-rikorrenti tilfet kwalunkwe interess ġuridiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li l-ewwel tiġi eżaminata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà speċifikament invokata mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha fir-rigward tat-talba għal annullament tal-ewwel deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ir-rikorrenti prinċipalment issostni li l-pożizzjoni tagħha fis-suq ġiet affettwata b’mod sinjifikattiv mill-għoti tal-għajnuna relatata mat-trasferiment tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn, peress li hija ġiet eliminata, permezz tal-allokazzjoni ta’ dawn l-assi, kemm mis-suq tax-xiri tan-Nürburgring kif ukoll mis-suq tal-operat tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li deċiżjoni li tirrigwarda l-kontinwità ekonomika għandha titqies bħala deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>konnessa u komplementari<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għad-deċiżjoni finali dwar l-għajnuna kkonċernata preċedenti għaliha, sa fejn din tispeċifika l-portata tal-kwalità tal-benefiċjarju ta’ din l-għajnuna u, għaldaqstant, dik tad-debitur tal-obbligu li jħallasha lura, wara li jkun seħħ xi avveniment wara l-adozzjoni ta’ din deċiżjoni, bħax-xiri minn terz tal-assi tal-benefiċjarju inizjali tal-imsemmija għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz tal-ewwel deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, peress li ddeterminat li ma kienx hemm kontinwità ekonomika bejn il-bejjiegħa u x-xerrej, iddeċidiet li dan tal-aħħar ma kienx affettwat minn irkupru possibbli tal-għajnuna lill-bejjiegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi konkluż li l-ewwel deċiżjoni kkontestata hija deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>relatata u komplementari<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> għad-deċiżjoni meħuda fi tmiem il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-għajnuna lill-bejjiegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[k]walunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Sa fejn l-ewwel deċiżjoni kkontestata tirrigwarda l-għajnuna lill-bejjiegħa, li ngħatat fil-forma ta’ għajnuna individwali u mhux taħt skema ta’ għajnuna, din ma tistax tiġi ttrattata bħala att regolatorju, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, il-persuni li mhumiex id-destinatarji ta’ deċiżjoni jistgħu jippretendu li huma kkonċernati individwalment minn din id-deċiżjoni biss jekk din tikkonċernahom minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalihom jew minħabba sitwazzjoni ta’ fatt li tikkaratterizzahom meta mqabbla ma’ kull persuna oħra u, minħabba dan il-fatt, tindividwalizzahom b’mod simili għal dak tad-destinatarju ta’ tali deċiżjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE>, <NAME.CASE>Plaumann vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>25/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:17">EU:C:1963:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 223 u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930519">19 ta’ Mejju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Cook vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:197">EU:C:1993:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat, huma partikolarment irrikonoxxuti bħala individwalment ikkonċernati minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, minbarra l-impriża benefiċjarja, l-impriżi kompetituri ta’ din tal-aħħar li kellhom rwol attiv f’din il-proċedura, sa fejn il-pożizzjoni tagħhom fis-suq hija affettwata sostanzjalment mill-miżura ta’ għajnuna kkonċernata (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE> <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑362/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:928">EU:T:2014:928</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-kriterju tal-effett sostanzjali jippermetti li jiġu identifikati l-kompetituri li l-għajnuna awtorizzata tindividwalizza b’tali mod li jissodisfaw il-kundizzjoniijet għal ammissibbiltà stabbiliti fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE>, <NAME.CASE>Plaumann vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>25/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:17">EU:C:1963:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-għajnuna tindividwalizza għalhekk lill-kompetituri li jkollhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> minn persuni oħrajn u tindividwalizzahom b’mod analogu għal dak tad-destinatarju tad-deċiżjoni kkontestata. Għalhekk, l-eżistenza ta’ effett sostanzjali tal-pożizzjoni ta’ rikorrent fis-suq ma tiddependix direttament fuq l-ammont tal-għajnuna inkwistjoni, iżda fuq l-importanza tal-effett ħażin li din l-għajnuna jista’ jkollha fuq l-imsemmija pożizzjoni. Tali effett ħażin jista’ jvarja, fir-rigward ta’ għajnuna ta’ ammont simili, skont kriterji bħall-portata tas-suq<?PAGE NO="8"?> ikkonċernat, in-natura speċifika tal-għajnuna, it-tul tal-perijodu li fih tingħata l-għajnuna, in-natura prinċipali jew sekondarja tal-attività affettwata fir-rigward tar-rikorrent u l-possibbiltajiet tagħha li tevita l-effetti negattivi tal-għajnuna (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑362/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:928">EU:T:2014:928</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, is-sempliċi kwalità ta’ kompetitur potenzjali ma hijiex biżżejjed sabiex dritt għal azzjoni jingħata lil individwu quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea sabiex jikkontesta deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fi tmiem proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti kellha rwol attiv fil-proċedura qabel l-adozzjoni tal-ewwel deċiżjoni kkontestata, peress li hija ressqet ilment fl-<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, minħabba li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet illegali u li d-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna mingħand il-bejjiegħa kellha tiġi estiża għax-xerrej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 49 iktar ’il fuq jirriżulta li mis-sempliċi parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedura amministrattiva ma jistax jiġi dedott li hija għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>. Ir-rikorrenti għandha, fi kwalunkwe każ, turi li l-għajnuna lill-bejjiegħa setgħet sostanzjalment taffettwa l-pożizzjoni tagħha fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-premessa 20 tad-deċiżjoni finali, il-Kummissjoni indikat li l-miżuri ta’ appoġġ favur il-bejjiegħa kienu relatati mal-finanzjament tal-bini u tal-operat tal-faċilitajiet tan-Nürburgring. Barra minn hekk, fil-premessi 173 sa 176 u 178 ta’ din l-istess deċiżjoni, hija osservat li s-swieq li fihom il-kompetizzjoni setgħet tiġi mfixkla minn dawn il-miżuri kienu dawk tal-operat ta’ ċirkwiti tal-karozzi, ta’ parks off-road, ta’ postijiet ta’ divertiment, ta’ impriżi ta’ lukandi u ta’ ristorazzjoni, ta’ ċentri tas-sigurtà fit-toroq, ta’ skejjel tas-sewqan, ta’ swali b’użi multipli u ta’ sistemi ta’ pagament mingħajr flus kontanti, kif ukoll dawk tal-promozzjoni tat-turiżmu, tal-iżvilupp ta’ proġetti, tal-bini ta’ proprjetajiet immobbli, tal-ġestjoni ta’ impriżi u tal-kummerċ ta’ karozzi jew ta’ muturi (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>swieq rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Fl-aħħar nett, fil-premessa 180 tal-imsemmija deċiżjoni, il-Kummissjoni speċifikat li s-swieq rilevanti setgħu jiġu kkunsidrati li huma ta’ dimensjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Bħala risposta għal waħda mill-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura adottati fid-<DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE> (ara l-punt 24 iktar ’il fuq), ir-rikorrenti rrikonoxxiet li, fil-mument tal-preżentata tar-rikors u qabel din id-data, hija ma kinitx preżenti fis-swieq rilevanti. Għaldaqstant, hija ma kellha l-ebda pożizzjoni fis-swieq rilevanti li setgħet tiġi affettwata, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> sostanzjalment, permezz tal-għajnuna lill-bejjiegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li hija setgħet tixtri l-assi tan-Nürburgring u, għaldaqstant, tidħol fis-swieq rilevanti li kieku ma kienx hemm diskriminazzjoni fil-konfront tagħha fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti (ara l-punt 10 iktar ’il fuq) u li kien diffiċli għaliha li tixtri jew topera ċirkwiti oħra tat-tlielaq, fid-dawl tat-telf tar-reputazzjoni u l-pubbliċità negattiva li jirriżultaw mix-xkiel fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, għandu jiġi rrilevat li l-argumenti tagħha ma humiex suffiċjenti, quddiem il-qorti tal-Unjoni u fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 49 sa 51 iktar ’il fuq, sabiex tkun individwalizzata fir-rigward tal-għajnuna lill-bejjiegħa u tal-ewwel deċiżjoni kkontestata, b’tali mod li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà kif indikati fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE>, <NAME.CASE>Plaumann vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>25/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:17">EU:C:1963:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-rikorrenti ma pprovatx li hija kkonċernata individwalment mill-ewwel deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors huma kumulattivi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120328">28 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑123/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:164">EU:T:2012:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0199">199</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi eżaminat l-interess ġuridiku tar-rikorrenti għall-annullament tal-ewwel deċiżjoni kkontestata jew, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, it-talba tal-Kummissjoni li ma<?PAGE NO="9"?> hemmx lok li tingħata deċiżjoni bbażata fuq it-telf, mir-rikorrenti, tal-interess ġuridiku tagħha għall-annullament ta’ din l-istess deċiżjoni, ir-rikors għandu jiġi ddikjarat inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni, minħabba nuqqas ta’ inċidenza individwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tfittex ukoll li tikseb l-annullament tat-tieni deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Kummissjoni stabbilixxiet li l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà u fuq it-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-risposta, il-Kummissjoni ma kkontestatx l-ammissibilità tar-rikors sa fejn dan jikkonċerna t-tieni deċiżjoni kkontestata. Sussegwentement, hija madankollu kkonkludiet li ma kienx għad hemm lok, għall-Qorti Ġenerali, li tagħti deċiżjoni fir-rigward tar-rikors, inkluż fuq it-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kkontestata, minħabba li r-rikorrenti tilfet l-interess ġuridiku tagħha. F’dan il-kuntest, hija kkontestat ukoll il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti fir-rigward tat-tieni deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ li qabelxejn jiġi eżaminat jekk ir-rikorrenti għandhiex <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex tannulla t-tieni deċiżjoni kkontestata, qabel ma jiġi eżaminat sa fejn hija għandha interess li tikseb tali annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħha, ir-rikorrenti ssostni li hija direttament u individwalment ikkonċernata mit-tieni deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward u skont il-ġurisprudenza, il-kwalità partikolari tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-[TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), li hija marbuta mas-suġġett speċifiku tal-azzjoni, hija suffiċjenti sabiex tkun individwalizzata, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Fl-aħħar nett, il-pożizzjoni tagħha fis-suq kienet sostanzjalment affettwata mill-għajnuna li ngħatat lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, il-Kummissjoni ssostni li r-rikorrenti ma tistax tibbaża l-istatus tagħha bħala parti interessata fuq l-istatus tagħha ta’ xerrej potenzjali tal-assi tan-Nürburgring peress li, f’ittra tas-<DATE ISO="20160426">26 ta’ April 2016</DATE> li ntbagħtet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja indikat li Capricorn kienet ħallset il-prezz kollu tax-xiri ta’ dawn l-assi u rrinunzjat għad-dritt tagħha li xxolji l-kuntratt ta’ bejgħ fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirkupra l-għajnuna lill-bejjiegħa mingħandha. Il-Kummissjoni ssostni wkoll li r-rikorrenti lanqas ma tista’ tibbaża l-kwalità tagħha bħala parti interessata fuq il-kwalità tagħha bħala kompetitriċi ta’ Capricorn, peress li t-tweġibiet tagħha għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura adottati fid-<DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE> (ara l-punt 24 iktar ’il fuq) jippermettu li jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma kinitx attiva fis-swieq rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat, għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari tal-għajnuna stabbilita fl-Artikolu 108(3) TFUE, li għandha l-uniku għan li tippermetti lill-Kummissjoni tifforma l-ewwel opinjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà parzjali jew totali tal-għajnuna inkwistjoni, u, min-naħa l-oħra, il-fażi ta’ investigazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 108(2) TFUE, li hija intiża sabiex tippermetti lill-Kummissjoni jkollha informazzjoni sħiħa dwar id-data kollha tal-kawża. Huwa biss fil-kuntest tal-proċedura prevista minn din l-aħħar dispożizzjoni li t-Trattat FUE jipprevedi l-garanzija proċedurali li tikkonsisti fl-obbligu, min-naħa tal-Kummissjoni, li tintima lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom<?PAGE NO="10"?> (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930519">19 ta’ Mejju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Cook vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:197">EU:C:1993:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930615">15 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Matra vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:239">EU:C:1993:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Meta, mingħajr ma tiftaħ il-proċedura formali ta’ investigazzjoni prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, il-Kummissjoni tikkonstata, permezz ta’ deċiżjoni meħuda abbażi tal-paragrafu 3 tal-istess artikolu, li miżura tal-Istat ma tikkostitwixxix għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, il-benefiċjarji ta’ din il-garanzija proċedurali jistgħu biss jiksbu l-osservanza tagħha jekk għandhom il-possibbiltà li jikkontestaw din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tal-Unjoni. Għal dawn il-motivi, il-qorti tal-Unjoni tiddikjara ammissibbli rikors intiż għall-annullament ta’ tali deċiżjoni, ippreżentat minn persuna interessata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE, meta l-għan tal-persuna li tippreżenta dan ir-rikors huwa, permezz tal-preżentata tiegħu, li jiġu protetti d-drittijiet proċedurali tagħha taħt din l-aħħar dispożizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li kwalunkwe parti interessata trid titqies bħala li hija kkonċernata direttament u individwalment b’deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna wara l-fażi ta’ investigazzjoni preliminari (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120328">28 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑123/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:164">EU:T:2012:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li għandu jitfakkar li, meta tali parti tkun ressqet ilment, ir-rifjut tal-Kummissjoni li taċċetta dan l-ilment għandu fi kwalunkwe każ jitqies bħala rifjut li jingħata bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>NDSHT vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:701">EU:C:2010:701</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-partijiet jaqblu dwar il-fatt li t-tieni deċiżjoni kkontestata hija deċiżjoni adottata fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari tal-għajnuna, stabbilita mill-Artikolu 108(3) TFUE, u mhux proċedura ta’ investigazzjoni formali. Peress li r-rikorrenti ma tistax, minħabba l-motivi diġà indikati fil-punti 55 sa 57 iktar ’il fuq, tiġi kkunsidrata li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà kif stabbiliti fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE>, <NAME.CASE>Plaumann vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>25/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:17">EU:C:1963:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandu jiġi vverifikat, sabiex jiġi ddeterminat jekk hija għandhiex <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex tannulla t-tieni deċiżjoni kkontestata, jekk hija pprovatx, b’mod suffiċjenti fid-dritt, li hija parti interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(h) tar-Regolament Nru 659/1999 għandhom jiġu kkunsidrati li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>partijiet interessati<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, kull Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna. Fi kliem ieħor, dawn huma grupp indeterminat ta’ destinatarji. Din id-dispożizzjoni ma teskludix li impriża li ma hijiex kompetitriċi diretta tal-benefiċjarju tal-għajnuna tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, sakemm hija ssostni li l-interessi tagħha jistgħu jiġu affettwati mill-għoti ta’ din l-għajnuna. Huwa biżżejjed li din l-impriża turi, b’mod suffiċjenti fid-dritt, li hemm ir-riskju li l-għajnuna jkollha effett konkret fuq is-sitwazzjoni tagħha (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, kull impriża li tinvoka relazzjoni ta’ kompetizzjoni, attwali jew potenzjali, tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti stabbilixxiet, permezz tal-parteċipazzjoni attiva tagħha, sal-istadju finali, fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti u permezz tal-ilment imressaq minnha, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni, ir-rieda serja tagħha li tidħol fis-swieq rilevanti u, għaldaqstant, il-kwalità tagħha ta’ kompetitur potenzjali ta’ Capricorn, li allegatament kienet ibbenefikat, skont l-imsemmi lment u fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring, minn għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni ċaħdet l-eżistenza tagħha fit-tieni deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 68 u 69 iktar ’il fuq u tal-evalwazzjonijiet preċedenti, ir-rikorrenti għandha tiġi rrikonoxxuta bħala parti interessata fir-rigward tat-tieni deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interess ġuridiku tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ssostni, fit-talba tagħha li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, li din tal-aħħar tilfitu minħabba, b’mod partikolari, il-fatt li Capricorn ħallset il-prezz tax-xiri kollu tal-assi tan-Nürburgring u rrinunzjat għad-dritt tagħha li xxolji l-kuntratt ta’ bejgħ fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirkupra l-għajnuna lill-bejjiegħa mingħandha (ara l-punt 63 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>partijiet interessati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE, għandhom interess jiksbu l-annullament ta’ deċiżjoni meħuda fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, peress li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108 TFUE, tali annullament jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali u tippermettilhom jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom u għalhekk jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjoni l-ġdida tal-Kummissjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑388/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:30">EU:T:2009:30</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-każ, ir-rikorrenti għandha interess fl-annullament tat-tieni deċiżjoni kkontestata sa fejn, permezz tal-ewwel parti tar-raba’ motiv tagħha, hija tikkontesta l-fatt li din id-deċiżjoni, li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna lil Capricorn fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, ġiet adottata mingħajr ma l-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, bi ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha bħala parti interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti Ġenerali tannulla t-tieni deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tal-ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, il-Kummissjoni għandha bħala prinċipju tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring u titlob lir-rikorrenti, bħala parti interessata, sabiex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha. Konsegwentement, l-annullament tat-tieni deċiżjoni kkontestata jista’, fih innifsu, ikollu konsegwenzi legali għar-rikorrenti, bħala parti interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi konkluż li, fir-rigward tat-tieni deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, bħala parti interessata, u għandha u żżomm <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, abbażi tal-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali li hija tislet, f’din l-istess kwalità, mill-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni mressqa mill-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda u li dan ir-rikors huwa ammissibbli, sa fejn jirrigwarda t-tieni deċiżjoni kkontestata u huwa intiż għall-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali li r-rikorrenti tislet mill-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari dwar il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju li jikkonċerna deċiżjoni ta’ assenza ta’ għajnuna meħuda fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 659/1999 jistabbilixxu fażi ta’ investigazzjoni preliminari tal-miżuri ta’ għajnuna nnotifikati li għandha l-għan li tippermetti lill-Kummissjoni tifforma l-ewwel opinjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern. Fi tmiem din il-fażi, il-Kummissjoni tikkonstata li din il-miżura jew ma tikkostitwixxix għajnuna, jew taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan l-aħħar każ, l-imsemmija miżura tista’ ma tqajjimx dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern jew, għall-kuntrarju, tista’ tqajjem tali dubji (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Meta, fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li permezz tagħha hija tikkonstata li miżura tal-Istat ma tikkostitwixxix għajnuna li hija inkompatibbli mas-suq intern, hija tirrifjuta wkoll impliċitament li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali. Dan il-prinċipju japplika kemm fil-każ fejn id-deċiżjoni tittieħed minħabba l-fatt li l-Kummissjoni tqis li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 659/1999, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, kif ukoll meta hija tal-opinjoni li l-miżura ma tidħolx fil-kamp ta’<?PAGE NO="12"?> applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u ma tikkostitwixxix għalhekk għajnuna, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 659/1999 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120328">28 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑123/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:164">EU:T:2012:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, meta rikorrent jitlob l-annullament ta’ deċiżjoni li tiddikjara li l-miżura inkwistjoni ma hijiex għajnuna mill-Istat jew deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet, huwa jikkontesta essenzjalment il-fatt li d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni tkun ittieħdet mingħajr ma din l-istituzzjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, bi ksur b’dan il-mod tad-drittijiet proċedurali tiegħu. Sabiex it-talba għal annullament tiegħu tintlaqa’, ir-rikorrent jista’ jinvoka, għall-finijiet tal-preżervazzjoni tad-drittijiet proċedurali li jgawdi fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, kwalunkwe motiv ta’ natura li juri li l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi li kellha jew seta’ kellha l-Kummissjoni, fil-fażi ta’ investigazzjoni preliminari tal-miżura inkwistjoni, kellha tqajjem dubji dwar il-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat jew il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:395">EU:C:2013:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141125">25 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑512/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:989">EU:T:2014:989</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Tali prova tal-eżistenza ta’ dubji tista’ b’mod partikolari tiġi prodotta minn sensiela ta’ indizji konkordanti, peress li l-eżistenza ta’ dubju teżiġi investigazzjoni, f’dak li jirrigwarda deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, kemm taċ-ċirkustanzi tal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, b’mod partikolari t-tul tal-eżami preliminari, kif ukoll tal-kontenut tagħha, filwaqt li għandhom jitqabblu l-evalwazzjonijiet li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuqhom fl-imsemmija deċiżjoni mal-elementi li hija kellha jew seta’ jkollha meta hija ddeċidiet fuq il-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tal-miżura inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>3F vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑646/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:36">EU:C:2013:36</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Kummissjoni hija obbligata li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali jekk, fid-dawl tal-informazzjoni miksuba jew li hija seta’ jkollha matul il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, hija xorta jkollha diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-miżura inkwistjoni. Dan l-obbligu jirriżulta direttament mill-Artikolu 108(3) TFUE, kif interpretat mill-ġurisprudenza, u huwa kkonfermat mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 659/1999, meta l-Kummissjoni tikkonstata, wara investigazzjoni preliminari, li l-miżura inkwistjoni tqajjem dubji fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna jew tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Club Hotel Loutraki <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑131/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:989">EU:C:2016:989</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>BUPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑289/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:29">EU:T:2008:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0328">328</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’tali każ, il-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali billi tibbaża ruħha fuq ċirkustanzi oħra, bħall-interessi ta’ terzi, kunsiderazzjonijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju jew kwalunkwe raġuni oħra ta’ konvenjenza amministrattiva jew politika (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑388/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:30">EU:T:2009:30</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-istadju kontenzjuż, l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni għandu jenfasizza fuq il-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tal-argumenti mressqa u tal-provi prodotti mir-rikorrent fil-każ inkwistjoni, l-evalwazzjonijiet li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ assenza ta’ għajnuna ppreżentawx diffikultajiet li kienu ta’ natura li jqajmu dubji u, għaldaqstant, li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930519">19 ta’ Mejju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Cook vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:197">EU:C:1993:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930615">15 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Matra vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:239">EU:C:1993:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari dwar is-suġġett tar-rikors</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>L-ewwel parti tar-raba’ motiv hija bbażata fuq il-ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, peress li l-Kummissjoni naqset milli tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE minkejja l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-miżura inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-parti, sabiex turi l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-miżura kkonċernata, ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, żbalji ta’ liġi, żbalji ta’ evalwazzjoni u difett ta’ motivazzjoni li jivvizzjaw it-tieni deċiżjoni kkontestata. Dawn l-iżbalji u dan id-difett huma invokati, barra minn hekk, fl-ewwel, fit-tielet u fil-ħames motiv tagħha, li jikkonċernaw, rispettivament, l-interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ permezz tat-trasferiment lil subxerrej tas-sehem miżmum minn Capricorn fil-vettura ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring u nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha tiġi eżaminata, fl-ewwel lok, l-ewwel parti tar-raba’ motiv, sussegwentement, fid-dawl ta’ din il-parti, ibbażata fuq il-ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, l-ewwel, it-tielet u l-ħames motiv, sabiex jiġi evalwat jekk l-argumenti invokati insostenn jippermettux l-identifikazzjoni tad-diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-miżura kkonċernata li fil-preżenza tagħhom il-Kummissjoni kellha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, kif il-ġurisprudenza tawtorizza lill-Qorti Ġenerali tagħmel (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għandhom jiġu eżaminati, fit-tieni lok, it-tieni, it-tielet u r-raba’ parti tar-raba’ motiv, ibbażati fuq ksur ieħor tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, li setgħu wkoll affettwaw il-konstatazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni, fit-tieni deċiżjoni kkontestata, dwar l-assenza ta’ diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-miżura kkonċernata li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE. It-tieni parti tar-raba’ motiv hija bbażata fuq il-ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999, u t-tielet u r-raba’ parti tar-raba’ motiv huma bbażati fuq nuqqas ta’ eżami diliġenti u imparzjali mill-Kummissjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Għandu jitfakkar li t-tieni motiv tar-rikors, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika, kien dirett biss kontra l-ewwel deċiżjoni kkontestata, li fir-rigward tagħha r-rikorrenti ma kinitx meqjusa li għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka, fl-ewwel lok, it-tul tal-fażi ta’ investigazzjoni preliminari u, fit-tieni lok, il-kontenut tat-tieni deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tul tal-fażi ta’ investigazzjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni pposponiet id-deċiżjoni tagħha f’diversi okkażjonijiet, b’mod partikolari bejn it-23 ta’ Ġunju u l-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, f’liema data ġiet finalment adottata d-deċiżjoni finali. Barra minn hekk, ir-rettifika tad-deċiżjoni finali ġiet adottata fit-<DATE ISO="20150413">13 ta’ April 2015</DATE>, jiġifieri iktar minn sena wara s-sottomissjoni tal-ilment tagħha lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li hija ma ltaqgħetx ma’ diffikultajiet serji matul l-investigazzjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, sa fejn il-miżuri statali kontenzjużi ma ġewx innotifikati mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tipproċedi għal investigazzjoni preliminari ta’ dawn il-miżuri f’perijodu determinat. Madankollu, il-Kummissjoni għandha twettaq investigazzjoni diliġenti ta’ lment li jindika l-eżistenza ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, peress li n-natura raġonevoli<?PAGE NO="14"?> tat-tul ta’ fażi ta’ investigazzjoni preliminari għandha tiġi evalwata skont iċ-ċirkustanzi relattivi ta’ kull kawża u, b’mod partikolari, il-kuntest tagħha, id-diversi stadji proċedurali li l-Kummissjoni għandha ssegwi u l-kumplessità tal-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>3F vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑30/03 RENV</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:534">EU:T:2011:534</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni rċeviet l-ilment tar-rikorrenti fl-<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>. Dan l-ilment kien jikkonċerna l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn bi prezz iktar baxx mill-prezz tas-suq tagħhom u l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn il-bejjiegħa u Capricorn li kienet tiġġustifika li d-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna lill-bejjiegħa tiġi estiża għal din tal-aħħar. Barra minn hekk, ġew ippreżentati tliet ilmenti oħra fir-rigward tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring. Id-deċiżjoni finali ttieħdet fl-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, jiġifieri inqas minn sitt xhur wara li rċeviet l-ilment tar-rikorrenti. Tali terminu ma jeċċedix dak li kien meħtieġ għal eżami inizjali tal-mistoqsijiet relatati mal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring bi prezz iktar baxx mill-prezz tas-suq tagħhom, u għalhekk ma jurix l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-miżura kkonċernata li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kontenut tat-tieni deċiżjoni kkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li t-tieni deċiżjoni kkontestata turi fiha nnifisha l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, filwaqt li tinvoka għal dan il-għan in-natura lakunarja tal-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni. Il-lakuni jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-eżami tan-natura miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, dak ta’ ċerti fatti li huma rilevanti f’dan ir-rigward, bħat-trasferiment tal-assi tan-Nürburgring lil subxerrej, dak tal-kwistjoni dwar jekk din il-proċedura kinitx wasslet għall-bejgħ ta’ dawn l-assi lill-ogħla offerent kif ukoll l-eżami tal-fatt li Capricorn ma setgħetx tissodisfa r-rekwiżit li jiġi żgurat il-ħlas tal-prezz tal-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-iżbalji ta’ liġi mwettqa mill-Kummissjoni, marbuta mal-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999, kif ukoll man-nuqqas ta’ motivazzjoni, jikkonfermaw l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-miżura kkonċernata, li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għandu, qabelxejn, jiġi nnotat li l-Kummissjoni kkonstatat fil-premessa 285 tad-deċiżjoni finali, wara eżami taċ-ċirkustanzi tal-każ, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>l-bejgħ tal-assi [tan-Nürburgring] ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fil-premessa 281 tad-deciżjoni finali, il-Kummissjoni indikat li ma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sabitx evidenza ta’ ksur tal-prinċipji ta’ proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kondizzjonat fir-rigward tal-bejgħ tal-assi [tan-Nürburgring], jew ta’ kull offerta bi prezz offrut ogħla b’finanzjament iggarantit meta mqabbla mal-offerta ta’ Capricorn<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fil-premessi 240, 261, 266, 271, 276 u 280 tad-deċiżjoni finali, il-Kummissjoni b’mod partikolari kkunsidrat li Capricorn kienet l-offerent li kien ippreżenta l-aħjar offerta flimkien ma’ garanzija ta’ finanzjament. Fir-rigward ta’ din il-garanzija, il-Kummissjoni stabbilixxiet li hija kellha, sa minn April 2014, l-ittra tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE> tad-Deutsche Bank AG, li kienet tappoġġja l-offerta ta’ Capricorn (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Għalhekk ma hemm l-ebda raġuni sabiex tiġi kkontestata d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li hija wettqet l-analiżi tagħha stess tal-imsemmija ittra u kkunsidrat li din kienet tikkostitwixxi garanzija ta’ finanzjament, li n-natura vinkolanti tagħha kienet ġiet ikkonfermata mill-awtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>L-argument dwar il-garanzija ta’ finanzjament tal-offerta ppreżentata minn Capricorn u l-kwistjoni dwar jekk il-proċedura ta’ sejħa għal offerti wasslitx għall-bejgħ tal-imsemmija assi lill-offerent bl-ogħla offerta huwa għalhekk infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni ma wettqitx eżami eżawrjenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. B’mod partikolari, id-deċiżjoni finali ma ssemmix it-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-karattru insuffiċjenti jew mhux komplut tal-eżami mwettaq mill-Kummissjoni matul il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari jikkostitwixxi indizju tal-eżistenza ta’ diffikultajiet ta’ natura li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161011">11 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑167/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:603">EU:T:2016:603</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza ddeċidiet ukoll li, b’mod ġenerali, il-legalità ta’ deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat għandha tiġi evalwata skont l-elementi ta’ informazzjoni li l-Kummissjoni seta’ kellha fil-mument meta hija adottat din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), filwaqt li għandu jitfakkar li l-informazzjoni li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>seta’ kellha<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> hija dik li kienet tidher rilevanti għall-evalwazzjoni li kellha titwettaq u li hija setgħet, fuq talba tagħha, tikseb il-produzzjoni tagħha matul il-proċedura amministrattiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Frucona Košice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:706">EU:C:2017:706</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Kummissjoni, fil-fehma tar-rikorrenti, ma rrispondietx għal ċerti lmenti li hija kienet qajmet ma jimplikax li hija ma setgħetx tiddeċiedi dwar il-miżura inkwistjoni abbażi tal-informazzjoni li hija kellha u li hija għalhekk kellha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali sabiex tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120328">28 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑123/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:164">EU:T:2012:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0130">130</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma ddeċidietx, fid-deċiżjoni finali, dwar it-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ permezz tat-trasferiment lil subxerrej tas-sehem ta’ Capricorn fil-vettura ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring, li, skont ir-rikorrenti, seħħ fit-<DATE ISO="20141028">28 ta’ Ottubru 2014</DATE>, abbażi ta’ kuntratt fiduċjarju tal-<DATE ISO="20141005">5 ta’ Ottubru 2014</DATE>, u għalhekk wara l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-iżbalji ta’ liġi mwettqa mill-Kummissjoni, relatati mal-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999, kif ukoll in-nuqqas ta’ motivazzjoni, jikkonfermaw l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji. L-eżami ta’ dan l-argument jikkoinċidi mal-eżami tal-ewwel u tal-ħames motiv, relatati mal-imsemmija żbalji ta’ liġi u mal-imsemmi nuqqas ta’ motivazzjoni, li ser jitwettaq iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Għalhekk, bla ħsara għall-ilmenti li ser jiġu eżaminati fil-kuntest tal-ewwel u tal-ħames motiv, l-argumenti invokati insostenn tal-ewwel parti tar-raba’ motiv ma jippermettux għalhekk li jiġi stabbilit li, fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kellha diffikultajiet ta’ evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring li kienu jeżiġu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali. Għaldaqstant, l-ewwel parti tar-raba’ motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, fir-rigward tal-għoti ta’ għajnuna mill-Istat lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tagħha, li jikkonsisti fi tliet partijiet, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, billi kkonkludiet li ma kienet ingħatat l-ebda għajnuna mill-Istat lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv, relatata mal-vantaġġ mogħti lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li x-xerrej ingħata vantaġġ fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. L-imsemmija proċedura ma kinitx trasparenti. B’mod partikolari, il-bejjiegħa u KPMG ma informawx b’mod ċar lill-offerenti dwar it-termini applikabbli, b’tali mod li hija ġiet imqarrqa dwar il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerta finali. Ix-xerrej kien issottometta biss l-offerta finali tiegħu fl-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-jum ta’ qabel ma ntgħażel bħala l-offerent rebbieħ tal-assi tan-Nürburgring, b’tali mod li t-terminu ġġedded <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> sa din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet diskriminatorja. B’mod partikolari, seħħew negozjati bejn rappreżentanti tal-bejjiegħa u tax-xerrej, iżda mhux mar-rappreżentanti tagħha stess, matul il-ħarifa tal-2013, minkejja l-assenza ta’ finanzjament iggarantit mix-xerrej. Dan tal-aħħar kien b’mod partikolari awtorizzat jipparteċipa fil-laqgħat ta’ ġestjoni tal-bejjiegħa. Barra minn hekk, l-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq il-fatt li l-ebda wieħed mill-offerenti ma pprovda garanzija ta’ finanzjament għall-prezz sħiħ tax-xiri u li, konsegwentement, il-bejjiegħa ma kisrux il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi illaxkaw ir-rekwiżit ta’ finanzjament żgurat matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti huwa żbaljat, sa fejn din il-modifika tal-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti ma ġietx ikkomunikata lill-offerenti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li x-xerrej ma tax prova ta’ finanzjament iggarantit, sa fejn, b’mod partikolari, huwa kien ippreżenta biss impenn fil-forma tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, jiġifieri ittra ta’ intenzjoni mingħajr saħħa vinkolanti, u din l-ittra kienet tikkostitwixxi biss abbozz preliminari, li l-effett vinkolanti tagħha kien suġġett għall-osservanza ta’ kundizzjonijiet addizzjonali u għal deċiżjoni finali tad-Deutsche Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li hija offriet l-ogħla prezz ta’ xiri, kif ukoll finanzjament iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Għandu jiġi ddeterminat, fid-dawl tal-ilmenti fformulati fl-ewwel parti tal-ewwel motiv, jekk l-eżami mwettaq mill-Kummissjoni dwar ir-regolarità tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienx ta’ natura li jeskludi l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring li jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, meta impriża li tkun ibbenefikat minn għajnuna inkompatibbli mas-suq intern tiġi akkwistata bil-prezz tas-suq, jiġifieri bl-ogħla prezz li investitur privat li jaġixxi f’kundizzjonijiet kompetittivi normali kien lest li jħallas għal din il-kumpannija fis-sitwazzjoni li din tkun tinsab fiha, b’mod partikolari, wara li tkun ibbenefikat minn għajnuna mill-Istat, l-element ta’ għajnuna għandu jiġi evalwat bil-prezz tas-suq u inkluż fil-prezz ta’ xiri. F’tali ċirkustanzi, ix-xerrej ma jistax jiġi kkunsidrat li jkun ibbenefika minn vantaġġ fil-konfront tal-operaturi oħra fis-suq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:238">EU:C:2004:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fil-każ li, għall-kuntrarju, il-bejgħ tal-assi ta’ benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat jitwettaq bi prezz inqas mill-prezz tas-suq, vantaġġ indebitu jista’ jiġi ttrasferit lix-xerrej (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120328">28 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑123/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:164">EU:T:2012:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0161">161</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-verifika tal-prezz tas-suq, tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-forma użata għat-trasferiment ta’ kumpannija, pereżempju dik tal-irkant pubbliku, li għandha tiżgura bejgħ b’kundizzjonijiet tas-suq. Minn dan isegwi li, meta jitwettaq il-bejgħ ta’ impriża permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti u inkundizzjonata, jista’ jiġi preżunt li l-prezz tas-suq jikkorrispondi għall-ogħla offerta, sakemm jiġi stabbilit, l-ewwel nett, li din l-offerta għandha valur ta’ impenn u li hija kredibbli u, it-tieni nett, li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi ekonomiċi minbarra l-prezz ma huwiex iġġustifikat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Land Burgenland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/12 P, C‑215/12 P u C‑223/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:682">EU:C:2013:682</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>BVVG</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:470">EU:C:2015:470</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, in-natura miftuħa u trasparenti ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti għandha tiġi evalwata abbażi ta’ sensiela ta’ indizji relatati maċ-ċirkustanzi ta’ kull kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:238">EU:C:2004:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 114 sa 117 iktar ’il fuq li għandha tiġi eżaminata, f’dan il-każ, il-fondatezza tad-diversi lmenti mressqa fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, f’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiddeċiedi direttament fuq il-legalità stess tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment ibbażat fuq in-natura mhux trasparenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tallega n-natura mhux trasparenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, għandu jitfakkar (ara s-seba’ inċiż tal-punt 9, iktar ’il fuq) li t-terminu għas-sottomissjoni ta’ offerti konfermatorji ġie suċċessivament iffissat għall-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, kif jirriżulta mill-ittra ta’ KPMG tas-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, sussegwentement għas-<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE>, kif jirriżulta mill-ittra ta’ KPMG tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Din l-aħħar ittra kienet tispeċifika li l-offerti sottomessi wara l-iskadenza tat-terminu kienu wkoll jittieħdu inkunsiderazzjoni. Madankollu, hija speċifikat li l-bejjiegħa setgħu jieħdu d-deċiżjoni ta’ għażla malajr wara t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Kif ġustament tallega l-Kummissjoni, il-possibbiltà ta’ sottomissjoni ta’ offerta wara s-<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE> kienet għalhekk magħrufa mill-offerenti kollha. Bl-istess mod, il-fatt li x-xerrej seta’ jippreżenta l-offerta finali tiegħu fl-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, wara l-iskadenza tat-terminu, u jintgħażel bħala offerent rebbieħ mill-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, huwa kompletament konformi mat-termini tal-ittra ta’ KPMG tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dan l-ilment ma jippermettix li jiġi stabbilit li l-Kummissjoni kellha jkollha dubji fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti minħabba n-natura mhux trasparenti tagħha fid-dawl tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni ta’ offerta konfermatorja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">ii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment ibbażat fuq in-natura diskriminatorja tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-ilment, ir-rikorrenti ssostni li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet diskriminatorja. B’mod partikolari, ix-xerrej ma tax prova ta’ finanzjament iggarantit, sa fejn l-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, insostenn tal-offerta tiegħu li ġiet approvata fil-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, ma kinitx vinkolanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>L-ittra ta’ KPMG lill-investituri interessati tas-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE> kienet tispeċifika li kwalunkwe finanzjament ġej minn terz kellu jkun ibbażat fuq impenn ta’ finanzjament vinkolanti (ara d-disa’ inċiż tal-punt 9, iktar ’il fuq). Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk l-eżami mwettaq mill-Kummissjoni, li jirrifletti l-analiżi tal-awtoritajiet Ġermaniżi, kienx ta’ natura li jeskludi l-eżistenza ta’ dubji dwar in-natura vinkolanti tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Qabel kollox, l-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE> tindika li din tal-aħħar hija lesta li tipprovdi self ta’ EUR 45 miljun lix-xerrej. Il-kundizzjonijiet għal dan il-finanzjament huma deskritti fid-dettall, li, kif ġustament issostni l-Kummissjoni, jidher li jindika eżami fil-fond min-naħa ta’ Deutsche Bank u skambju ta’ informazzjoni bejn din tal-aħħar u x-xerrej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE> tagħmel riferiment, f’diversi okkażjonijiet, għall-impenn meħud minn Deutsche Bank favur Capricorn abbażi tal-imsemmija ittra. Deutsche Bank ikkunsidrat għalhekk li hija marbuta mill-imemmija ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ġustament issostni l-Kummissjoni, il-paragun bejn l-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE> maż-żewġ ittri preparatorji u mhux vinkolanti ta’ Deutsche Bank tas-17 u tal-<DATE ISO="20140225">25 ta’ Frar 2014</DATE> jikkonferma n-natura vinkolanti tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>. Għalhekk, huwa indikat fl-ittra tas-<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE> li din ma tikkostitwixxix impenn min-naħa ta’ Deutsche Bank, għall-kuntrarju tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, li tagħmel riferiment għall-impenn meħud minn Deutsche Bank fil-konfront ta’ Capricorn fuq il-bażi ta’ din l-istess ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE> tispeċifika li l-impenn meħud minn din tal-aħħar huwa suġġett għal tliet kundizzjonijiet. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet (eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, assenza ta’ bdil sinjifikattiv f’dak li jikkonċerna l-assi akkwistati, assenza ta’ illegalità) ippermettew lil Deutsche Bank tevita l-impenn tagħha biss jekk l-akkwist ma jsirx skont il-kundizzjonijiet previsti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ma jidhirx li l-Kummissjoni kellu jkollha dubji dwar in-natura vinkolanti tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju u kif ġustament ikkonstatat il-Kummissjoni fil-premessa 272 tad-deċiżjoni finali, ir-rikorrenti qatt ma pproduċiet prova ta’ finanzjament tal-offerta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130930">30 ta’ Settembru 2013</DATE>, ir-rikorrenti ssottomettiet offerta indikattiva għall-assi kollha tan-Nürburgring, għal ammont ta’ EUR 150 miljun. Din l-offerta ma inkludietx prova tal-kapaċità tagħha ta’ finanzjament, fatt li ġie indikat lilha minn KPMG fl-ittri tal-11 u tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, kif ukoll f’ittra tat-18 ta’ Diċembru sussegwenti. Ir-rikorrenti rċeviet ukoll l-ittra ta’ KPMG tas-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li kienet tispeċifika li kwalunkwe finanzjament minn terz kellu jkun ibbażat fuq impenn ta’ finanzjament vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-rikorrenti ssottomettiet offerta finali ta’ EUR 110 miljun għall-assi kollha. Hija ddikjarat li kienet imbagħad kisbet impenn vinkolanti ta’ finanzjament ta’ EUR 30 miljun minn DRC Capital LLP. Madankollu, ma ġie pprovdut l-ebda dokument ta’ DRC Capital LLP mal-offerta, fatt li ġie indikat lilha minn KPMG permezz ta’ messaġġ elettroniku tat-<DATE ISO="20140218">18 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140221">21 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-rikorrenti indikat li terminu ta’ bejn ġimagħtejn u ħames ġimgħat għandu jippermettilha tikseb l-impenji vinkolanti kollha ta’ finanzjament. Fil-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, hija pprovdiet verżjoni aġġornata tal-offerta finali, għal ammont totali ta’ EUR 150 miljun, u hija kkonfermat li kienet ser tippreżenta l-impenji vinkolanti kollha ta’ finanzjament sal-<DATE ISO="20140331">31 ta’ Marzu 2014</DATE>. Fl-aħħar nett, hija tiddikjara li rċeviet impenn ta’ finanzjament mingħand Jupiter Financial fis-<DATE ISO="20140326">26 ta’ Marzu 2014</DATE>, iżda tirrikonoxxi li qatt ma għaddietu lil KPMG. F’messaġġ elettroniku tad-<DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE>, KPMG indikat lir-rikorrenti li baqgħet ma rċevitx konferma bil-miktub mingħand terzi li setgħu jiffinanzjaw l-offerta tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li x-xerrej, li l-offerta tiegħu ġiet aċċettata, kellu, qabelxejn, żewġ ittri preparatorji ta’ Deutsche Bank tas-17 u tal-<DATE ISO="20140225">25 ta’ Frar 2014</DATE>, kif ukoll l-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, li fir-rigward tagħha ma jidhirx li l-Kummissjoni kellha jkollha dubji dwar in-natura vinkolanti tagħha, filwaqt li r-rikorrenti, li l-offerta tagħha ma ġietx aċċettata, ma kienet, fl-ebda mument, ipprovdiet, fl-ebda mument, kwalunkwe prova ta’ finanzjament. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ impenn ta’ finanzjament vinkolanti tfakkar lir-rikorrenti f’diversi okkażjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni, fid-dawl tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi invokati mir-rikorrenti, kellha jkollha dubji dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, minħabba n-natura diskriminatorja tagħha fir-rigward tar-rekwiżit ta’ impenn vinkolanti ta’ finanzjament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">iii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment relatat mal-ammont u mal-finanzjament tal-offerti ta’ Capricorn u tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-ilment, ir-rikorrenti ssostni li hija offriet l-ogħla prezz ta’ xiri, kif ukoll finanzjament iggarantit, filwaqt li l-offerta ta’ Capricorn, li fl-aħħar nett ntgħażlet, kienet iktar baxxa minn tagħha u ma kellhiex finanzjament iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Peress li l-ammont tal-offerta finali ta’ xiri ppreżentata mir-rikorrenti huwa ta’ EUR 110 miljun, filwaqt li dak ta’ Capricorn kien ta’ EUR 77 miljun, huwa ġustament li r-rikorrenti ssostni li hija offriet prezz ta’ xiri ogħla minn ta’ Capricorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 116 iktar ’il fuq, jista’ biss jiġi preżunt li l-prezz tas-suq jikkorrispondi għall-ogħla offerta ppreżentata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti u inkundizzjonata jekk jiġi stabbilit li din l-offerta għandha valur ta’ impenn u li hija kredibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont l-ittra li ntbagħet lilhom fid-19 ta’ Lulju u fis-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE> minn KPMG, l-investituri interessati kellhom b’mod partikolari jintgħażlu b’teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżit li tiġi żgurata t-tranżazzjoni (ara d-disa’ inċiż tal-punt 9, iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Madankollu, huwa b’mod żbaljat li r-rikorrenti tiddikjara li hija offriet finanzjament iggarantit, peress li hija, fl-ebda mument, ma kienet ipprovdiet prova ta’ finanzjament. Mill-premessa 272 tad-deċiżjoni finali jirriżulta li, fl-assenza ta’ provi tal-kapaċità u tas-solvenza finanzjarja tagħha, l-awtoritajiet Ġermaniżi setgħu jikkontestaw il-kapaċità tagħha li tikseb il-fondi meħtieġa sabiex tonora l-prezz ta’ xiri li hija offriet u, għaldaqstant, il-kredibbiltà tal-offerta tagħha u l-konformità tagħha mar-rekwiżit li jiġi żgurat il-ħlas tal-prezz ta’ bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, Capricorn kellha, qabelxejn, żewġ ittri preparatorji ta’ Deutsche Bank tas-17 u tal-<DATE ISO="20140225">25 ta’ Frar 2014</DATE>, kif ukoll l-ittra ta’ Deutsche Bank tal-<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, li fir-rigward tagħha diġà ġie osservat li n-natura vinkolanti tagħha ma kellhiex tqajjem dubji għall-Kummissjoni (ara l-punti 128 u 133 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa 273 tad-deċiżjoni finali, ipparteċipaw biss fl-istadju finali tan-negozjati mwettqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti l-offerent 2 u Capricorn, li l-offerti tagħhom kienu t-tnejn iktar baxxi min dik tar-rikorrenti, iżda kienu jinkludu wegħdiet ta’ finanzjament. Huwa għalhekk mal-offerta tal-offerent 2 li l-bejjiegħa qabblu dik ta’ Capricorn. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li, skont l-avukati tal-bejjiegħa, fis-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, l-offerta konfermatorja tal-offerent 2 kienet l-aħjar offerta, għalkemm b’ammont iktar baxx minn dak ta’ Capricorn, u li huwa preċiżament fid-dawl tal-ammont ogħla tal-offerta ta’ din tal-aħħar li l-bejjiegħa pprovaw ukoll jiffinalizzaw il-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring ma’ Capricorn. Madankollu, mill-premessa 273<?PAGE NO="20"?> tad-deċiżjoni finali jirriżulta li kemm l-offerta kif ukoll il-wegħda ta’ finanzjament ippreżentati, fl-aħħar, minn Capricorn kienu ogħla mill-offerta u l-wegħda ta’ finanzjament ippreżentati mill-offerent 2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Għalhekk ma huwiex stabbilit li l-Kummissjoni kellha jkollha dubji dwar il-fatt li Capricorn kienet l-offerent li ppreżentat l-aħjar offerta vinkolanti u kredibbli, b’teħid inkunsiderazzjoni, mhux biss tal-prezz li kien offrut, iżda wkoll tal-garanziji pprovduti li tiġi żgurata t-tranżazzjoni. Fi kliem ieħor, ma huwiex stabbilit li hija kellha tiddubita li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-assi inkwistjoni [kienu] nbiegħu lill-offerent li [kien] ppreżenta l-ogħla offerta inkluża prova tal-finanzjament tagħha<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, kif irrilevat fil-premessa 276 tad-deċiżjoni finali, u li ma kien hemm l-ebda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>offerta bi prezz offrut ogħla b’finanzjament iggarantit meta mqabbla mal-offerta ta’ Capricorn<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, kif irrilevat fil-premessa 281 ta’ din l-istess deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dan l-ilment għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 114 sa 117 iktar ’il fuq, l-eżami mwettaq mill-Kummissjoni kien għalhekk ta’ natura li jeskludi kwalunkwe dubju dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ indebitu favur ix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti u, konsegwentement, l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat lil dan tal-aħħar. Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-ewwel parti tal-ewwel motiv tindika diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring li kienu jobbligaw lill-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv, dwar il-vantaġġ mogħti lix-xerrej fil-kuntest tal-kuntratt ta’ kiri tal-assi tan-Nürburgring</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li ngħata wkoll vantaġġ lix-xerrej fil-kuntest tal-kuntratt ta’ kiri tal-assi tan-Nürburgring. Mill-premessa 56 tad-deċiżjoni finali jirriżulta li din il-kirja ġiet konkluża bejn kumpannija indipendenti tal-bejjiegħa, li topera fil-fatt bħala fiduċjarja tal-imsemmija assi, u kumpannija operatorja li ġiet stabbilita minn Capricorn, għal perijodu li jibda jgħaddi mill-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>, sabiex tiġi strutturata sitwazzjoni tranżitorja li tikkorrispondi għat-twettiq eventwali tal-kundizzjoni li għaliha kien suġġett il-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn, jiġifieri l-adozzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ deċiżjoni li teskludi kwalunkwe riskju li x-xerrej tal-imsemmija assi jkun obbligat li jirrimborsa l-għajnuna lill-bejjiegħa. L-ammont tal-kera annwali ma kienx jeċċedi EUR 5 miljun, filwaqt li, skont ir-rikorrenti, din kellha tammonta, tal-inqas, għal EUR 7.7 miljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument u b’mod partikolari ssostni li l-kera kienet tirrappreżenta biss il-ħlas bil-quddiem ta’ partijiet mill-prezz ta’ bejgħ tal-assi tan-Nürburgring, li kien huwa stess konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Għall-motivi esposti fil-punti 119 sa 133 iktar ’il fuq, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni kellha jkolli dubji dwar in-natura trasparenti u nondiskriminatorja tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Għal dawn l-istess motivi, il-Kummissjoni kienet iġġustifikata li ma jkollhiex dubji dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, inkluż dwar il-kuntratt ta’ kera tal-assi tan-Nürburgring li kien ġie nnegozjat fil-każ li ma jitwettqux il-kundizzjonijiet stabbiliti sabiex il-bejgħ jiġi konkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti tal-ewwel motiv, dwar l-intervent ta’ riżorsi pubbliċi fil-kuntest tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lix-xerrej</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma eżaminatx il-kwistjoni dwar jekk riżorsi pubbliċi kinux involuti fil-kuntest tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn. Madankollu, kellha tikkonstata li dan kien il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tittieħidx azzjoni fir-rigward ta’ lment meta hija tista’ teskludi mill-ewwel il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat tal-miżuri inkwistjoni wara li tkun ikkonstatat li waħda mill-kundizzjonijiet essenzjali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE ma hijiex issodisfatta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060405">5 ta’ April 2006</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Bahn vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑351/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:104">EU:T:2006:104</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz tal-eżami, fil-premessi 266 sa 281 tad-deċiżjoni finali, dwar jekk il-proċedura ta’ sejħa għal offerti kinitx miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata u dwar jekk Capricorn kinitx l-offerent li ppreżentat l-aħjar offerta flimkien ma’ garanzija ta’ finanzjament, il-Kummissjoni kellha, essenzjalment, l-għan li tivverifika li l-assi tan-Nürburgring inbiegħu bil-prezz tas-suq tagħhom, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 116 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Fil-każ li l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring kien twettaq bi prezz iktar baxx mill-prezz tas-suq, kif indikat fil-punt 115 iktar ’il fuq, ix-xerrej seta’ ngħata vantaġġ indebitu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120328">28 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑123/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:164">EU:T:2012:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0161">161</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, l-eżami tal-Kummissjoni kien jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk tali vantaġġ kienx ingħata, f’dan il-każ, lil Capricorn fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonkludiet li, fl-assenza ta’ tali vantaġġ, l-ebda għajnuna mill-Istat ma ngħatat lil Capricorn fil-kuntest tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni kkonstatat li waħda mill-kundizzjonijiet essenzjali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ, ma kinitx issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata b’mod validu li ma eżaminatx ukoll jekk il-kundizzjoni relatata ma intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat kinitx issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-eżami tat-tielet parti tal-ewwel motiv u, għaldaqstant, tal-ewwel motiv fl-intier tiegħu, ma żvelax indizji dwar l-eżistenza ta’ dubji fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring li kienu jeżiġu l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>L-ewwel motiv, moqri fid-dawl tal-ewwel parti tar-raba’ motiv, għandu għaldaqstant jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">e)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, dwar l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ li tirriżulta mit-trasferiment lil subxerrej tas-sehem miżmum minn Capricorn fil-vettura ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni indikat b’mod żbaljat, fid-deċiżjoni finali, li l-proċess ta’ bejgħ tal-assi tan-Nürburgring kien intemm fil-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, bl-allokazzjoni tagħhom lil Capricorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-bejjiegħa komplew bil-proċess ta’ bejgħ minn Lulju 2014, wara li Capricorn uriet l-inkapaċità tagħha li tagħmel it-tieni ħlas parzjali tal-prezz ta’ xiri. Twettqu negozjati informali, minn Settembru 2014, li matulhom il-bejjiegħa stess ipproponew it-trasferiment tal-assi tan-Nürburgring, li<?PAGE NO="22"?> waslu, fit-<DATE ISO="20141028">28 ta’ Ottubru 2014</DATE>, għat-trasferiment lil subxerrej tas-sehem miżmum minn Capricorn fil-vettura ta’ akkwist ta’ dawn l-assi. It-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ lanqas ma kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ ftuħ, trasparenza, nondiskriminazzjoni u inkundizzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, it-trasferiment lil subxerrej tas-sehem miżmum minn Capricorn fil-vettura ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring jikkostitwixxi l-eżitu tal-proċess ta’ bejgħ tal-imsemmija assi u ġie konkluż fl-interess tal-bejjiegħa u mhux ta’ Capricorn. Fil-fatt, din tal-aħħar ma kisbet l-ebda vantaġġ minn dan it-trasferiment, minbarra dak relatat mat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali tagħha. Il-fatt li l-prezz ta’ trasferiment ta’ dan is-sehem kien identiku għal dak tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn ma jiġġustifikax l-assenza ta’ impenn, f’dan il-każ, ta’ proċedura ġdida ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Għall-motivi li diġà ġew esposti fil-punti 103 u 104 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma ddeċidietx, fid-deċiżjoni finali, dwar it-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ permezz tat-trasferiment lil subxerrej tas-sehem miżmum minn Capricorn fil-vettura ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring, sa fejn dan it-trasferiment seħħ, kif tirrikonoxxi r-rikorrenti stess, wara l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm minn artikolu tal-istampa tat-<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE> jirriżulta li Deutsche Bank kienet irtirat il-finanzjament tagħha lil Capricorn u li l-amministraturi fittxew xerrejja ġodda għall-assi tan-Nürburgring, ir-rikorrenti ma stabbilixxietx li l-Kummissjoni kellha jew seta’ jkollha tali informazzjoni fil-mument meta hija ħadet id-deċiżjoni finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 114 sa 117 iktar ’il fuq u kif sostniet il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha tat-<DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE> b’risposta għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, l-għan tal-eżami tagħha kien li taċċerta ruħha, għall-finijiet tal-verifika dwar jekk l-assi tan-Nürburgring ġewx ittrasferiti bil-prezz tas-suq tagħhom, li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata. Fil-każ kuntrarju, l-imsemmi bejgħ seta’ jsir bi prezz iktar baxx mill-prezz tas-suq u vantaġġ indebitu seta’ jiġi ttrasferit lix-xerrej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat li l-għajnuna li, skont ir-rikorrenti (ara l-punt 10 iktar ’il fuq), kellha tiġi kkonstatata mill-Kummissjoni fit-tieni deċiżjoni kkontestata u kellha tikkorrispondi għad-differenza bejn il-prezz imħallas minn Capricorn sabiex tixtri l-assi tan-Nürburgring u l-prezz tas-suq għal dawn l-istess assi, ingħatat lil Capricorn fil-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, li hija d-data li fiha l-assi tan-Nürburgring ġew allokati lil din tal-aħħar u tal-firma tal-kuntratt ta’ bejgħ li jistabbilixxi l-prezz ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring dovut minn Capricorn. Minn dan isegwi li l-fatti sussegwenti għal din id-data, bħad-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom Capricorn fl-istadju tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ u t-trasferiment minnha lil subxerrej, tas-sehem li hija kellha fil-vettura ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring, ma kinux rilevanti għall-eżami tal-kwistjoni dwar jekk ingħatatx għajnuna lil Capricorn fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif ġustament sostniet il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha tat-<DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE> bi tweġiba għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, jekk ir-rikorrenti xtaqet li hija teżamina wkoll l-eżistenza ta’ għajnuna ġdida li tirriżulta mill-allegata tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ, wara l-adozzjoni tat-tieni deċiżjoni kkontestata, hija kellha tressaq ilment ġdid f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argumenti ppreżentati insostenn tat-tielet motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ wara l-adozzjoni tat-tieni deċiżjoni kkontestata, ma jippermettux li jiġi stabbilit li, fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ltaqgħet ma’diffikultajiet ta’ evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring li jeżiġu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>It-tielet motiv, moqri fid-dawl tal-ewwel parti tar-raba’ motiv, għandu għalhekk jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">f)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli twieġeb għall-ilmenti tagħha dwar, l-ewwel nett, l-eżami tar-rekwiżit li t-tranżazzjoni tiġi żgurata, it-tieni nett, it-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ u t-trasferiment tal-assi tan-Nürburgring lil subxerrej, it-tielet nett, l-użu tar-riżorsi pubbliċi u l-involviment tal-Istat fil-konklużjoni tal-bejgħ u tal-kirja tal-assi tan-Nürburgring, ir-raba’ nett, l-għoti addizzjonali ta’ għajnuna mill-Istat ta’ sitt miljun Ewro favur ix-xerrej, li jikkorrispondu għall-ħlas parzjali tal-prezz ta’ bejgħ mill-profitt għas-sena 2014 tal-ġesjtonarju tan-Nürburgring (ara l-punt 6 iktar ’il fuq), il-ħames nett, ir-rwol tal-uffiċċju tal-avukati li jirrappreżenta x-xerrej u l-bejjiegħa, is-sitt nett, in-natura diskriminatorja tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti f’dak li jirrigwarda l-ftehimiet marbuta mal-operat tan-Nürburgring, is-seba’ nett, il-kuntratt ta’ kiri konkluż bejn ix-xerrej u l-bejjiegħa u l-kwistjoni dwar jekk dan jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u, it-tmien nett, il-verifika tal-prezz ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring fuq il-bażi ta’ opinjonijiet ta’ esperti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni ċara u inekwivoka fir-rigward, minn naħa, tal-organizzazzjoni, imsemmija fil-premessa 56 tad-deċiżjoni finali, li ġiet stabbilita wara l-għeluq tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring sabiex jiġi żgurat l-operat provviżorju tagħhom sakemm tittieħed deċiżjoni eżekuttiva tal-Kummissjoni li tiċċara s-sitwazzjoni legali ta’ Capricorn fir-rigward tal-għajnuna lill-bejjiegħa, u, min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit li tiġi żgurata din it-tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tippreżenta motivazzjoni iktar dettaljata, f’dak li jirrigwarda l-emendi li hija wettqet għall-prassi deċiżjonali tagħha, fil-kuntest tal-eżami tar-rekwiżit li tiġi żgurata t-tranżazzjoni u tar-rabtiet eżistenti bejn l-amministraturi u l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Il-motivazzjoni meħtieġa mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE għandha tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u lill-qorti tal-Unjoni twettaq l-istħarriġ tagħha (ara, fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il-Portugall vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑88/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:511">EU:C:2006:511</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080422">22 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Salzgitter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑408/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:236">EU:C:2008:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs L-Italja u Wam</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:272">EU:C:2009:272</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tispjega b’mod suffiċjenti lill-persuna li tagħmel l-ilment ir-raġunijiet għalfejn il-punti ta’ fatt u ta’ liġi invokati fl-ilment ma kinux biżżejjed sabiex jipprovaw l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs il-UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-premessi 266 sa 281 tad-deċiżjoni finali, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Ilmenti dwar il-bejgħ tal-assi [tan-Nürburgring]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jinkludu espożizzjoni ddettaljata tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi li l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Din l-espożizzjoni hija biżżejjed sabiex tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu ir-raġunijiet għall-miżura adottata u lill-qorti tal-Unjoni twettaq l-istħarriġ tagħha u sabiex ir-rikorrenti tkun tista’ tifhem ir-raġunijiet għalfejn il-punti ta’ fatt u ta’ liġi invokati fl-ilment tagħha ma kinux biżżejjed sabiex juru l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>B’mod partikolari, u kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni ma naqsitx milli twieġeb għall-ilmenti tagħha li jikkonċernaw ir-rekwiżit li t-tranżazzjoni tiġi żgurata, li huma eżaminati fil-premessi 272 u 273 tad-deċiżjoni finali li jirrigwardaw il-prova tal-finanzjament tal-offerti tar-rikorrenti u ta’ Capricorn, in-negozjar ta’ ftehimiet relatati mal-operat tan-Nürburgring minn<?PAGE NO="24"?> Capricorn, li huwa indikat fil-premessa 275(e) ta’ din l-istess deċiżjoni, jew ir-rwol tal-uffiċċju tal-avukati li jirrappreżenta x-xerrej u l-bejjiegħa, li huwa indikat fil-premessa 275(j) tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki fil-każ li l-Kummissjoni naqset milli twieġeb għal ilmenti oħra mqajma mir-rikorrenti fl-ilment tagħha, din l-ommissjoni ma tistax tikkostitwixxi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, minħabba li dan tal-aħħar ma jeżiġix li hija tindika elementi oħra minbarra l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali li hija tikkunsidra li huma ta’ importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni. Fil-fatt, il-korrelazzjoni neċessarja bejn il-motivi invokati mill-persuna li tagħmel l-ilment u l-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tistax teżiġi li din ikollha l-obbligu li tiċħad kull wieħed mill-argumenti invokati insostenn ta’ dawn il-motivi (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100303">3 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑102/07 u T‑120/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:62">EU:T:2010:62</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0180">180</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar il-każ fir-rigward ta’ deċiżjoni adottata fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari tal-għajnuna li, peress li tkun ittieħdet f’qasir żmien, għandha tinkludi biss ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni tqis li ma għandhiex diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-miżura kkonċernata li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-fażi ta’ investigazzjoni formali (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930615">15 ta’ Ġunju 1993</DATE> <NAME.CASE>Matra vs il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:239">EU:C:1993:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, ma jippermettix li jiġi stabbilit li, fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ diffikultajiet ta’ evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring li kienu jeżiġu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kundiserazzjonijiet preċedenti, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li la l-ewwel parti tar-raba’ motiv, u lanqas l-ewwel, it-tielet u l-ħames motiv ma jippermettu li jiġi stabbilit li, fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ diffikultajiet ta’ evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring li kienu jeżiġu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">g)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq il-ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament 659/1999 sa fejn hija ma informathiex dwar l-intenzjoni tagħha li tiċħad l-ilment tagħha u lanqas ma talbitha tippreżenta osservazzjonijiet ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat-<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE> li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 L 204, p. 15</REF.DOC.OJ>), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[f]ejn il-Kummissjoni tikkonsidra li l-parti interessata ma tikkonformax mal-formola tal-ilmenti obbligatorji jew li l-fatti u l-punti tal-liġi mressqa mill-parti interessata ma jipprovdux biżżejjed raġunijiet biex juru, fuq il-bażi ta’ eżami <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, l-eżistenza ta’ għajnuna illegali jew użu ħażin ta’ għajnuna, għandha tinforma lill-parti interessata b’dan u tindirizzalha talba biex tagħmel il-kummenti tagħha f’perjodu preskritt li normalment m’għandux ikun aktar minn xahar.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> Barra minn hekk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[j]ekk il-parti interessata tonqos milli tagħmel il-fehmiet tiegħu fil-perjodu preskritt, l-ilment għandu jitiqies li kien irtirat […]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Kif emendat bir-Regolament Nru 734/2013, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[i]l-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tad-deċiżjoni fuq każ li jikkonċerna s-suġġett tal-ilment lil min ilmenta<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999 għandu jinqara fid-dawl tar-regola li tinsab fil-punt 48 tal-Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, C 136, p. 13</REF.DOC.OJ>), li tipprevedi li, bħala prinċipju, fi żmien tnax-il xahar, il-Kummissjoni għandha tipprova tadotta deċiżjoni għall-każijiet prijoritarji, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 659/1999, u għandha tibgħat kopja tagħha lill-persuna li tagħmel l-ilment, jew tibgħat ittra amministrattiva inizjali lill-persuna li tagħmel l-ilment sabiex tindikalha l-konklużjonijiet preliminari tagħha fil-każijiet mhux prijoritarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999, li jirregola d-drittijiet tal-parti kkonċernata, il-Kummissjoni, wara li tkun kisbet mingħandha informazzjoni dwar allegata għajnuna illegali, jew tqis li ma hemmx raġunijiet suffiċjenti sabiex tiddeċiedi dwar il-każ u tinforma b’dan lill-parti kkonċernata, jew tiddeċiedi dwar il-każ fir-rigward tas-suġġett tal-informazzjoni pprovduta (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>NDSHT vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:701">EU:C:2010:701</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni peress li eżaminat l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti u ħadet pożizzjoni fir-rigward tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma kisritx it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tar-raba’ motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192</NO.P><TXT>Għandha tiġi eżaminata issa r-raba’ parti tar-raba’ motiv, sussegwentement it-tielet parti tar-raba’ motiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">h)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq l-assenza ta’ eżami diliġenti tal-ilment tar-rikorrenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ parti tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma wettqitx eżami diliġenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. B’mod partikolari, hija ma talbitx informazzjoni addizzjonali mingħand il-bejjiegħa u l-awtoritajiet Ġermaniżi u bbażat ruħha biss fuq dik ipprovduta mill-amministraturi lill-awtoritajiet Ġermaniżi, li hija kellha tivverifika l-affidabbiltà tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma aċċettatx it-talba tar-rikorrenti tas-<DATE ISO="20140706">6 ta’ Lulju 2014</DATE> li permezz tagħha hija talbitha tibgħat mistoqsijiet addizzjonali lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lit-terzi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija meħtieġa li teżamina b’mod diliġenti u imparzjali l-ilmenti li hija tirċievi fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat, li jista’ jobbligaha li tressaq ilment b’tali mod li tmur lil hinn mis-sempliċi eżami tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi miġjuba għall-attenzjoni tagħha mill-persuna li tagħmel l-ilment u teżamina l-elementi li ma ġewx indikati b’mod espliċitu mill-persuna li tagħmel l-ilment (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Scott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:480">EU:C:2010:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, għalkemm l-Istat Membru għandu, skont id-dmir ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 4(3) TUE, jikkoopera mal-Kummissjoni sabiex jipprovdilha l-elementi li jippermettulha tiddeċiedi dwar in-natura ta’ għajnuna mill-Istat tal-miżura inkwistjoni,<?PAGE NO="26"?> xorta jibqa’ l-fatt li l-Kummissjoni hija, min-naħa tagħha, suġġetta, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tar-regoli fundamentali tat-Trattat relatati mal-għajnuna mill-Istat, għal obbligu ta’ eżami diliġenti u imparzjali u li dan l-obbligu jimponi fuqha, b’mod partikolari, li hija teżamina b’reqqa l-elementi pprovduti lilha mill-Istat Membru (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑309/04, T‑317/04, T‑329/04 u T‑336/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:457">EU:T:2008:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0183">183</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0197"><NO.P>197</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm il-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni, madankollu hija ma tistax, fid-dawl tal-obbligu tagħha ta’ eżami diliġenti u imparzjali, tonqos milli titlob il-komunikazzjoni ta’ elementi ta’ informazzjoni meta jidher li huma ta’ natura tali li jikkonfermaw, jew jikkonfutaw, elementi ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-eżami tal-miżura inkwistjoni, iżda li l-affidabbiltà tagħhom ma tistax tiġi kkunsidrata li ġiet stabbilita biżżejjed (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>SIC vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑442/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:228">EU:T:2008:228</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0225">225</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0198"><NO.P>198</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, huwa fid-dawl kemm tal-informazzjoni nnotifikata mill-Istat ikkonċernat kif ukoll ta’ dik ipprovduta mill-persuni li ressqu lment li l-Kummissjoni għandha tfassal l-evalwazzjoni tagħha fil-kuntest tal-investigazzjoni preliminari stabbilita permezz tal-Artikolu 108(3) TFUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010503">3 ta’ Mejju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Portugall vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:233">EU:C:2001:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0199"><NO.P>199</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka, permezz tal-ewwel ilment tagħha, nuqqas ta’ eżami diliġenti tal-ilment tagħha peress li l-Kummissjoni ma laqgħetx it-talba tagħha, tas-<DATE ISO="20140706">6 ta’ Lulju 2014</DATE>, li permezz tagħha hija talbitha tibgħat mistoqsijiet addizzjonali lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lit-terzi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0200"><NO.P>200</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif indikat fil-punt 178 iktar ’il fuq, li l-Kummissjoni ma hijiex marbuta tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-persuni kkonċernati. Huwa biżżejjed li tindika l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali li għandhom importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100303">3 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑102/07 u