<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-152/18 P</NO.CASE><NO.CASE>C-153/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0152</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:505">EU:C:2019:505</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawżi magħquda C‑152/18 P u C‑153/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Credit mutuel Arkea vs BĊE</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20190618">18 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawżi Magħquda C‑152/18 P u C‑153/18 P</HT></P><P>Crédit mutuel Arkéa</P><P>vs</P><P>Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Politika ekonomika u monetarja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 127(6) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1024/2013</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)(g)</KEYWORD><KEYWORD>Superviżjoni prudenzjali ta’ stabbilimenti ta’ kreditu fuq bażi kkonsolidata</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 468/2014</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(21)(c)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 575/2013</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10</KEYWORD><KEYWORD>Grupp suġġett għal superviżjoni prudenzjali</KEYWORD><KEYWORD>Stabbilimenti affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Iż-żewġ kawżi magħquda ineżami jikkonċernaw żewġ appelli identiċi ppreżentati minn Crédit mutuel Arkéa (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>CMA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), stabbiliment ta’ kreditu taħt id-dritt Franċiż, li qed jitlob l-annullament ta’ żewġ sentenzi tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Crédit mutuel Arkéa vs Il-BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑712/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:900">EU:T:2017:900</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ewwel sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Crédit mutuel Arkéa vs Il-BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑52/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:902">EU:T:2017:902</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>tieni sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenzi appellati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE>, ukoll kważi identiċi, li permezz tagħhom din tal-aħħar ċaħdet l-appelli ppreżentati minn CMA, fejn intalab l-annullament ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Rispettivament, id-Deċiżjoni ECB/SSM/2015 – 9695000CG7B84NLR5984/28 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-<DATE ISO="20151005">5 ta’ Ottubru 2015</DATE> li tistabbilixxi r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ewwel deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), u d-Deċiżjoni ECB/SSM/2015 – 9695000CG7B84NLR5984/40 tal-BĊE tal-<DATE ISO="20151204">4 ta’ Diċembru 2015</DATE> li tistabbilixxi r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>tieni deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) (iktar ’il quddiem, flimkien, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</P></NOTE>, li jistabbilixxu r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel, li tiegħu CMA hija membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dawn il-kawżi jagħtu lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità, minn naħa, li tinterpreta għall-ewwel darba d-dispożizzjoni tal-Artikolu 127(6) TFUE li tikkostitwixxi l-bażi legali li tippermetti li l-BĊE jiġi fdat kompiti ta’ kontroll prudenzjali fis-settur bankarju u, min-naħa l-oħra, biex jingħataw kjarifiki dwar il-portata suġġettiva tas-superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata eżerċitata mill-BĊE taħt il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), fuq il-gruppi bankarji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-<DATE ISO="20131015">15 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 63</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regolament MSU<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) stabbilixxa, mill-2014, sistema superviżorja ġdida għall-banek fiż-żona tal-euro u Stati Membri parteċipanti oħra li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro, ara l-Artikolu 7 tar-Regolament MSU.</P></NOTE>, fil-qafas tal-MSU. Il-MSU huwa sistema ta’ superviżjoni finanzjarja komposta mill-BĊE u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fost id-diversi kompiti superviżorji fdati lill-BĊE taħt il-MSU, l-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament MSU jagħtih is-setgħa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[j]wettaq superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-kumpaniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’wieħed mill-Istati Membri parteċipanti, inkluż ta’ kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-Regolament MSU huwa kkompletat u ppreċiżat bir-Regolament tal-BĊE (UE) Nru 468/2014 tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Regolament Qafas tal-MSU<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-punt 21 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>grupp taħt superviżjoni [prudenzjali]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Skont din id-dispożizzjoni jikkwalifikaw bħala tali gruppi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[…] kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>grupp li l-impriża prinċipali tiegħu tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew kumpanija holding finanzjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru parteċipanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>grupp li l-impriża prinċipali tiegħu tkun kumpanija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru parteċipanti, kemm-il darba l-koordinatur tal-konglomerat finanzjarju […], ikun awtorità kompetenti għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u jkun ukoll il-koordinatur fil-funzjoni tiegħu bħala superviżur ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>entitajiet taħt superviżjoni li kull waħda minnhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru parteċipanti, kemm-il darba jkunu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljahom taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) nru 575/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="176" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 176, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u li jkun stabbilit fl-istess Stat Membru parteċipanti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013, li għalih jirreferi l-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU, huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Rinunzja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati permanentement ma’ korp ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Dan l-artikolu jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’konformità mad-dritt nazzjonali, jirrinunzjaw parzjalment jew totalment l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja lil istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar li jkunu fl-istess Stat Membru u li jkunu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljawhom u li jkun stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati jkunu obligazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> jew l-impenji tal-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkunu ggarantiti totalment mill-korp ċentrali</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>is-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-maniġment tal-korp ċentrali jkollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L.511–30 tal-code monétaire et financier français (il-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>CMF<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), għall-finijiet tal-applikazzjoni d-dispożizzjonijiet taċ-CMF li jikkonċernaw stabbilimenti ta’ kreditu u kumpanniji ta’ finanzjament, il-Confédération nationale de Crédit mutuel (CNCM) hija kkunsidrata bħala korp ċentrali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu L.511–31 taċ-CMF jistipula, b’mod partikolari, li l-korpi ċentrali jirrappreżentaw l-istabbilimenti ta’ kreditu u l-kumpanniji ta’ finanzjament affiljati magħhom, li huma responsabbli biex jiżguraw il-koeżjoni tan-netwerk tagħhom u biex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-istabbilimenti u tal-kumpanniji affiljati magħhom u li, għal dan il-għan, huma jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, b’mod partikolari biex jiżguraw il-likwidità u s-solvenza ta’ kull wieħed minn dawn l-istabbilimenti u kumpanniji kif ukoll tan-netwerk kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma esposti, fis-sentenzi appellati, u qed nirreferi għalihom għal iktar dettalji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, rispettivament, il-punti 1 sa 13 tal-ewwel sentenza appellata u l-punti 1 sa 14 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ din il-proċedura, infakkar biss li Crédit mutuel huwa grupp bankarju mhux iċċentralizzat, ikkostitwit minn netwerk ta’ fergħat lokali li għandhom l-istatus ta’ kumpanniji kooperattivi. Kull fergħa lokali ta’ Crédit mutuel għandha taderixxi ma’ federazzjoni reġjonali u kull federazzjoni għandha taderixxi maċ-CNCM, organu ċentrali tan-netwerk fis-sens tal-Artikoli L.511–30 u L.511–31 taċ-CMF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Iċ-CMA hija kumpannija kooperattiva ta’ kreditu pubblika ta’ responsabbiltà limitata u b’kapital azzjonarju varjabbli, awtorizzata bħala stabbiliment ta’ kreditu. Hija membru tal-grupp Crédit mutuel.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140901">1 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-BĊE stabbilixxa li l-grupp Crédit mutuel kien grupp sinjifikattiv suġġett għas-superviżjoni prudenzjali. F’din id-deċiżjoni, il-BĊE qies, b’mod partikolari, li ċ-CNCM kienet l-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan il-MSU u li CMA kienet korp membru tal-grupp Crédit mutuel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20140919">19 ta’ Settembru 2014</DATE>, iċ-CMA informat lill-BĊE bl-analiżi tagħha dwar l-impossibbiltà li tkun suġġetta għas-superviżjoni prudenzjali mill-BĊE permezz taċ-CNCM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Wara diversi skambji maċ-CMA u maċ-CNCM, fis-<DATE ISO="20150617">17 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-BĊE adotta deċiżjoni li tistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit Mutuel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Deċiżjoni ECB/SSM/2015/10 – 9695000CG7B84NLR5984/14 tal-BĊE tas-<DATE ISO="20150617">17 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li tistabbilixxi r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel</P></NOTE>. F’din id-deċiżjoni, il-BĊE kkunsidra, b’mod partikolari, li huwa l-awtorità ta’ superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata taċ-CNCM u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet elenkati f’din id-deċiżjoni, inkluża ċ-CMA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Adit miċ-CMA, fl-14 ta’ Settemnbru 2015, il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Dan il-bord huwa previst fl-Artikolu 24 tar-Regolament MSU.