Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Komunità Ewropea /* KUMM/2009/0327 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.6.2009 KUMM(2009) 327 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Komunità Ewropea MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-ħolqien ta’ “Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli” (IRENA), bl-għan li ssir ċentru ta’ eċċellenza għall-enerġija rinnovabbli, tagħti pariri lill-gvernijiet dwar it-tfassil ta’ programmi nazzjonali għall-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, ixxerred l-informazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli u toffri attivitajiet ta’ taħriġ u pariri dwar l-aqwa prattika u għażliet ta' finanzjament, ilu jiġi diskuss għal ħafna żmien. L-Istatut tal-IRENA (l-“Istatut”) ġie ffirmat f’Bonn fis-26 ta’ Jannar 2009 minn 75 Stat, fosthom 20 Stat Membru. L-Artikolu VI tal-Istatut jipprovdi għall-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet reġjonali u intergovernattivi għall-integrazzjoni ekonomika jsiru membri. Għoxrin Stat Membru diġà ffirmaw l-istatut, u hemm ħtieġa ċara li l-Komunità tiġi rrappreżentata f'Aġenzija fejn uħud mill-obbligi pprovduti bl-Istatut jaffetwaw jew aktarx jaffetwaw l-arranġamenti stabbiliti bl-atti Komunitarji adottati fl-oqsma tal-ambjent u tal-enerġija, u għalhekk li jaffetwaw il-kompetenzi Komunitarji. Il-proċess tas-sħubija ma jinvolvi l-ebda negozjati minħabba li l-Istatut diġà qablu dwaru 75 Stat. Għalhekk, għal din ir-raġuni s-sħubija fl-IRENA tista' skont dan issir abbażi ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-persuna awtorizzata biex tiffirma l-Istatut f'isem il-Komunità Ewropea u li tipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Din il-proposta tipprovdi għall-iffirmar tal-Istatut u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. 1.1. Iffirmar Komunitarju L-Artikolu XIX tal-Istatut jipprevedi li l-Istatut jibqa’ miftuħ għall-iffirmar, inkluż għall-organizzazzjonijiet reġjonali u intergovernattivi għall-integrazzjoni ekonomika, sakemm jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara d-data tad-depożitu tal-ħamsa u għoxrin strument ta’ ratifikazzjoni. 1.2. Parteċipazzjoni fl-IRENA qabel l-adeżjoni Minħabba li l-istatut tal-IRENA jista’ ma jidħolx fis-seħħ fil-futur immedjat minħabba d-dispożizzjoni tal-Artikolu XIX, huwa previst li safejn huwa possibbli l-Komunità tipparteċipa fi kwalunkwe attivitajiet preparatorji bħall-Kummissjoni Preparatorja jew Temporanja Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Komunità Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175, il-paragrafu 1 u l-Artikolu 300, il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fis-26 ta’ Jannar 2009, l-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (“l-Istatut”) ġie ffirmat fil-Konferenza tal-Fondazzjoni f’Bonn minn ħamsa u sebgħin Stat, inkluż għoxrin Stat Membru tal-UE. (2) Skont l-Istatut, l-għan tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli ("IRENA") huwa li “tippromwovi adozzjoni mxerrda u ikbar kif ukoll l-użu sostenibbli tal-forom kollha tal-enerġija rinnovabbli, b’kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet u l-benefiċċji nazzjonali u domestiċi mnisslin minn approċċ magħqud ta' miżuri ta’ enerġija rinnovabbli u ta' effiċjenza fl-enerġija, u l-kontribuzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għall-preservazzjoni ambjentali, permezz tal-limitazzjoni tal-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali u t-tnaqqis tad-deforestazzjoni, partikolarment id-deforestazzjoni tropikali, id-deżertifikazzjoni u t-telf tal-bijodiversità; għall-protezzjoni tal-klima; għat-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali, inkluż it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli; għall-aċċess għal u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija; għall-iżvilupp reġjonali u r-responsabbiltà interġenerazzjonali”. (3) Kemm il-Komunità Ewropea kif ukoll l-Istati Membri tagħha huma kompetenti fl-oqsma koperti bl-Istatut. Ċerti obbligi, ipprovduti bl-Istatut, jaffetwaw jew aktarx li jaffetwaw l-arranġamenti stabbiliti bl-atti Komunitarji adottati rigward l-ambjent u l-enerġija. (4) Fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tiegħu biss fit-tletin jum wara d-depożitu tal-ħamsa u għoxrin strument ta’ ratifikazzjoni, u fid-dawl li l-Istatut se jibqa’ miftuħ għall-iffirmar sa dak iż-żmien, l-Istatut għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea skont l-Artikolu XIX A. Meta wieħed jikkunsidra li fil-Konferenza tal-Fondazzjoni tal-IRENA tas-26 ta’ Jannar 2009 ġiet stabbilita Kummissjoni Preparatorja għall-IRENA, li hija maħsuba li tiżgura l-istabbiliment rapidu u effettiv tal-IRENA, inkluż billi tistabbilixxi programm ta’ ħidma u baġit temporanji, il-parteċipazzjoni sħiħa fl-attivitajiet tal-IRENA mill-iffirmar hija kkunsidrata utli. L-Istatut għandu jigi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Ġunju 2009. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill permezz ta’ dan qed jiġi awtorizzat biex jaħtar persuna(i) awtorizzata(i) li f'isem il-Komunità Ewropea tiffirma/jiffirmaw l-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli mwaqqfa fis-26 ta’ Jannar 2009 f’Bonn. Artikolu 2 Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tapplika l-Istatut fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Ġunju 2009. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President