|
25.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/45 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 83/15/COL
tat-18 ta' Marzu 2015
dwar il-konsistenza ta' ċerti miri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza [2016/1418]
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi f'punt 66t tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (“ir-Regolament Qafas”) (1), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu, u
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament Qafas, ir-Renju tan-Norveġja (“in-Norveġja”) għandu jadotta il-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (“FAB”), inklużi l-miri nazzjonali vinkolanti jew il-miri fil-livell tal-FABs, filwaqt li jiżguraw konsistenza mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Dak ir-Regolament jistipula wkoll li l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) għanda tevalwa l-konsistenza ta dawk il-miri abbażi tal-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 11(6) tiegħu, u li l-Awtorità tista' tiddeċiedi li toħroġ rakkomandazzjonijiet f'każ li tidentifika li dawk il-kriterji ma ntlaħqux. Regoli dettaljati f'dan ir-rigward ġew stabbiliti f'punt 66xf tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (2)) (“ir-Regolament tal-Prestazzjoni”) kif addatat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu. |
|
(2) |
Il-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019) ġew adottati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (3) u inkorporati taħt punt 66xe tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
In-Norveġja ssottomettiet il-pjanijiet ta' prestazzjoni fil-livell tal-FAB lill-Awtorità, flimkien ma' Stati oħra li jagħmlu parti mill-Blokk tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali tal-Ewropa tat-Tramuntana (“NEFAB”), permezz ta' ittra datata s-17 ta' Lulju 2014 (Id-Dokument Nru 716241). Sussegwentement, il-pjan ġie mmodifikat b'rettifika, l-aktar waħda reċenti datata l-14 ta' Novembru 2014. Għall-valutazzjoni tagħha, l-Awtorità bbażat ruħha fuq l-aktar informazzjoni reċenti ppreżentata. |
|
(4) |
Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, li assista lill-Awtorità fil-vaultazzjoni tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Prestazzjoni, ippreżenta l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Awtorità fis-7 ta' Ottubru 2014 u verżjoni aġġornata ta' dak ir-rapport fil-15 ta' Diċembru 2014. L-Awtorità rċeviet ukoll mingħand il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, rapporti bbażati fuq informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali dwar il-monitoraġġ tal-pjanijiet u tal-miri ta' prestazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Prestazzjoni. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tas-sikurezza, ġiet ivvalutata l-konsistenza tal-miri ppreżentati min-Norveġja fir-rigward tal-Istati NEFAB dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità fuq il-bażi tal-metodoloġija tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju (“RAT”), skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV tar-Regolament tal-Prestazzjoni. Din il-valutazzjoni wriet li l-miri ppreżentati min-Norveġja, fir-rigward ta' NEFAB, huma konsistenti mal-mira ta' prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha. |
|
(6) |
Dwar il-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità dwar l-ambjent, ġiet vvalutata il-konsistenza tal-miri mibgħuta min-Norveġja, fir-rigward tal-Istati NEFAB skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness IV tar-Regolament tal-Prestazzjoni. Il-valutazzjoni tuża l-valuri ta' referenza għall-kapaċità tal-FABs rispettivi tagħhom għall-effiċjenza ta' titjira en route orizzontali tat-trajettorja effettiva li, meta jiġu applikati, jiżguraw li fil-livell tal-Unjoni tintlaħaq il-mira ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ikkalkulata mill-Maniġer tan-Netwerk u stabbilita fil-Pjan Operattiv tan-Netwerk (2014-2018/2019) fl-aktar verżjoni reċenti tiegħu ta' Ġunju 2014 (“Pjan Operattiv tan-Netwerk”).. Dik il-valutazzjoni wriet li l-miri ppreżentati min-Norveġja, fir-rigward tan-NEFAB, huma konsistenti mal-mira ta' prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni Ewropea kollha. |
|
(7) |
Dwar il-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, ġiet ivvalutata l-konsistenza tal-miri mibgħuta min-Norveġja, fir-rigward tal-Istati NEFAB, għad-dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (“ATFM”) en route, skont il-prinċipju stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV tar-Regolament tal-Iskema ta' Prestazzjoni bl-użu tal-valuri ta' referenza għall-kapaċità tal-FABs rispettivi tagħhom, li meta jiġu applikati, jiżguraw li fil-livell tal-Unjoni tintlaħaq il-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ikkalkulati mill-Maniġer tan-Netwerk u kif stabbilit flil-Pjan Operattiv tan-Netwerk. Dik il-valutazzjoni uriet li l-miri ppreżentati min-Norveġja, fir-rigward tan-NEFAB, huma konsistenti mal-mira ta' prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni Ewropea kollha. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza, ġew ivvalutati l-miri espressi fi spejjeż iddeterminati għal kull unità en route mibgħuta min-Norveġja fir-rigward tal-Istati tan-NEFAB, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punt 5, flimkien mal-punt 1, tal-Anness IV tar-Regolament tal-Prestazzjoni billi tqieset ix-xejra tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza u l-perjodu kkombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza (2012-2019), in-numru ta' unitajiet ta' servizz (il-previżjoni tat-traffiku) u l-livell ta' spejjeż iddeterminati għal kull unità en route b'paragun mal-Istati li jkollhom ambjent operattiv u ekonomiku simili. Dik il-valutazzjoni wriet li l-miri ppreżentati min-Norveġja, fir-rigward tan-NEFAB, huma konsistenti mal-mira ta' prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni Ewropea kollha. |
|
(9) |
Għalhekk, l-Awtorità tqis li l-miri inklużi fil-pjanijiet ta' prestazzjoni mfassla min-Norveġja, b'rabta man-NEFAB, huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea fl-erba' oqsma ta' prestazzjoni ewlenin. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miri inklużi fil-pjanijiet ta' prestazzjoni ppreżentati min-Norveġja fir-rigward tan-NEFAB skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, elenkati fl-Anness, huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza, stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/132/UE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2015.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Oda Helen SLETNES
Il-President
Helga JÓNSDÓTTIR
Membru tal-Kulleġġ
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).