</P></NOTE> ta opinjoni li tikkonstata l-legalità tad-deċiżjoni adottata mill-BĊE fis-<DATE ISO="20150617">17 ta’ Ġunju 2015</DATE>. B’risposta għall-argumenti mressqa miċ-CMA, dan il-bord ikkunsidra, b’mod partikolari, l-ewwel nett li ma kienx meħtieġ li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>korp ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013, għandu neċessarjament ikollu n-natura ta’ stabbiliment ta’ kreditu. It-tieni nett, l-imsemmi bord ikkonkluda li l-grupp Crédit mutuel kien jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013, li għalih jirreferi l-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Wara din l-opinjoni, fil-<DATE ISO="20151005">5 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-BĊE adotta l-ewwel deċiżjoni kkontestata, li ħassret u ssostitwixxiet id-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150617">17 ta’ Ġunju 2015</DATE>, filwaqt li żammet kontenut identiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Skont l-Artikolu 24(7) tar-Regolament MSU.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-<DATE ISO="20151205">5 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-BĊE adotta t-tieni deċiżjoni kkontestata li permezz tagħha stabbilixxa rekwiżiti prudenzjali ġodda applikabbli kemm għall-grupp Crédit mutuel kif ukoll għall-entitajiet li jiffurmawh.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenzi appellati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE> u fit-<DATE ISO="20160203">3 ta’ Frar 2016</DATE>, iċ-CMA ppreżentat żewġ rikorsi għal annullament, essenzjalment b’kontenut identiku, rispettivament, kontra l-ewwel deċiżjoni kkontestata u kontra t-tieni deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikorsi tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, iċ-CMA qajmet tliet motivi f’kull rikors, li minnhom tnejn biss huma kkonċernati minn dawn l-appelli. Fir-rikorsi tagħha, iċ-CMA kkontestat, essenzjalment, il-legalità taż-żewġ deċiżjonijiet ikkontestati, sa fejn dawn jorganizzaw superviżjoni prudenzjali kkonsolidata tal-grupp Crédit mutuel permezz taċ-CNCM. Permezz tal-ewwel motivi taż-żewġ rikorsi tagħha, iċ-CMA sostniet li, peress li ċ-CNCM ma għandhiex il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu, ma setgħetx tiġi kklassifikata bħala korp ċentrali fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU. Permezz tat-tieni motivi tar-rikorsi tagħha, iċ-CMA sostniet li l-BĊE kien ikkunsidra b’mod żbaljat li l-grupp Crédit mutuel kien jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013 li għalihom jirreferi l-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>It-tielet motivi invokat miċ-CMA insostenn taż-żewġ rikorsi tagħha, li bihom hija essenzjalment ikkontestat l-iffissar ta’ fondi proprji addizzjonali, ma humiex ikkonċernati mill-appelli ineżami.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi taċ-CMA fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli tagħha, iċ-CMA titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenzi kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-BĊE jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appelli għaliex huma, minn tal-inqas, parzjalment inammissibbli u għaliex infondati għall-bqija; tikkonferma s-sentenzi appellati u tikkundanna liċ-CMA għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appelli u tikkundanna liċ-CMA għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Iċ-CNCM, li t-talba tagħha għal intervent ġiet aċċettata mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, issostni t-talbiet tal-BĊE u tal-Kummissjoni u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna liċ-CMA għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Insostenn taż-żewġ appelli tagħha, iċ-CMA tinvoka żewġ aggravji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-ewwel aggravji huma bbażati fuq żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU u tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013. Iċ-CMA tikkritika, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali talli ddeċidiet b’mod żbaljat li dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu li l-BĊE jorganizza superviżjoni prudenzjali kkonsolidata ta’ stabbilimenti affiljati ma’ korp ċentrali, anki fejn dan il-korp ċentrali ma jkollux il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravji tagħha, CMA tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkunsidrat il-grupp Crédit mutuel huwa grupp suġġett għal superviżjoni prudenzjali fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU, filwaqt li dan il-grupp, skont iċ-CMA, ma jissodisfax il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġu analizzati l-aggravji mressqa miċ-CMA, huwa xieraq li preliminarjament tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tar-riferiment li din tal-aħħar tagħmel, fil-bidu tal-appelli tagħha, għal nota’, prodotta bħala assess, li fiha professur universitarju, fuq talba taċ-CMA stess, analizza s-sentenzi appellati mill-perspettiva tad-dritt tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward nosserva li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-funzjoni purament probatorja u strumentali tal-annessi timplika li, sakemm dokument anness ma appell ikun jinkludi punti ta’ liġi li fuqhom ikunu bbażati ċerti aggravji jew argumenti fformulati fl-appell, dawn il-punti għandhom jidhru fit-test innifsu tal-appell li miegħu jkun anness dan id-dokument jew, minn tal-inqas, għandhom ikunu identifikati b’mod suffiċjenti fih. Fil-fatt, fid-dawl ta’ din il-funzjoni tal-annessi, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tfittex u tidentifika, fl-annessi, l-aggravji jew l-argumenti li hija tista’ tikkunsidra li jikkostitwixxu l-bażi tal-appell jew id-diversi aggravji magħmulin fih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>MasterCard et vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑382/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2201">EU:C:2014:2201</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurispriudenza ċċitata), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fl-istess kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>MasterCard et vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑382/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:42">EU:C:2014:42</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja (<NO.CASE>C‑331/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:271">EU:C:2013:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Campailla vs L-Unjoni Ewropea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:655">EU:C:2018:655</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ir-riferiment ġenerali u globali taċ-CMA għan-nota inkwistjoni fl-appelli tagħha huwa vag u ma huwa marbut espressament ma’ ebda aggravju. Iċ-CMA mkien ma tidentifika speċifikament l-argumenti li hemm f’din in-nota li jistgħu jiffurmaw il-bażi tal-argumenti mressqa fl-aggravji li hija invokat fl-appelli tagħha. F’tali ċirkustanzi, dan ir-riferiment għandu, fl-opinjoni tiegħi, jitqies li huwa inammissibbli b’tali mod li l-kontenut tan-nota inkwistjoni ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni bħala punt ta’ liġi li fuqu l-aggravji u l-argumenti mressqa miċ-CMA fl-appelli tagħha huma bbażati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel aggravji tal-appelli dwar ir-rekwiżit li l-korp ċentrali jkollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>grupp taħt superviżjoni [prudenzjali]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-qafas tal-ewwel aggravji taż-żewġ appelli, li huma maqsumin f’żewġ partijiet, iċ-CMA ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żballji ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU. Skont iċ-CMA, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata bħala li teħtieġ li l-korp ċentrali kkonċernat minn dan it-test jikkwalifika bħala stabbiliment ta’ kreditu. Tali rekwiżit huwa indott kemm mill-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU nnifsu (l-ewwel parti) kif ukoll mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013, li għalih tirreferi din id-dispożizzjoni (it-tieni parti).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel parti tal-ewwel aggravji, ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravji tagħha, iċ-CMA tikkontesta l-interpretazzjoni tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU li abbażi tiegħu l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li din id-dispożizzjoni fiha nfisha ma timplikax li korp ċentrali għandu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali fil-qosor</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fis-sentenzi kkontestati l-Qorti Ġenerali għamlet interpretazzjoni letterali, teleoloġika u kuntestwali tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-punti 84 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-ewwel sentenza appellata, kif ukoll il-punti 83 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-interpretazzjoni letterali, il-Qorti Ġenerali osservat li l-kliem tad-dispożizzjoni inkwistjoni ma jsemmix li l-korp ċentrali għandu jkollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-punt 86 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 85 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-interpretazzjoni teleoloġika, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq l-għan doppju segwit mis-superviżjoni prudenzjali tal-gruppi ta’ stabbilimenti ta’ kreditu fuq bażi kkonsolidata li hija kienet identifikat preċedentement<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-punti 58 sa 64 tal-ewwel sentenza appellata, kif ukoll il-punti 57 sa 63 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>, jiġifieri: minn naħa, l-għan li l-BĊE jkun jista’ jilqa’ għar-riskji li jistgħu jaffettwaw lil stabbiliment ta’ kreditu u li ma joriġinawx minnu, iżda mill-grupp li huwa jifforma parti minnu u, min-naħa l-oħra, l-għan li jiġi evitat li