Subject of the case

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas‑sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, p. 28).

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, ir-Repubblika tal-Estonja naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż.