European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2548

17.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 181/2024

tal-5 ta' Lulju 2024

li temenda l-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet u l-Protokoll 37 li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101 tal-Ftehim ŻEE, [2024/2548]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontreanti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (1).

(2)

Għalhekk jenħtieġ li l-Protokoll 31 u l-Protokoll 37 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati biex tkun tista’ ssir din il-kooperazzjoni estiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tad-disa’ inċiż (id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Artikolu 16 tal-Protokoll 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ 32022 R 2371: Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).

L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fi ħdanu daqs l-Istati Membri tal-UE, ħlief għad-dritt tal-vot.

Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim, għandha tapplika l-Parti VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għal dan l-inċiż, bl-eċċezzjoni tat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 3.”

Artikolu 2

Fil-Protokoll 37 tal-Ftehim jiddaħħal il-punt li ġej:

“49.

Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Anders H. Eide


(1)   ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2548/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)