s-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet li jikkomponu l-imsemmija gruppi tinqasam f’diversi awtoritajiet ta’ superviżjoni, speċifikament il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Minn dan l-iskop doppju, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, l-ewwel nett, li l-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013 timplika prossimità suffiċjenti, bejn l-istabbilimenti affiljati ma’ korp ċentrali, sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ grupp<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-punt 88 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 87 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Barra minn hekk minn dan hija ddeduċiet, it-tieni nett, li jekk jiġi aċċettat l-approċċ taċ-CMA li jgħid li huwa impossibbli li tiġi eżerċitata superviżjoni prudenzjali kkonsolidata permezz ta’ korp ċentrali li ma għandux il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ikun ifisser li stabbilimenti differenti affiljati ma’ organu ċentrali li ma jkollhomx il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu, iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013, jaqgħu, skont l-importanza individwali tagħhom, jew taħt is-superviżjoni tal-BĊE biss, jew taħt is-superviżjoni diretta tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fil-kuntest tal-MSU, ħaġa li twassal għal qsim tas-superviżjoni prudenzjali li jmur kontra l-iskopijiet kemm tar-Regolament [MSU] kif ukoll tar-Regolament Qafas tal-MSU<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Punt 89 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 88 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-interpretazzjoni kuntestwali, il-Qorti Ġenerali osservat li d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament MSU ma jipprovdux lill-BĊE l-possibbiltà li jimponi sanzjonijiet fuq korpi ċentrali bħala tali. Madankollu, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, peress li s-superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata tiżdied ma’ dik fuq bażi individwali, l-impossibbiltà li l-BĊE jimponi sanzjonijiet fuq korpi ċentrali li ma għandhomx il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu ma tikkostitwixxix impediment assolut għat-twettiq ta’ superviżjoni prudenzjali adegwata, peress li l-BĊE huwa f’pożizzjoni li jagħmel użu mill-prerogattivi tiegħu fil-konfront tal-entitajiet affiljati mal-imsemmi organu ċentrali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punti 90 sa 93 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 89 sa 92 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravji tagħha, iċ-CMA tressaq tliet argumenti kontra din l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-konformità tal-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali mal-Artikolu 127(6) TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Bl-ewwel argument tagħha, iċ-CMA tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tinterpreta l-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU f’sens li jikkonforma mar-regola superjuri li hija applikata minn din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-Artikolu 127(6) TFUE. Minn din l-aħħar dispożizzjoni jirriżulta li l-BĊE jeżerċita l-kompiti ta’ kontroll prudenzjali tiegħu biss fir-rigward ta’ stabbilimenti ta’ kreditu u stabbilimenti finanzjarji. Interpretazzjoni tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU f’konformità ma’ din ir-regola superjuri tat-TFEU kellha twassal sabiex il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-korp ċentrali kkonċernat minn din id-dispożizzjoni għandu neċessarjament ikollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex il-BĊE jkun jista’ jeżerċita superviżjoni prudenzjali kkonsolidata minn dan il-korp ċentrali. Iċ-CMA ma tqajjimx kwistjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 2(21)(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU, imma sempliċi kwistjoni ta’ interpretazzjoni: ir-regola tad-dritt sekondarju għandha tiġi interpretata b’mod konformi mar-regola ta’ dritt superjuri tat-TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont iċ-CMA, kuntrarjament għal dak li jsostni l-BĊE, korp ċentrali ta’ grupp mutwalista, bħaċ-CNCM, ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>istituzzjon(i) finanzjarj(a) oħra<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 127(6) TFUE. Fil-fatt, iċ-CNCM hija assoċjazzjoni sempliċi li twettaq attività ta’ natura purament amministrattiva u li, min-naħa l-oħra, ma teżerċitax attivitajiet ekonomiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-BĊE u l-Kummissjoni jsostnu li dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 127(6) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>L-Artikolu 127(6) TFUE huwa riprodott testwalment fl-Artikolu 25.2 tal-Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.</P></NOTE> jgħid li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>jista’ jagħti missjonijiet speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew li jirrigwardaw politika relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Għal dan il-għan, il-Kunsill jiddeċiedi permezz ta’ regolamenti skont proċedura leġiżlattiva speċjali, b’unanimità u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-BĊE.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tat-TFUE tikkostitwixxi l-bażi legali li fuqha bbaża ruħu l-Kunsill biex jadotta r-Regolament MSU, li abbażi tiegħu, sussegwentement, il-BĊE adotta r-Regolament Qafas tal-MSU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-fatt, enfasizzat mill-BĊE u mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Fis-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali stess osservat li ċ-CMA ma kinitx eċepiet l-illegalità. Ara l-punt 81 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 80 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>, li CMA ma eċepietx l-illegalità tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU fid-dawl tal-Artikolu 127(6) TFUE jew tar-Regolament MSU ma jistax ikollu impatt fuq l-argument imressaq miċ-CMA. Fil-fatt, kif din tal-aħħar spjegat b’mod ċar, l-argument tagħha huwa bbażat fuq żball fl-interpretazzjoni li l-Qorti Ġenerali għamlet tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU sa fejn din l-interpretazzjoni ma hijiex konformi mar-regola ta’ dritt superjuri li tinsab fit-TFUE. Min-naħa l-oħra, iċ-CMA ma sostnietx li l-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU huwa inkompatibbli mal-imsemmija regola ta’ dritt superjuri. Dan għalhekk huwa ovvjament argument dwar l-interpretazzjoni tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU u mhux dwar il-validità tiegħu. Issa, il-possibbiltà li jitressaq tali argument bl-ebda mod ma tiddependi fuq il-preżentazzjoni ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Essenzjalment, iċ-CMA ssostni li l-interpretazzjoni li l-Qorti Ġenerali tat tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU hija żbaljata peress li mill-fatt li l-Artikolu 127(6) TFUE jirreferi esklużivament għas-superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu u ta’ stabbilimenti finanzjarji oħra neċessarjament jirriżulta li korp ċentrali kkonċernat mill-imsemmi dispożizzjoni tad-dritt sekondarju għandu neċessarjament ikollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex il-BĊE jkun jista’ jeżerċita superviżjoni prudenzjali kkonsolidata minn dan il-korp ċentrali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Argument bħal dan jippreżupponi, fil-fehma tiegħi, interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 127(6) TFUE nnifsu u tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>istituzzjonijiet ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>istituzzjonijiet finanzjarji oħra<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> previsti fih. Skont l-approċċ sostnut miċ-CMA, din id-dispożizzjoni tad-dritt primarju għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Kunsill ma jistax jattribwixxi lill-BĊE, fil-kuntest tal-kompiti speċifiċi relatati mal-kontroll prudenzjali li jista’ jafdalu, il-kompetenza li jeżerċita superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata fuq grupp bankarju, minħabba l-fatt li l-korp ċentrali li miegħu huma affiljati d-diversi stabbilimenti ta’ kreditu tal-grupp ma għandux huwa nnifsu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat jekk din l-interpretazzjoni hijiex tabilħaqq l-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 127(6) TFUE, b’tali mod li l-interpretazzjoni li l-Qorti Ġenerali tat tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU hija inkompatibbli mas-sens tad-dispożizzjoni tad-dritt superjuri tat-TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, ma nemminx li din hija interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 127(6) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn perspettiva letterali, huwa veru li l-Artikolu 127(6) TFUE jippermetti espliċitament li l-Kunsill jafda lill-BĊE b’kompiti speċifiċi relatati mal-kontroll prudenzjali biss fir-rigward ta’ żewġ tipi ta’ entitajiet: l-istabbilimenti ta’ kreditu u l-istabbilimenti finanzjarji oħra (bl-eċċezzjoni ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni). Iż-żewġ kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>stabbilimenti ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>stabbiliment finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ġew, barra minn hekk, iddefiniti, fil-livell tad-dritt sekondarju tal-Unjoni, fir-Regolament Nru 575/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-Artikolu 4(1)(1) u l-Artikolu 4(1)(26) tar-Regolament Nru 575/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, id-determinazzjoni tal-portata tal-Artikolu 127(6) TFUE u tal-awtorizzazzjoni prevista fih li l-Kunsill jista’ jafda lill-BĊE b’kompiti speċifiċi fil-qasam tal-kontroll prudenzjali fis-settur bankarju għandha neċessarjament titwettaq fid-dawl tas-sistema li minnha tifforma parti din id-dispożizzjoni tad-dritt primarju u tal-għanijiet li hija tfittex li tilħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ninnota, l-ewwel nett, li minn perspettiva sistematika, id-dispożizzjoni tat-TFUE inkwistjoni, li ġiet introdotta fid-dritt primarju mit-Trattat ta’ Maastricht<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Artikolu 105(6) tat-Trattat ta’ Maastricht.