<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-568/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0568</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:264">EU:C:2022:264</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20220407">7.4.2022</DATE> – Kawża C‑568/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">H Limited</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Ordni għall-ħlas mogħtija fi Stat Membru ieħor wara eżami sommarju u kontradittorju ta’ sentenza mogħtija fi Stat terz</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 39</KEYWORD><KEYWORD>Saħħa eżekuttiva fl-Istati Membri</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑568/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20201102">2 ta’ Novembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">J</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">H Limited,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, Presidenta tal-Awla, N. Jääskinen, M. Safjan (Relatur), N. Piçarra u M. Gavalec, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal J, minn C. Straberger, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal H Limited, minn S. Turic, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u U. Bartl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u H. Leupold, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas‑<DATE ISO="20211216">16 ta’ Diċembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1, tal-Artikolu 2(a), tal-Artikolu 39, tal-Artikolu 42(1)(b) u tal-Artikoli 45, 46 u 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn J u H Limited dwar l-eżekuzzjoni fl-Awstrija ta’ digriet ta’ ordni għall-ħlas maħruġ mill-High Court of Justice (England &amp; Wales) [il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), ir-Renju Unit (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>High Court<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)] abbażi ta’ żewġ sentenzi mogħtija fil-Ġordan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 6, 26 u 34 tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(4)</NO.P><TXT>Ċerti differenzi bejn regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta’ sentenzi jfixklu l-operat tajjeb tas-suq intern. Huma essenzjali dispożizzjonijiet biex jiġu unifikati r-regoli ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u sabiex jiżguraw għarfien u eżekuzzjoni malajr u sempliċi ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq l-objettiv taċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, huwa meħtieġ u xieraq li r-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jkunu regolati minn strument legali tal- Unjoni li jkun jorbot u direttament applikabbli.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni [Ewropea] tiġġustifika l-prinċipju li s-sentenzi mogħtija fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtieġa għal proċedura speċjali. Barra minn hekk, l-għan li t-tilwim transkonfinali jirriżulta f’inqas ħela ta’ ħin u spejjeż jiġġustifika l-abolizzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà qabel l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru indirizzat. Bħala riżultat, sentenza li tingħata mill-qrati ta’ Stat Membru għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet ingħatat fl-Istat Membru indirizzat.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni [tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, l 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata bil-konvenzjonijiet sussegwenti marbuta mal-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda għal din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<?PAGE NO="3"?> tal-1968<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>)], ir-Regolament (KE) [tal-Kunsill Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42),] u dan ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 u r-Regolamenti li jissostitwixxieha.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Huwa m’għandux jestendi, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul, dawk doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat (<HT TYPE="ITALIC">acta iure imperii</HT>).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kull sentenza mogħtija minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, independentement minn kif tista’ tissejjaħ dik is-sentenza, inklużi digriet, ordni, deċiżjoni jew mandat ta’ eżekuzzjoni, kif ukoll deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-infiq jew l-ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti.</TXT><P>Għall-finijiet tal-Kapitolu III, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tinkludi miżuri proviżorji, inklużi miżuri kawtolatorji, ordnati minn qorti jew tribunal li, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament ikollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-kwistjoni. Ma jinkludix miżura proviżorja, inkluża miżura kawtelatorja, li tkun ordnata minn tali qorti jew tribunal meta l-konvenut ma jkunx irċieva taħrika biex jidher, sakemm is-sentenza li jkun fiha l-miżura ma tiġix notifikata lill-konvenut qabel l-infurzar;</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Stat Membru tal-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-Istat Membru li fih, skont ma jkun il-każ, ingħatat is-sentenza, ġiet approvata jew konkluża it-tranżazzjoni ġudizzjarja, jew ġie formalment imfassal jew irreġistrat l-istrument awtentiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>‘Stat Membru indirizzat’ tfisser l-Istat Membru li fih huwa invokat ir-rikonoxximent tas-sentenza, jew li fih tintalab l-eżekuzzjoni tas-sentenza, tat-tranżazzjoni ġudizzjarja, jew tal-istrument awtentiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>qorti tal-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser il-qorti li tat lis-sentenza r-rikonoxximent li tkun indirizzat jew, ir-rikonoxximent li jkun tfittex.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 tal-istess regolament jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Sentenza mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli f’dak l-Istat Membru għandha tkun eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza fi Stat Membru mogħtija fi Stat Membru ieħor, ir-rikorrent għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni kompetenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 li jiċċertifika li s-sentenza hija eżegwibbli u li jkun fih silta mis-sentenza kif ukoll, meta jkun xieraq, l-informazzjoni rilevanti dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru tal-proċedimenti u l-kalkolu tal-imgħax.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 45(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti interessata, ir-rikonoxximent ta’ sentenza għandha tiġi rifjutata:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk dak ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-istrateġija pubblika (ordre public) tal-Istat Membru indirizzat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 46 tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Fuq it-talba tal-persuna li kontra tagħha qed tintalab l-eżekuzzjoni, l-eżekuzzjoni ta’ sentenza għandha tiġi rrifjutata meta jinstab li teżisti waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 45.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 52 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Taħt l-ebda ċirkostanzi, ma tista’ tiġi riveduta sentenza mogħtija fi Stat Membru fir-rigward tal-mertu tagħha fl-Istat Membru indirizzat.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-qorti tal-oriġini għandha, fuq talba ta’ kull parti interessata, toħroġ iċ-ċertifikat bl-użu tal-formula li tidher fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet ta’ ordni għall-ħlas tal-<DATE ISO="20190320">20 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-High Court ikkundannat lil J, persuna fiżika residenti fl-Awstrija, għall-ħlas lil H Limited, istituzzjoni bankarja, tas-somma prinċipali ta’ USD <FT TYPE="NUMBER">10392463</FT> dollari tal-Istati Uniti (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">9200000</FT>), flimkien mal-interessi u l-ispejjeż, skont żewġ sentenzi mogħtija fit‑3 ta’ Mejju u fl‑<DATE ISO="20130520">20 ta’ Mejju 2013</DATE> minn qrati Ġordaniżi (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>sentenzi Ġordaniżi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Barra minn hekk, il-High Court ħarġet iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>H Limited talbet l-eżekuzzjoni ta’ dan id-digriet ta’ ordni għall-ħlas fil-ġurisdizzjoni tal-Bezirksgericht Freistadt (il-Qorti Distrettwali ta’ Freistadt, l-Awstrija) abbażi tar-Regolament Nru 1215/2012, billi pproduċiet b’mod partikolari ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<DATE ISO="20190412">12 ta’ April 2019</DATE>, il-Bezirksgericht Freistadt (il-Qorti Distrettwali ta’ Freistadt) awtorizzat lil H Limited, abbażi tad-digriet tal-High Court tal-<DATE ISO="20190320">20 ta’ Marzu 2019</DATE> u b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, tipproċedi għall-eżekuzzjoni ta’ dan id-digriet tal-aħħar bil-għan li tirkupra kreditu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">9249</FT> 915.62 flimkien mal-interessi u l-ispejjeż. Din il-qorti rrilevat, b’mod partikolari, li l-proċedura quddiem il-High Court kienet issodisfat il-prinċipju ta’ kontradittorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-appell ippreżentat minn J kontra dan id-digriet tat‑<DATE ISO="20190412">12 ta’ April 2019</DATE> ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-Landesgericht Linz (il-Qorti Reġjonali ta’ Linz, l-Awstrija) tat‑<DATE ISO="20200622">22 ta’ Ġunju 2020</DATE>. Wara li rrilevat li d-digriet tal-High Court tal-<DATE ISO="20190320">20 ta’ Marzu 2019</DATE> kien jikkostitwixxi sentenza, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, il-qorti tal-appell enfasizzat li ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-regolament, prodott minn H Limited, ma kien iqajjem ebda dubju b’rabta ma’ waħda mir-raġunijiet għal rifjut ta’ rikonoxximent previsti fl-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>J ippreżenta appell ta’ <HT TYPE="ITALIC">Reviżjoni</HT> quddiem l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din il-qorti tal-aħħar għandha tendenza li tikkunsidra li l-prinċipju ta’ esklużjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> doppju japplika wkoll għas-sentenzi ta’ ordni mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru abbażi ta’ azzjoni li tfittex l-eżekuzzjoni ta’ sentenza barranija, peress li r-relazzjoni ġuridika li fuqha huwa bbażat id-dejn irrikonoxxut minn sentenza definittiva ma hijiex suġġetta għal stħarriġ fil-mertu. Is-sentenza inkwistjoni fil-kawża prinċipali għalhekk ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, stħarriġ ġudizzjarju tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni skont dan ir-regolament ma huwiex eskluż. Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tqis li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jivverifika l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012, b’mod li d-debitur jista’ jinvoka l-assenza tal-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-eżekuzzjoni, pereżempju minħabba li ma jkunx hemm sentenza fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, jew li l-imsemmi regolament ma jkunx applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, dik il-qorti tosserva li l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni ma hijiex daqstant evidenti li ma tagħti lok għal ebda dubju raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament Nru 1215/2012], b’mod partikolari l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 39 tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkun hemm deċiżjoni eżegwibbli anki meta, wara eżami sommarju fil-kuntest ta’ proċedura kontradittorja li madankollu jikkonċerna biss in-natura ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> sentenza mogħtija kontra l-parti indikata bħala debitur skont titolu eżekuttiv, din tal-aħħar tkun obbligata tħallas lill-parti li tirbaħ il-kawża mressqa fl-Istat terz id-dejn irrikonoxxut f’dan l-Istat terz permezz ta’ sentenza li tkun saret definittiva, f’sitwazzjoni fejn l-iskop tal-proċedura fl-Istat Membru jkun limitat għal eżami tal-eżistenza ta’ dritt mislut minn sentenza li tkun saret definittiva fil-konfront tal-parti li tkun qiegħda toġġezzjona għall-eżekuzzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:</TXT><?PAGE NO="6"?><P>Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012, b’mod partikolari l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(a), l-Artikolu 39, l-Artikolu 45, l-Artikolu 46 u l-Artikolu 52, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżekuzzjoni għandha tiġi miċħuda, irrispettivament mill-eżistenza ta’ waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 45 [ta’ dan ir-regolament], meta d-deċiżjoni li jkollha tiġi eżaminata ma tkunx deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 2(a), jew tal-Artikolu 39 [tal-istess regolament], jew meta l-pretensjoni li fuqha tkun ibbażata d-deċiżjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta[l-istess regolament]?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda u ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda:</TXT><P>Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012, b’mod partikolari l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(a), l-Artikolu 39, l-Artikolu 42(1)(b), l-Artikolu 46 u l-Artikolu 53, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-proċedura dwar it-talba sabiex tiġi miċħuda l-eżekuzzjoni, il-qorti tal-Istat Membru indirizzat għandha, anki fuq il-bażi tad-data kkomunikata mill-qorti tal-oriġini fiċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 53 [ta’ dan ir-regolament], tikkunsidra neċessarjament li hemm deċiżjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u li għandha tiġi eżegwita?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ordni għall-ħlas adottata minn qorti ta’ Stat Membru abbażi ta’ sentenzi definittivi mogħtija fi Stat terz tikkostitwixxi sentenza u tgawdi saħħa eżekuttiva fl-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, sa fejn, konformement mal-premessa 34 tar-Regolament Nru 1215/2012, dan tal-aħħar iħassar u jissostitwixxi r-Regolament Nru 44/2001, li min-naħa tiegħu ssostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti ġuridiċi msemmija l-aħħar tgħodd ukoll għar-Regolament Nru 1215/2012 sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220310">10 ta’ Marzu 2022</DATE>, <NAME.CASE>BMA Nederland,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑498/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:173">EU:C:2022:173</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, dan huwa l-każ fir-rigward tal-Artikolu 25 u tal-punt 1 tal-Artikolu 27 ta’ din il-konvenzjoni kif ukoll tal-Artikolu 32 u tal-punt 1 tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 44/2001, minn naħa, u tal-Artikolu 2(a) kif ukoll tal-Artikolu 45(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat fir-rigward tal-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 44/2001, li hija d-dispożizzjoni ekwivalenti għall-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jkopri kull deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru, mingħajr ebda distinzjoni skont il-kontenut tad-deċiżjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Gothaer Allgemeine Versicherung <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑456/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:719">EU:C:2012:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dan il-kunċett jinkludi wkoll ordni għall-ħlas adottata minn qorti ta’ Stat Membru abbażi ta’ sentenzi definittivi mogħtija fi Stat terz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa biżżejjed, sabiex sentenzi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, li dawn ikunu deċiżjonijiet ġudizzjarji li, qabel ma jkunu ntalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħhom fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ oriġini, kienu, jew setgħu jkunu, f’dan l-Istat Membru tal-oriġini, is-suġġett, taħt diversi modalitajiet, ta’ istruttorja kontradittorja (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gambazzi,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑394/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:219">EU:C:2009:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni wiesgħa u awtonoma hija kkorroborata mis-sistema stabbilita bir-Regolament Nru 1215/2012 u kif ukoll mill-għanijiet imfittxija minnu (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Gothaer Allgemeine Versicherung <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑456/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:719">EU:C:2012:719</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 1215/2012, il-premessa 6 tiegħu tesponi l-għan tal-moviment liberu tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali. Barra minn hekk, mill-premessi 4 u 26 tiegħu jirriżulta li dan huwa intiż sabiex jissimplifika l-formalitajiet fid-dawl tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni rapida u sempliċi tas-sentenzi mogħtija fi Stati Membri marbuta b’dan ir-regolament. Issa, kif irrilevat il-Kummissjoni Ewropea, interpretazzjoni differenti tal-Artikolu 2(a) tal-imsemmi regolament tkun teħtieġ li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jiġi marbut mal-kontenut tagħha, possibbiltà li tmur kontra dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tas-sistema stabbilita bir-Regolament Nru 1215/2012, il-premessa 26 ta’ dan tal-aħħar tenfasizza l-importanza tal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn il-qrati tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, u dan jippreżupponi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ma għandux jiġi interpretat b’mod restrittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, din il-fiduċja reċiproka tiġi ppreġudikata jekk qorti ta’ Stat Membru tkun tista’ tiċħad in-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ta’ ordni għall-ħlas li qorti ta’ Stat Membru ieħor tkun adottat abbażi ta’ sentenzi definittivi mogħtija fi Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, interpretazzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, ikollha l-konsegwenza li toħloq kategorija ta’ atti adottati minn qrati li, sa fejn ma humiex inklużi fin-numru ta’ eċċezzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 45 ta’ dan ir-regolament, ma jkunux jistgħu jaqgħu taħt dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u li l-qrati tal-Istati Membri l-oħra ma jkunux għalhekk obbligati jeżegwixxu. L-eżistenza ta’ tali kategorija ta’ atti hija inkompatibbli mas-sistema stabbilita fl-Artikoli 39, 45 u 46 tal-imsemmi regolament, li tipprevedi l-eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tas-sentenzi u teskludi l-istħarriġ tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tal-oriġini minn dawk tal-Istat Membru indirizzat (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Gothaer Allgemeine Versicherung <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑456/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:719">EU:C:2012:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-digriet tal-High Court inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien suġġett tal-inqas għal istruttorja kontradittorja sommarja fl-Istat Membru tal-oriġini, b’mod li jikkostitwixxi sentenza, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 1215/2012. Konsegwentement, sa fejn dan ġie ddikjarat eżekuttiv f’dan l-Istat Membru, huwa jgawdi, skont l-Artikolu 39 ta’ dan ir-regolament, minn saħħa eżekuttiva fl-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata mill-fatt li, fil-mertu, l-imsemmi digriet ġie adottat b’eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija fi Stat terz li, bħala tali, ma humiex eżekuttivi fl-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, minħabba l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 għall-kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni, ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri u fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw dawn il-kwistjonijiet għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati tal-Istati terzi, dawn l-istess Stati Membri jibqgħu, bħala prinċipju, liberi li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jippermettu lill-qrati nazzjonali jieħdu konjizzjoni tal-kawżi mressqa quddiemhom. Minn dan isegwi li ċerti tipi ta’ proċeduri u ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji li jeżistu fi Stat Membru ma għandhomx neċessarjament dawk ekwivalenti għalihom fl-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kwistjoni dwar liema effetti jista’ jkollhom, fl-Istati Membri, sentenzi mogħtija minn qrati ta’ Stati terzi, l-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha l-konsegwenza li l-qrati ta’ Stat Membru jistgħu leġittimament jagħtu, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, deċiżjonijiet eżekuttivi abbażi ta’ dawn is-sentenzi, minkejja li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-istess sentenzi fi Stati Membri oħra jibqa’ suġġett għar-rekwiżit tal-<HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li l-qorti tar-rinviju għandha t-tendenza li tqis, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940120">20 ta’ Jannar 1994</DATE>, <NAME.CASE>Owens Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑129/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:13">EU:C:1994:13</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li minnha jista’ jiġi dedott, b’analoġija, li l-Artikoli 29 sa 31 tar-Regolament Nru 1215/2012 ma japplikawx għall-proċeduri intiżi sabiex sentenzi mogħtija f’materji ċivili u kummerċjali fi Stat terz jiġu ddikjarati eżekuttivi, ma timplikax li deċiżjoni adottata abbażi ta’ sentenza mogħtija fi Stat terz, konformement mar-regoli ta’ ġurisdizzjoni u ta’ proċedura ta’ Stat Membru, ma tistax taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, u bħal dak li japplika għal kull deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali oħra, il-klassifikazzjoni ta’ att, bħad-digriet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħala sentenza, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, bl-ebda mod ma tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk il-proċedura li fi tmiemha ġie adottat taqax hija stess fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, peress li dan ma għandux l-għan li jrendi komuni r-regoli proċedurali tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Toplofikatsia Sofia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/20 u C‑256/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:719">EU:C:2021:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940120">20 ta’ Jannar 1994</DATE>, <NAME.CASE>Owens Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑129/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:13">EU:C:1994:13</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għamlet distinzjoni ċara bejn l-inapplikabbiltà tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 għall-proċeduri intiżi għar-rikonoxximent jew għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija f’materji ċivili u kummerċjali fi Stat terz u l-applikabbiltà ta’ din il-konvenzjoni għal kull sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat kontraenti, irrispettivament mill-isem tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 u ebda wieħed mill-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament ma jostakola l-fatt li digriet ta’ ordni għall-ħlas adottat minn qorti ta’ Stat Membru abbażi ta’ sentenzi definittivi mogħtija fi Stat terz ikun jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, mis-sistema stabbilita fl-Artikoli 39, 45 u 46 tar-Regolament Nru 1215/2012 jirriżulta li l-fatt li għal tali digriet tiġi rrikonoxxuta n-natura ta’ sentenza, fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, ma jċaħħadx lill-konvenut fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni mid-dritt li jopponi l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza billi jinvoka waħda mir-raġunijiet ta’ rifjut konformement mal-imsemmi Artikolu 45.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’mod partikolari, konformement mal-Artikolu 45(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, moqri flimkien mal-Artikolu 46 tiegħu, fuq talba ta’ kull parti interessata, ir-rikonoxximent ta’ sentenza jiġi rrifjutat jekk dan ir-rikonoxximent ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru indirizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, għalkemm l-Istati Membri jibqgħu, bħala prinċipju, liberi li jiddeterminaw, konformement mal-kunċetti nazzjonali tagħhom, ir-rekwiżiti tal-ordni pubbliku tagħhom, il-limiti ta’ dan il-kunċett jaqgħu taħt l-interpretazzjoni tal-imsemmi regolament. Għaldaqstant, filwaqt li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddefinixxi l-kontenut tal-ordni pubbliku ta’ Stat Membru, madankollu hija għandha tistħarreġ il-limiti li fil-kuntest tagħhom il-qorti ta’ Stat Membru tista’ tagħmel użu minn dan il-kunċett sabiex ma tirrikonoxxix sentenza mogħtija minn Stat Membru ieħor (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000328">28 