|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/72 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1761
tat-23 ta’ Ottubru 2019
li jemenda l-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u ta’ wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tjur u prodotti tat-tjur
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-punti (1) u (4) tal-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis (2) minn pajjiżi terzi, u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-11 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (3) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perijodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. Skont dik id-Deċiżjoni, il-perijodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż ulterjorment sal-31 ta’ Ottubru 2019. Għalhekk, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika fir-Renju Unit mill-1 ta’ Novembru 2019 (“id-data tal-ħruġ”). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur (il-komoditajiet) fl-Unjoni u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja. Dan jistipula li dawk il-komoditajiet jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss, mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ komoditajiet mid-data tal-ħruġ, billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perijodu inizjali ta’ mill-inqas disa’ xhur. |
|
(4) |
Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji, żoni jew kumpartimenti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni tal-komoditajiet. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Novembru 2019, sakemm f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata skont it-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2019.
Madankollu, m’għandux japplika jekk f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni jibqa’ japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101. 11.4.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
ANNESS
Il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċina fil-parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata kif ġej:
|
Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kondizzjonijiet speċifiċi |
Kondizzjonijiet speċifiċi |
Status ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur |
Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur |
Status tal-Kontroll tas-Salmonella |
||
|
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data tal-għeluq |
Data tal-ftuħ |
|||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6B |
7 |
8 |
9 |
|
“GB-Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
GB-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
|
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
|
|
|
A |
|
|
|||
|
WGM |
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
EP, E, POU, RAT |
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
GG-Guernsey |
GG-0 |
Il-pajjiż kollu |
BPP, LT20 |
|
|
|
|
A” |
|
|