</P></NOTE>, tinsab fl-ewwel artikolu tal-Kapitolu ddedikat għall-politika monetarja (Kapitolu 2, tat-Titolu VIII tat-Tielet Parti tat-TFUE). Dan l-artikolu fih id-dispożizzjonijiet fundamentali li jistabbilixxu l-għanijiet u l-attribuzzjoni tal-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-BĊE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>F’dan ir-rigward, ara s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Pringle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑370/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:756">EU:C:2012:756</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gauweiler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Weiss <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑493/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1000">EU:C:2018:1000</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Id-dispożizzjoni inkwistjoni, li tidħol fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet l-oħra li jinsabu fl-istess Artikolu 127 TFUE, fejn hija għandha natura kumplimentari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Madankollu, dwar ir-rekwiżit li l-eżerċizzju tal-kompiti ta’ superviżjoni prudenzjali mill-BĊE jitwettaq separatament mill-kompiti tal-politika monetarja, ara l-premessa 65 tar-Regolament MSU.</P></NOTE>, għandha importanza ta’ natura sistemika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-analiżi tal-għanijiet imfittxija mill-Artikolu 127(6) TFUE li, fil-fehma tiegħi, tmur kontra interpretazzjoni restrittiva tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>istituzzjonijiet ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>istituzzjonijiet finanzjarji oħra<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> previsti fih li twassal għall-esklużjoni tal-possibbiltà li l-Kunsill jista’ jafda lill-BĊE b’kompiti ta’ superviżjoni prudenzjali fuq grupp bankarju minħabba s-sempliċi assenza tal-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu fi ħdan il-korp ċentrali li miegħu huma affiljati l-istabbilimenti ta’ kreditu li jagħmlu parti mill-grupp bankarju inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, b’mod ġenerali, l-eżerċizzju ta’ kompiti ta’ superviżjoni prudenzjali għandu l-għan li jiżgura s-sigurtà u s-solidità tal-stabbilimenti ta’ kreditu li jikkostitwixxu kundizzjoni essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja inġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-premessa 65 tar-Regolament MSU.</P></NOTE>. Fil-fatt, hekk kif intwera b’mod evidenti mill-kriżi finanzjarja tal-2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Għal xi kunsiderazzjonijiet dwar il-kriżi finanzjarja tal-2008 u l-ħolqien tal-MSU, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Hogan fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑450/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:982">EU:C:2018:982</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0001">1</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0002">2</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Berlusconi u Fininvest</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑219/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:502">EU:C:2018:502</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0001">1</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0002">2</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, hemm rabta diretta bejn l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, minn naħa, u s-sigurtà u s-solidità tal-istabbilimenti kbar ta’ kreditu u l-gruppi bankarji kbar, min-naħa l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-premessa 16 tar-Regolament MSU.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-Artikolu 127(6) TFUE għandu għalhekk jinftiehem bħala li jfittex li jilħaq l-għan li l-Kunsill ikun jista’, jekk u meta jqis neċessarju, jafda lill-BĊE b’kompiti speċifiċi fil-qasam ta’ kontroll prudenzjali tas-settur bankarju Ewropew, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-solidità tiegħu sabiex tiġi ggarantita l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja – li għaliha jirreferi b’mod espliċitu l-Artikolu 127(5) TFUE – u, fl-aħħar mill-aħħar, l-integrità tal-munita unika u tas-suq intern.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li għal żmien twil, mill-introduzzjoni fid-dritt primarju tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 127(6) TFUE bit-Trattat ta’ Maastricht fl-1992 (u mit-twaqqif tal-BĊE fl-1998), sal-adozzjoni tar-Regolament MSU fl-2013, il-Kunsill ma qisx li kien meħtieġ li tintuża l-għażla mogħtija lilu minn din id-dispożizzjoni li jafda kompiti ta’ kontroll prudenzjali bankarju speċifiċi lill-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kriżi finanzjarja tal-2008, li malajr saret kriżi bankarja, enfasizzat in-nuqqasijiet tas-sistema ta’ superviżjoni prudenzjali mhux integrata tal-Unjoni u wriet nuqqasijiet regolatorji ovvji li kkontribwew għal aggravazzjoni qawwija tal-kriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawn deher ċar li kienet biss superviżjoni prudenzjali eżerċitata b’mod integrat fil-livell Ewropew li setgħet tiżgura superviżjoni xierqa f’kuntest fejn kien żviluppa suq intern għas-servizzi bankarji fl-Unjoni u fejn fi ħdanu issa kienu joperaw diversi gruppi b’dimensjoni Ewropea u li kienu attivi f’diversi Stati Membri. Huwa f’dan il-kuntest li l-Kunsill adotta r-Regolament tal-MSU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Issa, sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punti 55 u 56 iktar ’il fuq u biex il-BĊE jkun jista’ jeżerċita b’mod sħiħ il-kompiti ta’ superviżjoni prudenzjali tiegħu, huwa meħtieġ li din l-istituzzjoni jkollha setgħat ta’ superviżjoni mhux biss fuq bażi individwali, fil-livell tal-istabbilimenti ta’ kreditu meħuda b’mod singolu, imma wkoll fuq bażi kkonsolidata fil-livell tal-gruppi bankarji li minnhom jiffurmaw parti stabbiliment jew stabbilimenti ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>L-attribuzzjoni tal-kompetenza sabiex titwettaq superviżjoni prudenzjali ta’ gruppi bankarji fuq bażi kkonsolidata tissodisfa l-għan doppju identifikat ġustament mill-Qorti Ġenerali fis-sentenzi appellati – u msemmi fil-punt 36 iktar ’il fuq – jiġifieri dak li l-BĊE jkun jista’ jilqa’ għar-riskji li jistgħu jaffettwaw lil stabbiliment ta’ kreditu u li joriġinaw mill-grupp li huwa jifforma parti minnu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-premessa 26 tar-Regolament MSU, li għaliha għamlet ukoll riferiment il-Qorti Ġenerali fil-punt 60 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 59 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE> u, it-tieni, dak li jiġi evitat li s-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet li jikkomponu l-grupp tinqasam. Ninnota wkoll li ċ-CMA ma kkontestatx din l-analiżi fl-appelli tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet, sabiex ikun jista’ jeżerċita b’mod effettiv il-kompiti ta’ superviżjoni prudenzjali fdati lilu, fil-każ ta’ superviżjoni ta’ grupp fuq bażi kkonsolidata, is-setgħat superviżorji tal-BĊE għandhom ikunu jistgħu jestendu għal entitajiet li ma humiex stabbilimenti ta’ kreditu jew stabbilimenti finanzjarji sakemm dawn l-entitajiet ikunu parti mill-grupp bankarju. F’każijiet bħal dawn, kif qalet ġustament il-Kummissjoni, is-setgħat superviżorji fdati lill-BĊE fir-rigward ta’ entitajiet mhux bankarji ma humiex iġġustifikati abbażi tal-karatteristiċi jew attivitajiet tagħhom stess, imma abbażi tal-fatt li dawn l-entitajiet jappartjenu għal grupp li jinkludi stabbilimenti ta’ kreditu u li s-superviżjoni fuq tali stabbilimenti tista’ sseħħ b’mod effettiv biss fuq bażi kkonsolidata fuq livell ta’ grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>F’tali kuntest, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mill-attribuzzjoni tas-setgħat fil-qasam ta’ superviżjoni prudenzjali lill-BĊE, l-Artikolu 127(6) TFUE ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv b’tali mod li jeskludi li l-Kunsill ikun jista’ jafda setgħat ta’ superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata lill-BĊE fir-rigward ta’ gruppi bankarji li, filwaqt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013, għandhom fl-iktar livell għoli tagħhom ta’ konsolidazzjoni entità li ma għandhiex il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu, irrispettivament mill-forma legali magħżula għal dik l-entità. Fil-fatt tali interpretazzjoni tmur b’mod ċar kontra l-għanijiet imfittxija mill-Artikolu 127(6) TFUE msemmija fil-punt 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Effettivament, din tkun tippermetti li grupp bankarju jevita s-superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata sempliċement minħabba l-forma legali, bħal dik ta’ assoċjazzjoni, magħżula mill-entità li taġixxi bħala l-korp ċentrali, u dan joħloq ir-riskju li tiġi pperikolata l-effettività tas-superviżjoni tal-grupp fuq bażi kkonsolidata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-Artikolu 127(6) TFUE ma jipprekludix lill-BĊE milli jkun jista’ jeżerċita superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata fuq grupp bankarju li għandu korp ċentrali li ma għandux il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu u li, f’dan ir-rigward, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013 ikunu ssodisfati, huwa irrilevanti jekk dan il-korp għandux forma ġuridika speċifika jew jeżerċitax jew le attività ekonomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq jirriżulta li l-interpretazzjoni tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-sentenzi appellati ma tmurx kontra l-Artikolu 127(6) TFUE u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-ewwel argument tal-ewwel parti tal-ewwel aggravji għandu jiġu miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-riskju ta’ frammentazzjoni tas-superviżjoni prudenzjali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni argument imressaq fil-qafas tal-ewwel parti tal-ewwel aggravji tal-appelli tagħha, iċ-CMA tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, riprodotta fil-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li tgħid li jekk jiġi segwit l-approċċ li hija sostniet dan iwassal għal frammentazzjoni tas-superviżjoni prudenzjali li tmur kontra l-għanijiet kemm tar-Regolament MSU kif ukoll tar-Regolament Qafas tal-MSU<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punt 89 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 88 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Skont CMA, minn naħa, il-Qorti Ġenerali tiżnatura t-termini tad-dispożizzjonijiet tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU u tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013 billi ssostni li stabbilimenti affiljati jista’ ma jkollhomx il-kwalità ta’ stabbilimenti ta’ kreditu filwaqt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 