Official Journal L 175 , 14/07/2000 P. 0055 - 0058
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1526/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 li jemenda l-Anness II mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti mill-ħalib IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/99 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1040/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 31 (14) tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbiixxi l-arranġamenti kummerċjali li japplikaw għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar tal-prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru No 2491/98 [4], jipprovdi illi ma’ l-esportazzjoni ta’ l-oġġetti, il-prodotti agrikoli li jkunu ġew użati jistgħu jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet stabbiliti skond ir-regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-setturi involuti. (2) L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għar-rifużjonijiet fuq ċerti prodotti koperti bir-Regolament jekk dawn jiġu esportati fil-għamla ta’ l-oġġetti elenkati fl-Anness II ta’ miegħu. (3) Bil-ħsieb ta’ l-impenji tal-Komunità skond il-Ftehim ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) dwar il-Biedja [5] u kemm ikunu disponibbli l-estimi finanzjarji, u bil-ħsieb ta’ l-iżviluppi mistennija fil-prezzijiet tal-biedja fil-Komunità u fis-suq dinji u fl-esportazzjonijiet tal-prodotti agrikoli fil-għamla ta’ l-oġġetti mhux elenkati fl-Anness I mat-Trattat, għandha tiġi ristretta l-possibbiltà li jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli fil-għamla ta’ l-oġġetti li fihom jistgħu jiġu inkorporati. (4) B’riżultat ta’ dan, il-lista ta’ l-oġġetti fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha tiġi emendata. (5) Il-Kumitat Maniġerjali tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness II mar-Regolament (KEC) Nru 1255/1999 jiġi mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Ma għandux japplika għaċ-ċertifikati tar-rifużjonijiet maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Lulju 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 118, tad-19.5.2000, p. 1. [3] ĠU L 318, tal-20.12.1993, p. 18. [4] ĠU L 309, tad-19.11.1998, p. 28. [5] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 22. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS II Il-Kodiċi tan-NM | Id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti | ex0405 | Il-butir u l-grassijiet u ż-żjut l-oħra dderivati mill-ħalib; il-firxiet ta' l-irziezet tal-ħalib; | 040520 | – Il-firxiet ta' l-irziezet tal-ħalib | 04052010 | – – ta' kontenut ta' grass, skond il-piż, ta' 39 % jew iktar imma inqas minn 60 % | 04052030 | – – – B'kontenut ta' xaħam, skond il-piż, ta' 39 % jew iż jed imma mhux aktar minn 75 % | ex1517 | Il-Marġerina; taħlitiet li jittieklu jew tħejjijiet tax-xaħmijiet ta' l-annimali jew tal-ħxejjex ta' l-ikel jew iż-żjut jew frazzjonijiet tax-xaħmijiet jew iż-żjut differenti f'dan il-kapitolu, għajr ix-xaħmijiet jew iż-żjut li jittieklu jew il-frazzjonijiet tagħhom fil-kodiċi tan-NM bin-numru 1516 | 151710 | – Il-Marġerina, bl-esklużjoni