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>Krombach,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑7/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:164">EU:C:2000:164</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Diageo Brands,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑681/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:471">EU:C:2015:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, billi jipprojbixxi l-istħarriġ tal-mertu tas-sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor, l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprojbixxi lill-qorti tal-Istat Membru indirizzat milli tirrifjuta li tirrikonoxxi din is-sentenza unikament minħabba li tkun teżisti differenza bejn ir-regola tad-dritt applikata mill-qorti tal-Istat tal-oriġini u dik li kienet tapplika l-qorti tal-Istat indirizzat li kieku kienet adita bil-kawża. Bl-istess mod, il-qorti tal-Istat indirizzat ma tistax tistħarreġ l-eżattezza tal-evalwazzjonijiet ta’ liġi u ta’ fatt li jkunu saru mill-qorti tal-Istat tal-oriġini (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000328">28 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>Krombach,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑7/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:164">EU:C:2000:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Diageo Brands,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑681/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:471">EU:C:2015:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’hekk, sabiex tiġi osservata l-projbizzjoni tar-reviżjoni fil-mertu tas-sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor, l-użu tal-klawżola ta’ ordni pubbliku, li tinsab fl-Artikolu 45(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, huwa mistenni biss fil-każ fejn ir-rikonoxximent tas-sentenza mogħtija f’dan l-Istat Membru jikkostitwixxi ksur manifest ta’ regola tad-dritt meqjusa essenzjali fl-ordinament ġuridiku tal-Istat indirizzat jew ta’ dritt irrikonoxxut bħala fundamentali f’dan l-ordinament ġuridiku (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000328">28 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>Krombach,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑7/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:164">EU:C:2000:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Diageo Brands,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑681/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:471">EU:C:2015:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Tali ksur jista’ b’mod partikolari jinsab fil-fatt li l-konvenut fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ma kienx f’pożizzjoni li jiddefendi ruħu b’mod effettiv quddiem il-qorti tal-oriġini u li jikkontesta, fl-Istat Membru tal-oriġini, is-sentenza li tagħha qiegħda tintalab l-eżekuzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gambazzi,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑394/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:219">EU:C:2009:219</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>B’hekk, f’dan il-każ, fil-każ li J jirnexxilu jistabbilixxi, quddiem il-qorti adita fl-Istat Membru indirizzat, li kien impossibbli għalih, fl-Istat Membru tal-oriġini, li jikkontesta fil-mertu l-pretensjonijiet li taw lok għas-sentenzi Ġordaniżi li huma s-suġġett tad-digriet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dik il-qorti tista’ tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ dan id-digriet minħabba l-inkompatibbiltà manifesta tiegħu mal-ordni pubbliku nazzjonali. Hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu premess, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li digriet ta’ ordni għall-ħlas adottat minn qorti ta’ Stat Membru abbażi ta’ sentenzi definittivi mogħtija fi Stat terz jikkostitwixxi sentenza u jgawdi minn saħħa eżekuttiva fl-Istati Membri l-oħra jekk dan ikun<?PAGE NO="10"?> ingħata fi tmiem proċedura kontradittorja fl-Istat Membru tal-oriġini u jkun ġie iddikjarat eżekuttiv fih, b’dan li madankollu n-natura ta’ sentenza ma ċċaħħadx lill-konvenut fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni mid-dritt li jitlob, skont l-Artikolu 46 ta’ dan ir-regolament, ir-rifjut ta’ eżekuzzjoni għal waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 45 tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni u t‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandhom jiġu interpretati fis-sens li digriet ta’ ordni għall-ħlas adottat minn qorti ta’ Stat Membru abbażi ta’ sentenzi definittivi mogħtija fi Stat terz jikkostitwixxi sentenza u jgawdi minn saħħa eżekuttiva fl-Istati Membri l-oħra jekk dan ikun ingħata fi tmiem proċedura kontradittorja fl-Istat Membru tal-oriġini u jkun ġie iddikjarat eżekuttiv fih, b’dan li madankollu n-natura ta’ sentenza ma ċċaħħadx lill-konvenut fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni mid-dritt li jitlob, skont l-Artikolu 46 ta’ dan ir-regolament, ir-rifjut ta’ eżekuzzjoni għal waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 45 tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>