10 u għalhekk jaqgħu fil-kategorija ta’ entitajiet li jagħmlu parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>grupp taħt superviżjoni [prudenzjali]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kawża preżenti, iċ-CNCM hija assoċjazzjoni li ma twettaq l-ebda attività ekonomika u li għandha funzjoni purament amministrattiva u għalhekk ma ġġorr l-ebda riskju rispettiv li jista’ jkollu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu li huma affiljati magħha. L-integrazzjoni tagħha fi ħdan l-ambitu tal-grupp suġġett għas-superviżjoni prudenzjali tal-BĊE għalhekk ma hijiex iġġustifikata mill-iskopijiet li trid tilħaq il-leġiżlazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-BĊE u l-Kummissjoni jsostnu li dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu qabel kollox jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, l-ilmenti indirizzati kontra motivi inklużi biss għall-finijiet ta’ kompletezza ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u għalhekk huma ineffettivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Meta Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑428/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:201">EU:C:2019:201</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Issa, kif ġustament indikaw il-BĊE u l-Kummissjoni, dan l-argument huwa dirett kontra motiv inkluż biss għall-finijiet ta’ kompletezza tas-sentenza appellata u għalhekk għandu jiġi kkunsidrat ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>In-natura għall-finijiet ta’ kompletezza tal-motiv ikkritikat miċ-CMA fil-kuntest dan l-argument, minn naħa, jirriżulta b’mod ċar mill-fatt li l-Qorti Ġenerali, fiż-żewġ sentenzi appellati, kienet diġà waslet, fil-punt preċedenti għal dak ikkritikat miċ-CMA, għall-konklużjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>huwa konformi mal-iskopijiet tar-Regolament [MSU] u tar-Regolament Qafas tal-MSU li tiġi aċċettata l-kwalifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>grupp taħt superviżjoni [prudenzjali]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c)<?PAGE NO="12"?> tar-Regolament Qafas tal-MSU, irrispettivament minn jekk l-organu ċentrali ta’ dan il-grupp għandux il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu jew le<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Abbażi tar-raġunament żviluppat fil-punti 88 u 89 tal-ewwel sentenza appellata, kif ukoll fil-punti 87 u 88 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, din in-natura għall-finijiet ta’ kompletezza hija kkonfermat bl-użu tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>barra minn hekk<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fil-bidu tal-punti tas-sentenzi appellati kkonċernati mill-argument taċ-CMA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-argument mhux biss huwa ineffettiv, imma huwa wkoll manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward, minn naħa, tal-ilment ibbażat fuq żnaturament mill-Qorti Ġenerali tat-termini tad-dispożizzjonijiet rilevanti, dan huwa bbażat fuq qari manifestament żbaljat tas-sentenzi appellati. Fil-fatt, fil-punti kkritikati ta’ dawk is-sentenzi, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma ssostni li l-istabbilimenti affiljati jista’ ma jkollhomx il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu filwaqt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda l-ilment li, minħabba n-natura tagħha ta’ assoċjazzjoni li ma twettaq l-ebda attività ekonomika u li għandha funzjoni purament amministrattiva, l-integrazzjoni taċ-CNCM fi ħdan il-grupp suġġett għas-superviżjoni prudenzjali tal-BĊE ma hijiex iġġustifikata mill-iskopijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, jirriżulta, mill-argumenti esposti fil-punti 61 sa 64 iktar ’il fuq li dan għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li anki t-tieni argument taċ-CMA fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravji tagħha għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kompitu ta’ superviżjoni u setgħa ta’ sanzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet argument imressaq fil-qafas tal-ewwel parti tal-ewwel aggravji tal-appelli tagħha, iċ-CMA ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU minħabba li, għalkemm ikkonstatat li l-BĊE ma jistax jimponi sanzjonijiet fuq il-korpi ċentrali koperti minn din id-dispożizzjoni, hija madankollu ma siltitx il-konsegwenza neċessarja korollarja għal din il-konstatazzjoni, jiġifieri l-ħtieġa li korp ċentrali jkollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-fatt, teżisti rabta stretta bejn il-possibbiltà ta’ superviżjoni ta’ stabbiliment ta’ kreditu u l-possibbiltà ta’ ssanzjonar tiegħu f’każ ta’ ksur. Superviżjoni effettiva ma tistax tiġi ggarantita jekk ma tista’ tiġi imposta l-ebda sanzjoni. Għalhekk huwa inkoerenti li wieħed jagħraf is-setgħa superviżorja tal-BĊE fil-konfront ta’ organizzazzjoni filwaqt li jiġi mċaħħad mill-mezzi li jiżguraw l-effettività ta’ din is-setgħa. Peress li s-setgħa tas-sanzjoni tiżgura l-effettività tas-superviżjoni u li din is-setgħa tista’ tapplika biss għall-stabbilimenti ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, il-Qorti Ġenerali kellha tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU bħala applikabbli biss għal korpi ċentrali li għandhom il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu jew ta’ istituzzjoni finanzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-fatt, imsemmi mill-Qorti Ġenerali, li l-BĊE għandu setgħa ta’ sanzjoni fir-rigward tal-entitajiet affiljati mal-korp ċentrali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt 93 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 92 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE> huwa ineffettiv. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti prudenzjali previsti mir-Regolament Nru 575/2013 abbażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata jista’ jirriżulta biss mill-inadempjenza tal-korp ċentrali fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu fir-rigward tal-affiljati u mhux mill-imġiba ta’ xi wieħed mill-istabbilimenti ta’ kreditu affiljati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-BĊE ma huwiex iġġustifikat li jissanzjona stabbiliment ta’ kreditu peress li n-nuqqas inkwistjoni ma jistax jiġi imputat lilu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-BĊE u l-Kummissjoni jsostnu li dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li, b’mod ġenerali, l-Artikolu 132(3) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Din id-dispożizzjoni hija riprodotta testwalment fl-Artikolu 34.3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew.</P></NOTE> jagħti lill-BĊE s-setgħa li jimponi, fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill, multi u pagamenti ta’ penalià fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti u tad-deċiżjonijiet tiegħu. Fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-<DATE ISO="19981123">23 ta’ Novembru 1998</DATE> dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 19.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward speċifikament tat-twettiq tal-kompiti relatati mal-politiki fil-qasam ta’ superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu, is-setgħa ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet hija fdata lill-BĊE bl-Artikolu 18 tar-Regolament MSU u speċifikament fil-paragrafu 1 tiegħu. Il-proċeduri għall-impożizzjoni tas-sanzjonijiet f’dan il-kuntest huma previsti fl-Artikoli 120 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-Regolament Qafas tal-MSU, li, skont l-Artikolu 18(7) tar-Regolament MSU jirregola wkoll ir-relazzjoni mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2532/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti Ġenerali kkonstatat fis-sentenzi appellati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-punt 91 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 90 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>, l-Artikolu 18(1) tar-Regolament MSU jagħti lill-BĊE s-setgħa li jimponi sanzjonijiet għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tiegħu fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali esklużivament fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu, fuq kumpaniji holding finanzjarji u fuq kumpaniji holding finanzjarji mħallta. Min-naħa l-oħra, ma jippermettix is-sanzjonar tal-korpi ċentrali li ma jaqgħux f’dawn il-kategoriji, kif iddefiniti, rispettivament, fl-Artikoli 2(3), (4) u (5) tar-Regolament MSU. Fil-fatt, kif ġustament enfasizzat il-Kummissjoni, il-prinċipju ta’ legalità fil-qasam ta’ sanzjonijiet jipprekludi l-estensjoni tas-setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet, fdata lill-BĊE, lil hinn mill-każijiet speċifiċi indikati fid-dispożizzjonijiet rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Dan espost, għandu madankollu jiġi osservat li l-ebda wieħed mit-testi msemmija iktar ’il fuq dwar is-sanzjonijiet u lanqas l-ebda dispożizzjoniji oħra tar-Regolament MSU ma jinkludu xi tip ta’ appoġġ regolatorju li jippermetti li jitqies li s-setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet fuq entitajiet hija kundizzjoni neċessarja għall-attribuzzjoni lill-BĊE ta’ setgħat ta’ superviżjoni prudenzjali fuq dawn l-entitajiet, b’tali mod li, fl-assenza ta’ setgħa ta’ sanzjoni, tali entitajiet ikunu eżentati mis-superviżjoni prudenzjali tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-BĊE għandu setgħat ta’ sanzjoni fir-rigward ta’ ċertu tip ta’ entità, bħal korp ċentrali, għalhekk ma jikkostitwixxix kundizzjoni għar-rikonoxximent tal-kompetenza tiegħu biex jeżerċita funzjonijiet ta’ superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata fuq il-grupp li minnu din l-entità tifforma parti. Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata talli wettqet żball ta’ liġi talli ma siltitx, mill-assenza ta’ setgħa ta’ sanzjoni tal-BĊE kontra l-korpi ċentrali msemmija fil-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU, l-allegata konsegwenza li dawn il-korpi ċentrali għandu neċessarjament ikollhom il-kwalità ta’ stabbilimenti ta’ kreditu sabiex ikunu suġġetti għas-superviżjoni prudenzjali tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata talli għamlet żball meta rreferiet għall-possibbiltà li l-BĊE jissanzjona, fejn xieraq, l-istabbilimenti ta’ kreditu affiljati mal-korp ċentrali kkonċernat biex jiġi kkunsidrat li, minkejja l-fatt li l-BĊE ma kellux is-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq il-korpi ċentrali bħala tali, il-BĊE madankollu kellu prerogattivi li jippermettulu jwettaq superviżjoni prudenzjali adegwata u għalhekk li jiggarantixxi l-effettività tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nosserva li, mal-possibbiltà msemmija mill-Qorti Ġenerali, għandha tiżdied ukoll, kif tirrileva l-Kummissjoni, dik prevista fl-Artikolu 18(5) tar-Regolament MSU. Din id-dispożizzjoni tipprovdi li, taħt ċerti kundizzjonijiet, meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti ta’ superviżjoni prudenzjali, il-BĊE jista’ jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jibdew proċedura biex jaġixxu sabiex jiġu imposti sanzjonijiet xierqa skont, b’mod partikolari, kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li tagħti setgħat speċifiċi li bħalissa ma humiex previsti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal hawn fuq isegwi li, fil-fehma tiegħi, anki t-tielet argument invokat minn CMA fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravji għandu jiġi miċħud u li, konsegwentement, din l-ewwel parti għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni parti tal-ewwel aggravji bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fit-tieni parti tal-ewwel aggravji fl-appelli tagħha, iċ-CMA tissottometti li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Din il-parti tirrigwarda l-punti 95 sa 108 tal-ewwel sentenza appellata u l-punti 94 sa 107 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>, ir-rekwiżit li l-korp ċentrali jkollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>grupp taħt superviżjoni [prudenzjali]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> skont il-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU huwa dedott mill-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013. Fil-kuntest ta’ din il-parti, iċ-CMA tressaq żewġ argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel argument tagħha, iċ-CMA tirreferi għall-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 575/2013, li jispeċifika li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[m]eta jiġi applikat l-Artikolu 10 [tal-istess regolament], il-korp ċentrali msemmi f’dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti Tnejn sa Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali kollu kif ikkostitwit flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Iċ-CMA ssostni li, sa fejn ir-rekwiżiti msemmija f’dik id-dispożizzjoni jistgħu jiġu ssodisfatti biss minn stabbiliment ta’ kreditu, korp ċentrali msemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013 għandu neċessarjament ikollu din il-kwalità sabiex ikun suġġett għal superviżjoni prudenzjali. Għalhekk, l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 575/2013 jippreżupponi impliċitament, imma neċessarjament, li l-korp ċentrali msemmi fl-Artikolu 10 huwa stabbiliment ta’ kreditu. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kellha tevalwa r-relazzjoni bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet u tipprivileġġa t-tifsira li kienet tippermetti li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati b’mod koerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Il-BĊE u l-Kummissjoni jsostnu li dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett għandu jiġi ddikjarat li, bħala tali, l-Artikoli 10(1) u 11(4) tar-Regolament Nru 575/2013 jirrigwardaw l-eżenzjoni eventwali tal-osservanza tar-rekwiżiti prudenzjali previsti fl-imsemmi regolament, li tista’ tingħata minn awtorità kompetenti individwalment lil stabbilimenti ta’ kreditu affiljati ma’ korp ċentrali. Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni f’dawn l-appelli tikkonċerna l-eżistenza ta’ grupp suġġett għal superviżjoni prudenzjali fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU li jirreferi esklużivament għall-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013 u mhux għall-Artikolu 11 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>B’dan iċċarat, naqbel bis-sħiħ mar-raġunament tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-punti 99 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-ewwel sentenza appellata u l-punti 98 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>, li jgħid li l-loġika tar-relazzjoni bejn l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 575/2013 teżiġi li l-implimentazzjoni tat-tieni dispożizzjoni tkun konsegwenza tal-applikazzjoni tal-ewwel waħda, u mhux kundizzjoni għal tali applikazzjoni. Fil-fatt, huwa biss meta l-awtorità kompetenti taċċetta, abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013, li teżenta lil entitajiet affiljati ma’ korp ċentrali mill-osservanza tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, li japplika l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 575/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, din id-dispożizzjoni tirrikjedi li dan il-korp ċentrali jikkonforma ruħu mar-rekwiżiti prudenzjali abbażi tas-<HT TYPE="ITALIC">sitwazzjoni kkonsolidata</HT> tal-unità kollettiva li huwa jikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">mal-istabbilimenti affiljati</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Minn dan għalhekk jirriżulta b’mod ċar li, meta ssostni li l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 575/2013 jista’ jitħares biss minn stabbiliment ta’ kreditu, iċ-CMA tħawwad ir-rekwiżiti prudenzjali eventwalment applikabbli għal korp ċentrali fuq bażi individwali ma’ dawk applikabbli fuq bażi kkonsolidata abbażi ta’ din id-dispożizzjoni. L-argument taċ-CMA huwa għalhekk ibbażat fuq qari manifestament żbaljat tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 575/2013, li jgħid li, fejn japplika l-Artikolu 10, il-korp ċentrali għandu jikkonforma ruħu mar-rekwiżiti prudenzjali, mhux fuq bażi individwali, imma fuq bażi kkonsolidata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, isegwi li l-ewwel argument tat-tieni parti tal-ewwel aggravji huwa manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Bit-tieni argument tat-tieni parti tal-ewwel aggravji, iċ-CMA issostni li r-rekwiżit li korp ċentrali jkollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex il-BĊE jkun jista’ jeżerċita s-superviżjoni kkonsolidata fuqu jirriżulta mill-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament Nru 575/2013. Skont iċ-CMA, peress li din id-dispożizzjoni tirreferi għas-solvenza u għal-likwidità tal-korp ċentrali, din, impliċitament, imma neċessarjament, tipprevedi li dan il-korp ikollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu. L-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li ċ-CMA tiddefinixxi bħala finalista u globalizzata, adottata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Dan l-argument jirrigwarda l-punti 106 u 107 tal-ewwel sentenza appellata u l-punti 105 u 106 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>, tinterpreta ħażin il-punt tat-test ta’ din id-dispożizzjoni li tipprovdi espressament li l-likwidità u s-solvenza tal-korp ċentrali għandhom jiġu evalwati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Il-BĊE u l-Kummissjoni jsostnu li dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Dan l-argument huwa bbażat fuq qari totalment żbaljat tal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament Nru 575/2013, li jimponi l-kundizzjoni li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha [għandhom jiġu] mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Fil-fatt, iċ-CMA terġa’ tħawwad, min-naħa, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-entitajiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kollha<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (jiġifieri l-korp ċentrali u l-istabbilimenti affiljati), superviżjoni li hija s-suġġett ta’ din id-dispożizzjoni, ma’, min-naħa l-oħra, is-superviżjoni individwali tal-korp ċentrali, superviżjoni li ma hijiex ittrattata f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament Nru 575/2013 bl-ebda mod ma jimplika li l-korp ċentrali jeżerċità attivitajiet li jiġġustifikaw il-monitoraġġ tas-solvenza u tal-likwidità tiegħu fuq bażi individwali, u għalhekk li dan il-korp ikollu l-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Isegwi li anki t-tieni argument tat-tieni parti tal-ewwel aggravji għandu jiġi kkunsidrat li huwa manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Minn dan kollu li ngħad iktar ’il fuq isegwi li l-ewwel aggravji taż-żewġ appelli taċ-CMA għandhom, fil-fehma tiegħi, jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni aggravji tal-appelli bbażati fuq żbalji fil-kwalifikazzjoni tal-fatti sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li Crédit mutuel kienet tissodisfa l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Fit-tieni aggravji tal-appelli tagħha, iċ-CMA tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-kwalifikazzjoni ġuridika tal-fatti sa fejn iddeċidiet li Crédit mutuel kienet tissodisfa l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013 għall-finijiet tal-kwalifikazzjoni tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>grupp taħt superviżjoni [prudenzjali]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-Artikolu 2(21)(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Dan it-tieni aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel parti dwar il-portata tal-Artikolu L.511-31 taċ-CMF u tad-deċiżjoni taċ-CNCM Nru 1-1992 tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti tat-tieni aggravji tagħha, iċ-CMA tikkontesta l-analiżi li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li d-deċiżjoni taċ-CNCM Nru 1-1992 tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) tikkonferma l-eżistenza ta’ obbligu ta’ trasferiment ta’ fondi rispettivi u l-likwiditajiet fi ħdan il-Crédit mutuel li kien jippermetti li jiġi deċiż li kienet issodisfatta l-kundizzjoni – prevista fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013 – ibbażata fuq l-eżistenza ta’ impenji <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> bejn il-korp ċentrali u l-istabbilimenti affiljati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara l-punti 135 sa 137 tal-ewwel sentenza appellata u l-punti 134 sa 136 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Iċ-CMA ssostni li l-elementi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni u esposti mill-Qorti Ġenerali ma jippermettux li tali obbligu jiġi kkaratterizzat bħala trasferiment ta’ fondi proprji u likwiditajiet bejn id-diversi entitajiet ta’ Crédit mutuel. Fis-sistema prevista minn din id-deċiżjoni, għalkemm teżisti solidarjetà ġenwina bejn il-fondi ta’ kreditu li jappartjenu għall-istess grupp reġjonali, min-naħa l-oħra ma jeżisti l-ebda obbligu ta’ trasferiment ta’ fondi rispettivi u ta’ likwidità fil-livell nazzjonali bejn il-gruppi reġjonali. Għalhekk, f’każ ta’ diffikultà ta’ grupp reġjonali, iċ-CNCM ma tkunx tista’ ġġiegħel grupp reġjonali ieħor jittrasferixxi fondi rispettivi biex isostni lill-ewwel grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Caisse centrale de Crédit mutuel (CCCM) tista’ tuża riżorsi limitati fdati lilha mill-gruppi reġjonali (komposti minn 2 % tad-depożiti miġbura minnhom) ma jippermettix li jkun identifikat obbligu ta’ trasferiment ta’ fondi proprji u ta’ likwiditajiet bejn il-gruppi reġjonali. Din huwa sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ proporzjon limitata tad-depożiti miġbura mill-gruppi reġjonali għall-benefiċċju taċ-CCCM, li tibqa’ debitriċi fir-rigward ta’ dawn il-gruppi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tal-Conseil d’Etat (il-Kunsill tal-Istat, Franza) tad-<DATE ISO="20180309">9 ta’ Marzu 2018</DATE> fil-Kawża Nru 399413<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>ECLI:FR:CECHR:2018:399413.<DATE ISO="20180309">20180309</DATE>.</P></NOTE>, li fuqha l-BĊE u l-Kummissjoni jistrieħu insostenn tas-sentenzi appellati, hija ineffettiva peress li ngħatat wara l-imsemmija sentenzi u tittratta, fi kwalunkwe każ, kwistjonijiet differenti minn dawk imqajma fl-appelli ineżami.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Il-BĊE u l-Kummissjoni jsostnu li din il-parti għandha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, kuntrarjament għall-fehma tal-Qorti Ġenerali, l-Artikolu L.511–31 taċ-CMF huwa biżżejjed, waħdu, sabiex il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013 tkun issodisfatta, mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi eżaminata d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE>. Hija tqis li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ għalhekk tagħmel sostituzzjoni tal-motivi f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, bħala punt preliminari, li, hekk kif osservaw il-BĊE u l-Kummissjoni, iċ-CMA ma tikkontestax l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013 adottata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenzi appellati, fejn ikkonkludiet li l-kundizzjoni li tidher f’din id-dispożizzjoni hija ssodisfatta meta jeżisti obbligu ta’ ttrasferiiment ta’ fondi ripettivi u ta’ likwiditajiet fi ħdan il-grupp sabiex jiġi żgurat li l-obbligi lejn il-kredituri jiġu ssodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara l-punti 118 sa 130 tal-ewwel sentenza appellata u l-punti 117 sa 129 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>. Iċ-CMA tillimita ruħha li tikkontesta l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għall-kawża ineżami<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-punti 131 sa 139 tal-ewwel sentenza appellata u l-punti 130 sa 138 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Fis-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali l-ewwel fakkret li fl-opinjoni tal-<DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE>, imsemmija fil-punt 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Bord ta’ Rieżami kien enfasizza diversi raġunijiet biex jiġġustifika l-osservanza ta’ din il-kundizzjoni, jiġifieri l-kliem tal-Artikolu L.511-31 taċ-CMF, l-obbligu ta’ intervent taċ-CNCM għall-benefiċċju tal-fondi ta’ kreditu f’diffikultà li jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE>, l-istatuti taċ-CCCM u l-fatt li fil-passat, assistenza eċċezzjonali kienet ingħatat lil entitajiet f’diffikultà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali qieset li l-kliem tal-Artikolu L.511-31 taċ-CMF ma kienx jippermetti, fih innifsu, li jiġi deċiż li l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013 kienet issodisfatta. Madankollu, iddeċidiet li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE> u l-mekkaniżmu ta’ solidarjetà li hija tipprevedi kienu, min-naħa l-oħra, jippermettu li tiġi kkaratterizzata l-eżistenza ta’ obbligu ta’ trasferiment ta’ fondi rispettivi u ta’ likwidità fi ħdan il-Crédit mutuel intiża biex jiġi żgurat li l-obbligi fil-konfront tal-kredituri jiġu ssodisfatti, u li, għalhekk, is-sempliċi fatt li dan il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà jeżisti kien jippermetti li titqies issodisfatta l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel ma jiġu eżaminati l-ilmenti mressqa miċ-CMA kontra dan ir-raġunament, għandha tiġi analizzata t-talba tal-Kummissjoni għas-sostituzzjoni ta’ motivi, peress li din it-talba hija ta’ natura preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex talba għas-sostituzzjoni tal-motivi tkun ammissibbli, huwa meħtieġ li jkun hemm interess ġuridiku, fis-sens li din it-talba għandha tkun tali li, permezz tal-eżitu tagħha, tikseb vantaġġ għall-parti li tkun ressqitha. Dan jista’ jkun il-każ meta t-talba għal sostituzzjoni ta’ motivi tikkostitwixxi difiża kontra aggravju mressaq mill-parti rikorrenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ziegler vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑439/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:513">EU:C:2013:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, jekk ġie konkluż li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, l-Artikolu L.511-31 taċ-CMF jippermetti, fih innifsu, li jiġi deċiż li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013 hija ssodisfatta minn Crédit mutuel, l-ewwel parti tat-tieni aggravji ppreżentata miċ-CMA ssir ineffettiva. Fil-fatt, f’każ bħal dan, ma jkunx iktar neċessarju li jiġu analizzati l-argumenti taċ-CMA bbażati fuq żball mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE>. Konsegwentement, peress li l-Kummissjoni għandha interess li tressaq it-talba għal sostituzzjoni tal-motivi, hija għandha, fl-opinjoni tiegħi, titqies bħala ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata tal-Artikolu L.511-31 taċ-CMF, fis-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fl-ewwel lok, li, fl-assenza ta’ deċiżjoni tal-qrati nazzjonali kompetenti, hija għandha tiddeċiedi dwar il-portata ta’ din id-dispożizzjoni. Il-Qorti Ġenerali għalhekk iddeċidiet li l-Artikolu L.511-31 taċ-CMF ma kienx jippermetti, fih innifsu, li jiġi deċiż li l-kundizzjoni prevista<?PAGE NO="18"?> fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013 kienet issodisfatta minħabba n-natura ġenerali żżejjed tal-kliem tagħha li jirreferi għat-teħid ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>miżuri neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>jiġu ggarantiti l-likwidità u s-solvenza ta’ kull wieħed u waħda minn dawn l-istabbilimenti u kumpanniji kif ukoll tan-netwerk kollu kemm hu<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Il-Qorti Ġenerali qieset li ma kienx possibbli li minn dispożizzjoni ta’ natura ġenerali tiġi dedotta l-eżistenza ta’ obbligu ta’ trasferiment ta’ fondi rispettivi u ta’ likwidità fi ħdan il-grupp sabiex jiġi żgurat li l-obbligi fil-konfront tal-kredituri jkunu ssodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Punt 134 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 133 tat-tieni sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-interpretazzjoni tal-Artikolu L.511-31 taċ-CMF adottata mill-Qorti Ġenerali hija restrittiva wisq. Insostenn tal-pożizzjoni tagħha, hija tirreferi għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) tad-<DATE ISO="20180309">9 ta’ Marzu 2018</DATE>, Nru 399413. Il-BĊE jirreferi wkoll għal dik id-deċiżjoni, iżda huwa jibbaża wkoll l-argument tiegħu fuq id-deċiżjoni tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) tat-<DATE ISO="20161213">13 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Nru 403418<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>ECLI:FR:CECHR:2016:403418.<DATE ISO="20161213">20161213</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, kif tagħmel il-Qorti Ġenerali, li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-portata tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi nazzjonali għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-interpretazzjoni li jagħtu l-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Il-fatt, imsemmi miċ-CMA, li d-deċiżjoni tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) tad-<DATE ISO="20180309">9 ta’ Marzu 2018</DATE> hija sussegwenti għas-sentenzi appellati ma jipprekludix li din tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu L.511 31 taċ-CMF, peress li l-partijiet kellhom l-opportunità, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>EUIPO vs Szajner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑598/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:265">EU:C:2017:265</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan is-sens, ara wkoll, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180424">24 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑133/16 sa T‑136/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:219">EU:T:2018:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’mod partikolari, iċ-CMA ħadet pożizzjoni dwar id-deċiżjoni tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) tad-<DATE ISO="20180309">9 ta’ Marzu 2018</DATE> fil-kuntest tar-replika tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Issa, fil-premessa 5 tad-deċiżjoni tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) tat-<DATE ISO="20161213">13 ta’ Diċembru 2016</DATE>, dik il-qorti ppreċiżat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-leġiżlatur […] inkariga [liċ-CNCM], bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli L.511-31 […] bil-kompiti li tiżgura l-koeżjoni tan-netwerk ta’ [Crédit mutuel u] li teżerċità kontroll amministrattiv, tekniku u finanzjarju fuq l-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ kull fond u li tadotta l-miżuri kollha meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tan-netwerk. […] Barra minn hekk, skont l-Artikolu L.511-31 tal-istess kodiċi, iċ-CNCM tista’, meta dan ikun iġġustifikat mis-sitwazzjoni finanzjarja tal-istabbilimenti kkonċernati, u minkejja kull dispożizzjonijiet jew stipulazzjonijiet kuntrarji, tiddeċiedi li tamalgama tnejn jew iktar fondi ta’ kreditu affiljati man-netwerk, it-trasferiment tal-avvjament tagħhom kif ukoll ix-xoljiment tagħhom. Minn dan il-qafas legali u regolatorju jirriżulta li, irrispettivament mill-istat tar-relazzjonijiet fin-netwerk ta’ Crédit mutuel bejn il-gruppi li hemm ikkostitwiti fih, iċ-CNCM hija legalment responsabbli mill-preparazzjoni u mill-implimentazzjoni ta’ miżuri li huma parti mir-regolamentazzjoni sistemika tas-sistema bankarja f’dak li jirrigwarda l-grupp kollu Crédit mutuel u għandu, bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>impriż[a] prinċipali fl-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/>, ikollha pjan ta’ rkupru preventiv għal dan il-grupp<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet simili jinsabu fil-premessa 7 tad-deċiżjoni tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) tad-<DATE ISO="20180309">9 ta’ Marzu 2018</DATE> fejn jingħad ukoll li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti li jifformaw parti mir-regolamentazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jimplika neċessarjament li ċ-[CNCM] hija kompetenti biex toħroġ regolamenti li jorbtu lill-fondi ta’ kreditu, biex tiżgura l-osservanza, minn dawn tal-aħħar, tad-dispożizzjonijiet li japplikaw għalihom u, fil-każ ta’ ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, timponilhom penali xierqa.