|
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2150
tas-7 ta' Diċembru 2016
dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-21 ta' April 2016 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Madankollu, dan l-addittiv għandu jitqies bħala li għandu l-potenzjal li jkun sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni ta' għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta' Mejju 2016 (3), l-Awtorità kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Madankollu, dan l-addittiv għandu jitqies bħala li għandu l-potenzjal li jkun sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li tnaqqas id-degradazzjoni tal-proteini fl-għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-foraġġ insilat” huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2016; 14(6):4479.
(3) EFSA Journal 2016; 14(6):4506.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||
|
CFU tal-addittiv/kg ta' materja friska |
||||||||||||||
|
Addittivi teknoloġiċi: addittivi tal-foraġġ insilat |
||||||||||||||
|
1k20750 |
Lactobacillus plantarum DSM 29025 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 li fiha ammont minimu ta' 8 × 1010 CFU/g tal-addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum DSM 29025. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq MSR agar (EN 15787). Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-28 ta' Diċembru 2026 |
||||||
|
1k20751 |
Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 li fiha ammont minimu ta' 1 × 1011 CFU/g tal-addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 42150. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq MSR agar (EN 15787). Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-28 ta' Diċembru 2026 |
||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx