|
2.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 57/2012
tat-30 ta’ Marzu 2012
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tat-10 ta’ Frar 2012 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) għandha tiġi integrata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 37df (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
|
“37dg. |
32011 D 0275: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53).”. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2011/275/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.
(2) ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.