T‑120/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:62">EU:T:2010:62</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0180">180</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0201"><NO.P>201</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li r-rikorrenti ma stabilixxietx li l-Kummissjoni naqset milli tfittex jew tivverifika elementi ta’ informazzjoni meħtieġa għall-adozzjoni tat-tieni deċiżjoni kkontestata, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0202"><NO.P>202</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment, ir-rikorrenti tinvoka n-nuqqas ta’ eżami diliġenti tal-ilment tagħha minħabba li l-Kummissjoni ma talbitx informazzjoni addizzjonali mingħand il-bejjiegħa u l-awtoritajiet Ġermaniżi u bbażat ruħha biss fuq l-informazzjoni pprovduta mill-amministraturi lill-awtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0203"><NO.P>203</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-proċess jirriżulta li, wara t-tressiq tal-ilment tar-rikorrenti, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Ġermaniżi fit-23 ta’ Mejju u fl-4 u fis-<DATE ISO="20140707">7 ta’ Lulju 2014</DATE>, li ġiet ipprovduta fit-23 ta’ April, fis-26 ta’ Mejju u fl-<DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni ltaqgħu mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet Ġermaniżi, l-amministraturi u KPMG fit-22 ta’ Lulju u fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0204"><NO.P>204</NO.P><TXT>Fil-premessi 272 sa 276 tad-deċiżjoni finali, il-Kummissjoni eżaminat u pparagunat l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti, indikati fil-premessi 115 sa 120 tal-imsemmija deċiżjoni, dawk tal-amministraturi kkomunikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi, indikati fil-premessi 121 sa 135 ta’ din l-istess deċiżjoni. Il-Kummissjoni pprovdiet il-konstatazzjonijiet u l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-elementi rilevanti, b’mod partikolari l-prova tal-kapaċità ta’ finanzjament għall-akkwist tal-assi tan-Nürburgring tar-rikorrenti, minn naħa, u ta’ Capricorn, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0205"><NO.P>205</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, f’dan il-każ, għalhekk wettqet eżami u evalwazzjoni tal-informazzjoni ppreżentata kemm mir-rikorrenti kif ukoll mill-awtoritajiet Ġermaniżi. F’dan il-kuntest, ma hemm l-ebda evidenza li turi insuffiċjenza fl-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni jew nuqqas ta’ twettiq minn din tal-aħħar tal-obbligu tagħha li teżamina l-ilment b’mod diliġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0206"><NO.P>206</NO.P><TXT>Dan it-tieni lment u, għaldaqstant, ir-raba’ parti tar-raba’ motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq l-assenza ta’ eżami imparzjali tal-ilment tar-rikorrenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0207"><NO.P>207</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li t-twettiq ta’ eżami imparzjali tal-ilment tagħha mill-Kummissjoni kien sar impossibbli minħabba dikjarazzjoni tal-kelliem tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kompetizzjoni, irrapportata fl-istampa fil-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>dikjarazzjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>). Minn din id-dikjarazzjoni, kif irrappurtat fl-artikolu tal-istampa prodott mir-rikorrenti jirriżulta, li, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi segwew il-linji gwida mogħtija mill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kompetizzjoni f’ittra fil-bidu tal-proċedura ta’ bejgħ tal-assi tan-Nürburgring u li dawn inbiegħu lill-ogħla offerent wara proċess ta’ għażla miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju, jiġifieri wara proċedura ta’ sejħa għal offerti legali u bil-prezz tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0208"><NO.P>208</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0209"><NO.P>209</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita fil-qasam ta’ akkordji jew abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, irregolarità, bħal żvelar lill-istampa li ma jkunx limitat għall-espressjoni tal-opinjoni personali tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kompetizzjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri eżaminati mad-dritt tal-Unjoni, tista’ twassal għall-annullament tad-deċiżjoni relatata ma’ dawn il-miżuri jekk jiġi stabbilit li, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, l-imsemmija deċiżjoni kien ikollha kontenut differenti (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19751216">16 ta’ Diċembru 1975</DATE>, <NAME.CASE>Suiker Unie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>40/73 sa 48/73, 50/73, 54/73 sa 56/73, 111/73, 113/73 u 114/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1975:174">EU:C:1975:174</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000706">6 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Volkswagen vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑62/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:180">EU:T:2000:180</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0283">283</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0210"><NO.P>210</NO.P><TXT>Skont din l-istess ġurisprudenza, hija r-rikorrenti li għandha tipprovdi tal-inqas indizji li jsostnu tali konklużjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>BASF vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑15/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:74">EU:T:2006:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0606">606</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0211"><NO.P>211</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza, li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, tista’ tiġi applikata, b’analoġija, għal proċeduri fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat, relatati mal-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, u b’mod partikolari għal dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0212"><NO.P>212</NO.P><TXT>Madankollu, b’applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma pproduċiet l-ebda prova jew l-ebda indizju li juri li, kieku d-dikjarazzjoni kontenzjuża ma saritx, id-deċiżjoni finali seta’ jkollha kontenut differenti. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-eżami tal-ewwel, tat-tielet u tal-ħames motiv u l-ewwel parti tar-raba’ motiv ma ppermettiex li jiġi stabbilit li, fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ltaqgħet ma diffikultajiet ta’ evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring li jeżiġu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll li r-raba’ parti tar-raba’ motiv ma kinitx tippermetti li tiġi konkluża insuffiċjenza fl-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni jew nuqqas ta’ twettiq minn din tal-aħħar tal-obbligu tagħha li teżamina l-ilment b’mod diliġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0213"><NO.P>213</NO.P><TXT>Mingħajr ma huwa neċessarju li tingħata deċiżjoni fuq in-natura jew fuq il-portata tad-dikjarazzjoni kontenzjuża, it-tielet parti tar-raba’ motiv u, għaldaqstant, ir-raba’ motiv fl-intier tiegħu, għandu jiġu miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="28"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0214"><NO.P>214</NO.P><TXT>Peress li l-motivi intiżi għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 108(2) TFUE ġew miċħuda, it-talba għal annullament tal-imsemmija deċiżjoni għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0215"><NO.P>215</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat diversi offerti ta’ prova permezz ta’ xhieda. Peress li ma jidhirx li dawn tal-aħħar huma indispensabbli għas-soluzzjoni tat-tilwima u, b’mod partikolari, għall-verifikazzjoni li l-fatti jew indizji prodotti mir-rikorrenti kellhom iwasslu lill-Kummissjoni sabiex ikollha dubji, huma għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0216"><NO.P>216</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi konkluż li r-rikors għandu jiġi miċħud bħala, parzjalment, inammissibbli u, fil-kumplament tiegħu, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0217"><NO.P>217</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla Estiża),</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors hija inkluża mal-eżami fuq il-mertu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors hija miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">NeXovation, Inc. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20190619">19 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="29"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura amministrattiva u l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-deċiżjonijiet ikkontestati</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>II.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>III.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal annullament tal-ewwel deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà u fuq it-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Kunsiderazzjonijiet preliminari dwar il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju li jikkonċerna deċiżjoni ta’ assenza ta’ għajnuna meħuda fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari dwar is-suġġett tar-rikors</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>c)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Dwar it-tul tal-fażi ta’ investigazzjoni preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-kontenut tat-tieni deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>d)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, fir-rigward tal-għoti ta’ għajnuna mill-Istat lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv, relatata mal-vantaġġ mogħti lix-xerrej fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>i)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ilment ibbażat fuq in-natura mhux trasparenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>ii)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ilment ibbażat fuq in-natura diskriminatorja tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>iii)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ilment relatat mal-ammont u mal-finanzjament tal-offerti ta’ Capricorn u tar-rikorrenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>19</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv, dwar il-vantaġġ mogħti lix-xerrej fil-kuntest tal-kuntratt ta’ kiri tal-assi tan-Nürburgring</ITEM.CONT><ITEM.REF>20</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>3)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet parti tal-ewwel motiv, dwar l-intervent ta’ riżorsi pubbliċi fil-kuntest tal-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lix-xerrej</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><?PAGE NO="30"?><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>e)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet motiv, dwar l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ li tirriżulta mit-trasferiment lil subxerrej tas-sehem miżmum minn Capricorn fil-vettura ta’ akkwist tal-assi tan-Nürburgring</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>f)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>23</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>g)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq il-ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999</ITEM.CONT><ITEM.REF>24</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>h)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-raba’ parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq l-assenza ta’ eżami diliġenti tal-ilment tar-rikorrenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>25</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>i)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet parti tar-raba’ motiv, ibbażata fuq l-assenza ta’ eżami imparzjali tal-ilment tar-rikorrenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>27</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>IV.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>28</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>