ANNESS
Il-miri tal-prestazzjoni fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tas-sikurezza, l-ambjent, tal-kapaċità u l-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew fil-pjanijiet tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mibgħuta skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li nstabu li mhumiex konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza
QASAM TA' PRESTAZZJONI EWLIENI TAS-SIKUREZZA
L-effettività tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (EOSM) u l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità bbażata fuq il-metodoloġija tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju (RAT)
|
Stat tal-EFTA |
FAB |
EOSM |
Livell tal-ISTAT tal-Art tar-RAT % |
Livell ANSP Ġenerali tar-RAT % |
||||||||||||
|
|
|
Livell ta' Stat |
Livell ANSP |
2017 |
2019 |
2017 |
2019 |
|||||||||
|
|
|
|
SC |
MO oħrajn |
SMI |
RI |
ATMS |
SMI |
RI's |
ATMS |
SMI |
RI's |
ATMS |
SMI |
RI's |
ATMS |
|
In-Norveġja |
NEFAB |
C |
C |
D |
90 |
90 |
80 |
100 |
100 |
100 |
95 |
95 |
85 |
100 |
100 |
100 |
|
[Il-Finlandja] |
||||||||||||||||
|
[Il-Latvja] |
||||||||||||||||
|
[L-Estonja] |
||||||||||||||||
QASAM TA' PRESTAZZJONI EWLIENI TAL-AMBJENT
L-effiċjenza ta' titjira orizzontali en route tat-trajettorja effettiva
|
Stat tal-EFTA |
FAB |
MIRA tal-FAB tal-AMBJENT |
|
2019 |
||
|
In-Norveġja |
NEFAB |
1,22 % |
|
[Il-Finlandja] |
||
|
[Il-Latvja] |
||
|
[L-Estonja] |
QASAM TA' PRESTAZZJONI EWLIENI TA' KAPAĊITÀ
Dewmien fil-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (AFTM) en route f'min/titjira
|
Stat tal-EFTA |
FAB |
MIRA tal-FAB tal-kapaċità En-Route |
||||
|
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
|
In-Norveġja |
NEFAB |
0,12 |
0,12 |
0,13 |
0,13 |
0,13 |
|
[Il-Finlandja] |
||||||
|
[Il-Latvja] |
||||||
|
[L-Estonja] |
||||||
|
|
||||||
QASAM EWLIENI TA' PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA
Spjega:
|
Tifsira |
Partita |
Unitajiet |
|
(A) |
Total ta' Spejjeż Iddeterminati En route |
(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali) |
|
(B) |
Rata tal-inflazzjoni |
(%) |
|
(C) |
Indiċi tal-inflazzjoni |
(100 = 2009) |
|
(D) |
Total ta' Spejjeż Iddeterminati En route |
(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali) |
|
(E) |
Total ta' Unitajiet tas-Servizzi En-route |
(TSUs) |
|
(F) |
Spiża Iddeterminata għal Kull Unità En-route (DUC) |
(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali) |
NEFAB
Żona tal-Imposti: In-Norveġja — Munita: NOK
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
|
(A) |
1 006 927 248 |
1 032 667 449 |
1 051 204 724 |
1 064 624 439 |
1 073 048 403 |
|
(B) |
1,6 % |
1,7 % |
2,1 % |
2,5 % |
2,5 % |
|
(C) |
109,5 |
111,4 |
113,7 |
116,6 |
119,5 |
|
(D) |
919 164 836 |
926 904 186 |
924 136 061 |
913 105 964 |
897 883 922 |
|
(E) |
2 287 878 |
2 367 954 |
2 438 992 |
2 499 967 |
2 549 966 |
|
(F) |
401,75 |
391,44 |
378,90 |
365,25 |
352,12 |