tal-marġerina likwida: | 15171010 | – – li jkun fiha iktar minn 10 % imma mhux iktar minn 15 % fil-piż ta' grassijiet tal-ħalib | 151790 | – Oħrajn: | 15179010 | – – li jkun fiha iktar minn 10 % imma mhux iktar minn 15 % fil-piż ta' grassijiet tal-ħalib | ex1704 | Il-Ħelu taz-zokkor (li jinkludi ċ-ċikkulata bajda), li ma jkunx fih kawkaw/kokotina: | ex170490 | – Oħrajn, bl-esklużjoni ta' l-estratt tal-likorizja li jkun fih iktar minn 10 % skond il-piż ta' sukrosi imma ma jkunx fih sustanzi oħra miżjuda | ex1806 | Iċ-Ċikkulata u tħejjijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw/kokotina, bl-esklużjoni tat-trab tal-kawkaw/kokotina mogħti l-ħlewwa biż-żieda biss tas-sukrosi tal-kodiċi tan-NM bin-numru 180610 | ex1901 | L-estratt tal-maltu (malt); it-tħejjijiet ta l-ikel tad-dqiq, tal-qamħ mitħun oħxon, tal-lamtu jew ta' l-estratt tal-maltu, li ma jkunx fihom kawkaw/kokotina jew li jkun fihom inqas minn 40 % skond il-piż ta' kawkaw/kokotina kkalkolati fuq bażi mneħħi għal kollox mix-xaħmijiet, speċifikati jew inklużi; it-tħejjijiet ta' l-ikel ta' l-oġġetti fil-kodiċi tan-NM bin-numri 0401 sa 0404, li ma jkunx fihom il-kawkaw/kokotina jew ikun fihom inqas minn 5 % skond il-piż ta' kawkaw/kokotina kkalkolati fuq bażi mneħħi għall-kollox mix-xaħmijiet, speċifikati imkien ieħor: | 19011000 | – It-tħejjijiet għall-użu tat-trabi, maħruġa għall-bejgh bl-imnut | 19012000 | – It-taħlitiet u l-għaġniet għat-tħejjija ta' l-oġġetti tal-bejgħ tal-furnana ta' l-intestatura Nru 1905 tal-kodiċi tan-NM | 190190 | – oħrajn: | | – – oħrajn: | 19019099 | – – – oħrajn | ex1902 | L-għaġejjen, sewwa jekk misjura jew mimlija u sewwa jekk le (bil-laħam jew sustanzi oħra) jew imħejjija xorta oħra bħalma huma l-ispagetti, l-imqarrun, it-taljarini, il-lasanja, in-njokki, ir-ravjul, il-kanelloni; il-kuskus, sewwa jekk imħejji u sewwa jekk le: | | – Il-għaġejjen mhux imsajra, mhux mimlija, jew mhux imħejjija xorta oħra: | 190219 | – – oħrajn | 190220 | – Il-għaġejjen mimlija sewwa jekk imsajra u sewwa jekk le jew imħejjija xorta oħra: | | – – oħrajn: | 19022091 | – – – Imsajra | 19022099 | – – – oħrajn | 190230 | – għaġejjen oħra | 190240 | – Il-Kuskus: | 19024090 | – – Oħrajn | 1904 | Ikel imħejji miksub bl-infiħ jew bix-xiwi taċ-ċereali jew tal-prodotti miċ-ċereali (per eżempju, il-cornflakes; iċ-ċereali (għajr il-qamħ ir-rum) fil-għamla ta' qamħ jew fil-għamla ta' taqxir, jew qamħ ieħor maħdum (għajr għad-dqiq u l-qamħ mitħun oħxon), imsajjar minn qabel jew imħejji xorta oħra, mhu speċifikat jew inkluż imkien ieħor | 1905 | Il-ħobż, il-pastiċċerija, il-kejkijiet, il-biskotti/gallettini u oġġetti oħra għall-bejgħ mill-furnara, sewwa jekk ikun fihom il-kawkaw/kokotina u sewwa jekk le; l-ostji tat-tqarbin, il-kaxex vojta tal-kwalità tajba għall-użu farmaċewtiku, l-ostji tas-siġill, il-karta tar-ross u prodotti simili. | 19051000 | Ħobż iqarmeċ | 190520 | – Il-Ħobż tal-ġinġer u bħal dan | 190530 | – Biskotti/gallettini ħelwin; waffles u wafers | 190540 | – Il-qriemeċ, il-ħobż mixwi u prodotti simili mixwija | 190590 | – Oħrajn: | | – – Oħrajn: | 19059040 | – – – Il-waffles u l-ostji b'kontenut ta' l-ilma li jaqbeż il-10 % fil-piż | 19059045 | – – – Il-biskotti/gallettini | 19059055 | – – – Il-Prodotti magħfusa 'l barra jew minfuħa, l-ikel ta' l-aptit jew immellaħ | 19059060 | – – – – biż-żieda ta' materjal tal-ħlewwa | 19059090 | – – – – oħrajn | ex2004 | Ħxejjex oħra ta' l-ikel imħejjija jew ippriservati xorta oħra għajr bil-ħall jew l-aċidu aċetiku, iffriżati, għajr il- prodotti ta' l-intestatura bin-Nru 2006: | 200410 | – Il-Patata: | | – – Oħrajn: | 20041091 | – – – fil-għamla ta' dqiq, qamħ mitħun oħxon, jew taqxir | ex2005 | Ħxejjex oħra ta' l-ikel imħejjija jew ippriservati xorta oħra għajr bil-ħall jew bl--aċidu aċetiku, mhux iffriżati, għajr il-prodotti ta' l-intestatura bin-Nru 2006: | 200520 | – Il-Patata | 20052010 | – – Fil-għamla ta' dqiq, qamħ mitħun oħxon, jew taqxir | 210500 | Il-ġelati u silġ ieħor li jittiekel, sewwa jekk ikun fihom ik-kawkaw/kokotina u sewwaa jekk le | ex2106 | It-tħejjijiet ta' l-ikel li ma huma speċifikati jew inklużi mkien ieħor | 210690 | – Oħrajn: | 21069010 | – – Il-fondues tal-ġobon | | – – Oħrajn: | 21069092 | – – – Li ma jkun fihom ebda grass tal-ħalib, isoglukosi, glukosi jew lamtu jew li jkunn fihom, skond il-piż, inqas minn 1,5 % grass tal-ħalib jew isoglukosi, 5 % glukosi jew lamtu | 21069098 | – – – Oħrajn | ex2202 | Tipi ta' ilma, inkluż l-ilma minerali u l-ilma bil-gass, li jkun fihom iz-zokkor jew materji oħra tal-ħlewwa jew tat-togħma miżjudau xorb ieħor mhux alkoliku, li ma jinkludix il-meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta' l-ikel tal-Kodiċi tan-NK bin-Nru 2009 | 220290 | – oħrajn | | – – oħrajn, li jikkontjenu skond il-piż ta' xaħam ottenut mill-prodotti ta' kodiċijiet tan-NM 0401 sa 0404: | 22029091 | – – – Inqas minn 0,2 %, | 22029095 | – – – 0,2 % jew iktar imma inqas minn 2 % | 22029099 | – – – 2 % jew fuqhom | ex2208 | L-alkol mhux żnaturat ta' l-etil ta' qawwa alkolika skond il-volum ta' inqas minn 80 % vol.; l-ispirti, il-likuri u xorb ieħor spirituż: | 220870 | – Il-likuri u l-kordjali, | 220890 | – Oħrajn: | | – – spirti oħra u xorb ieħor spirituż, f'kontenituri li jesgħu: | | – – – 2 litri jew inqas: | | – – – – oħrajn: | 22089069 | – – – – – xorb ieħor spirituż | | – – – Iktar minn żewġ litri: | 22089078 | – – – – xorb ieħor spirituż | ex3302 | Taħlitiet ta' sustanzi li jagħtu r-riħa u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoliċi) b'bażi ta' din is-sustanza jew iktar, tal-kwalità wżati bħala materja prima fl-industrija; tħejjijiet oħra imsejsa fuq sustanzi li jagħtu r-riħa, tal-kwalità wżati għall-fabbrikazzjoni tax-xorb: | 330210 | – ta' kwalità li tintuża fl-industriji ta' l-ikel jew tax-xorb: | | – – ta' kwalità li tintuża fl-industriji tax-xorb: | 33021029 | – – – – – oħrajn | 3501 | Il-kaseini, il-kaseinati u d-derivati oħra mill-kaseina; il-kolla tal-kaseina | ex3502 | L-albumini, l-albuminati u d-derivati l-oħra mill-albumina: | 350220 | – L-albumina tal-ħalib, inklużi l-konċentrati ta' żewġ proteini jew iktar tax-xorrox: | | – – Oħrajn: | 35022091 | – – – imnixxfa (per eżempju f'folji, skalmi, taqxir, trab) | 35022099 | – – – oħrajn | --------------------------------------------------