<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-premessa 20 ta’ din l-aħħar deċiżjoni, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>sabiex <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>jiggarantixxu l-likwidità u s-solvenza tan-netwerk<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="2019" ID="QE0043"/> li għalih huma responsabbli, il-korpi ċentrali huma awtorizzati, bis-saħħa tal-Artikolu L.511-31 taċ-[CMF], li jieħdu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>l-miżuri kollha meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> u, b’mod partikolari, li jistabbilixxu, fost il-membri tan-netwerk, mekkaniżmi ta’ solidarjetà vinkolanti, li ma jistgħux ikunu limitati biss għat-twaqqif ta’ skemi prefinanzjati bħal fondi ta’ garanzija<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) jirriżulta li l-obbligu previst fl-Artikolu L.511-31 taċ-CMF li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, b’mod partikolari biex jiżguraw il-likwidità u s-solvenza ta’ kull wieħed minn dawn l-istabbilimenti u kumpanniji kif ukoll tan-netwerk kollu kemm hu<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jimplika setgħat ta’ kontroll amministrattiv, tekniku u finanzjarju estensivi ħafna fi ħdan iċ-CNCM fuq in-netwerk kollu ta’ Crédit mutuel, sa fejn dawn is-setgħat jippermettulha tistabbilixxi, f’kull ħin, mekkaniżmi ta’ solidarjetà vinkolanti, bħal obbligi ta’ trasferiment ta’ fondi rispettivi u ta’ likwiditajiet li jistgħu jiġu imposti fuq il-membri tan-netwerk. Dawn is-setgħat huma kkaratterizzati mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) li jippermetti li ċ-CNCM, f’każ ta’ kriżi finanzjarja ta’ stabbiliment, tiddeċiedi l-amalgamazzjoni ta’ żewġ fondi ta’ kreditu jew iktar affiljati man-netwerk, u dan minkejja kwalunkwe dispożizzjonijiet jew stipulazzjonijiet kuntrarji. Issa, is-setgħa li tiġi imposta amalgamazzjoni fuq membru tan-netwerk ma’ stabbiliment fi kriżi finanzjarja hija ekwivalenti għall-impożizzjoni fuqu tal-assunzjoni tal-passiv ta’ dak l-istabbiliment, fatt li jimplika, għal dan il-membru, effett potenzjalment saħansitra itqal minn dak li jirriżulta mill-impożizzjoni ta’ sempliċi trasferiment ta’ fondi rispettivi u ta’ likwidità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-firxa ta’ dawn is-setgħat ta’ kontroll u ta’ intervent f’każ ta’ kriżi ta’ stabbiliment membru tan-netwerk eżistenti fi ħdan iċ-CNCM fuq l-entitajiet li jiffurmaw parti min-netwerk Crédit mutuel, ma jistax, fl-opinjoni tiegħi, jiġi miċħud li d-dispożizzjoni tal-Artikolu L.511-31, kif ikkaratterizzata mill-ġurisprudenza tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), tinkludi l-eżistenza ta’ obbligu ta’ trasferiment ta’ fondi rispettivi u ta’ likwidità fi ħdan in-netwerk Crédit mutuel. Minn dan isegwi li, kuntrarjament għall-opinjoni tal-Qorti Ġenerali, dak l-artikolu waħdu huwa biżżejjed, fil-fehma tiegħi, biex dan il-grupp jissodisfa l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Issa, minn ġurisprudenza stabbilita tal-qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li jekk il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tkun ivvizzjata minn żball, iżda d-dispożittiv tagħha jkun jidher li huwa fondat għal motivi ta’ dritt oħra, tali ksur ma jkunx ta’ natura li jwassal għal annullament ta’ din id-deċiżjoni u jkun hemm lok li ssir sostituzzjoni tal-motivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara, f’dan is-sens, <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Deza vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:52">EU:C:2019:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-fehma tiegħi, it-talba għal sostituzzjoni tal-motivi tal-Kummissjoni għandha tintlaqa’ u, konsegwentement, l-ewwel parti tat-tieni aggravji għandha tiġi miċħuda għaliex ineffettiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni parti dwar in-nuqqas ta’ applikabbiltà tad-deċiżjoni taċ-CNCM Nru 1-1992 tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE> għall-grupp kollu Crédit mutuel</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tat-tieni aggravji tagħha, iċ-CMA ssostni li l-Qorti Ġenerali għamlet żball fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti b’rabta mal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013 peress li, anki jekk jitqies li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE> tissanċixxi l-eżistenza ta’ obbligu ta’ trasferiment ta’ fondi rispettivi u ta’ likwidità, din id-deċiżjoni ma tapplikax għall-grupp kollu Crédit mutuel suġġett għas-superviżjoni prudenzjali tal-BĊE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Il-grupp Crédit mutuel kollu jinkludi, fil-fatt, entitajiet bankarji, is-sussidjarji tal-fondi ta’ kreditu reġjonali, li ma humiex affiljati mal-korp ċentrali. Dawn is-sussidjarji jaqgħu kompletament barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE> u fir-rigward tagħhom ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta’ solidarjetà. Iċ-CNCM ma għandha l-ebda waħda mill-prerogattivi msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013 fir-rigward ta’ dawk is-sussidjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Il-BĊE jsostni, l-ewwel nett, li dan l-argument, li deher għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell, jikkostitwixxi aggravju ġdid li ma jikkonċernax l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 575/2013, iżda l-portata tal-punt 21 tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Qafas tal-MSU u li din it-tieni parti, għalhekk, hija inammissibbli. Il-Kummissjoni essenzjalment tingħaqad mal-pożizzjoni tal-BĊE. Il-BĊE u l-Kummissjoni jsostnu li, fi kwalunkwe każ, it-tieni parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda għaliex infondata. F’dan il-kuntest, il-BĊE jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja titlob li jiġu kkommunikati ċerti ftehimiet ta’ rifinanzjament konklużi bejn l-entitajiet mutwalisti tal-grupp Crédit mutuel u s-sussidjarji tagħhom bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li peress li, fil-kuntest tal-appell, l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa limitat għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li kienet ingħatat għall-motivi u għall-argumenti diskussi quddiem l-ewwel qrati, parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja argument li hija ma invokatx quddiem il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Agria Polska <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑373/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:756">EU:C:2018:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>Issa, jidhirli mingħajr dubju, mill-qari tal-proċess, li l-argumenti mressqa miċ-CMA fil-kuntest tat-tieni parti tat-tieni aggravji ma kienu bl-ebda mod tqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali fl-ewwel istanza. Lanqas ma jista’ jiġi kklassifikat bħala argument ġdid li jikkostitwixxi s-sempliċi żvilupp jew amplifikazzjoni tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Fil-fatt, argument li jikkostitwixxi l-iżvilupp jew l-amplifikazzjoni tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali huwa ammissibbli. Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:536">EU:C:2009:536</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li dan il-parti hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, nosserva li anki jekk wieħed jippreżumi, <HT TYPE="ITALIC">quod non</HT>, li din il-parti kienet ammissibbli, hija, fi kwalunkwe każ, ineffettiva wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-deċiżjoni tiegħu tad-<DATE ISO="20180309">9 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) speċifika li s-setgħat superviżorji li ċ-CNCM għandha teżerċita skont l-Artikolu L.511-31 taċ-CMF fil-kuntest tan-netwerk ta’ Crédit mutuel għandhom jiġu kkunsidrati li jestendu wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>għas-sussidjarji tal-fondi ta’ kreditu peress li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-ewwel taffettwa s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn tal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara l-premessi 10 u 11 tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20180309">9 ta’ Marzu 2018</DATE> tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat).</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tal-konklużjoni tiegħi fil-punt 125 iktar ’il fuq, jiġifieri li l-Artikolu L.511-31 taċ-CMF huwa suffiċjenti fih innifsu biex jissodisfa l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 575/2013, anki jekk jitqies li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE>, ma tapplikax għall-membri kollha tal-grupp Crédit mutuel, dan il-fatt ma jkollu l-ebda impatt fuq il-konstatazzjoni li dan il-grupp jissodisfa l-imsemmija kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, it-tieni parti tat-tieni aggravji għandha tiġi miċħuda, mingħajr il-bżonn li tittieħed deċiżjoni fuq it-talba tal-BĊE għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura. Għaldaqstant, peress li t-tieni aggravji taż-żewġ appelli għandhom jiġu miċħuda, hemm lok li, fl-opinjoni tiegħi, iż-żewġ appelli jiġu miċħuda fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">VI. Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>Peress li ċ-CMA tilfet l-aggravji tagħha hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għall-ispejjeż sostnuti mill-BĊE, mill-Kummissjoni u miċ-CNCMS, kif mitlub minn dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-appelli huma miċħuda.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Crédit mutuel Arkéa għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Confédération nationale du Crédit mutuel.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>