10.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 365/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10392 — H.I.G. Capital/Cesar/SDA/VDM)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 365/05)

1.   

Fit-3 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

H.I.G. Capital, LLC (“H.I.G. Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Cesar di Barbarossa Enio e F.lli S.r.l. (“Cesar”, l-Italja),

—

Gruppo SDA S.r.l. Servizi Distribuzione Associati (“SDA”, l-Italja),

—

VDM Vaccaro Distribuzione Merci S.r.l. (“VDM”, l-Italja).

H.I.G. Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Cesar, SDA u VDM kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

H.I.G. Capital ditta globali ta’ investiment ta’ ekwità privata u assi alternattivi; hija tipprovdi kemm kapital ta’ dejn kif ukoll ta’ ekwità lil kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju.

—

Cesar: il-bejgħ bl-imnut ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti tas-saħħa, tas-sbuħija u ta’ prodotti oħra tal-massa tal-konsumaturi ta’ kuljum fl-Italja.

—

SDA: il-bejgħ bl-imnut ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti tas-saħħa, tas-sbuħija u ta’ prodotti oħra tal-massa tal-konsumaturi ta’ kuljum fl-Italja.

—

VDM: il-bejgħ bl-imnut ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti tas-saħħa, tas-sbuħija u ta’ prodotti oħra tal-massa tal-konsumaturi ta’ kuljum fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10392 — H.I.G. Capital/Cesar/SDA/VDM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.