|
4.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/10 |
Silta mid-Deċiżjoni dwar id-De Nederlandsche Bank skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
2010/C 211/07
Avviż ta' ordni tal-qorti
B'segwitu għall-applikazzjoni tad-De Nederlandsche Bank f'Amsterdam, il-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam, permezz tal-ordni tal-qorti tal-24 ta' Ġunju 2010, Nru FTRK 10.1151, iddikjarat ir-regolamenti ta' emerġenza (noodregeling), kif imsemmija fit-Taqsima 3:160 tal-Att Olandiż dwar is-Superviżjoni Finanzjarja, applikabbli għall-kumpanija bis-sede fil-Pajjiżi l-Baxxi
International insurance corporation (IIC) N.V.
bl-uffiċċji rreġistrati u kummerċjali f'Amsterdam f'Entrada 123 (1096 EB). Il-bażi għar-regolamenti ta' emerġenza tinsab fil-Parti 3.5.5 tal-Att Olandiż dwar is-Superviżjoni Finanzjarja. Ħlief għall-eċċezzjonijiet, ir-regolamenti ta' emerġenza huma soġġetti għal-liġi Olandiża. L-Imħallef M.J.E. Geradts, membru tal-Qorti Distrettwali ta’ Amsetrdam, inħatar bħala mħallef superviżorju. P.H.M Versteeg u M. Pannevis, it-tnejn b'uffiċċji kummerċjali f'DLA Piper Nederland N.V., P.O. Box 75258, 1070 AG Amsterdam, NEDERLAND inħatru bħala amministraturi. Id-De Nederlandsche Bank huwa l-awtorità superviżorja kompetenti. Din l-ordni tal-qorti tista' tiġi appellata fi żmien tmint ijiem quddiem il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam, Prinsengracht 436, 1017 KE Amsterdam, NEDERLAND. Sa fejn jafu l-amministratuiri ma tressaq l-ebda appell.