02003O0005 — MT — 15.12.2020 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
►B
|
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta' l-20 ta' Marzu, 2003
dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus ewro irregolariu dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus ewro
(ECB/2003/5)
(2003/206/KE)
(ĠU L 078 25.3.2003, p. 20)
|
Emendat bi:
▼B
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta' l-20 ta' Marzu, 2003
dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus ewro irregolariu dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus ewro
(ECB/2003/5)
(2003/206/KE)
▼M2
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din il-Linja Gwida:
1.
“riproduzzjoni irregolari” tfisser kwalunkwe riproduzzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew (
1
) li:
(a)
ma tikkonformax mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10 u ma hijiex eżentata mill-BĊE jew mill-BĊN rilevanti skont l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10; jew
(b)
tikser id-drittijiet tal-awtur tal-BĊE fuq il-karti tal-flus tal-euro billi pereżempju taffettwa b’mod negattiv il-prestiġju tal-karti tal-flus tal-euro;
2.
“attività irregolari” tfisser il-produzzjoni, il-pussess, it-trasport, it-tixrid, il-bejgħ, il-promozzjoni, l-importazzjoni fl-Unjoni u l-użu jew it-tentattiv ta’ użu ta’ riproduzzjonijiet irregolari.
▼B
Artikolu 2
▼M2
L-infurzar ta’ miżuri kontra attivitajiet irregolari
1.
Meta BĊN jsir jaf b’attività irregolari mibdija fit-territorju nazzjonali tiegħu, huwa għandu, permezz ta’ komunikazzjoni standardizzata ipprovduta mill-BĊE, jordna lill-produttur tar-riproduzzjoni irregolari biex jieqaf iwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet rilevanti irregolari, u meta jitqies f’loku għandu jordna lill-parti fil-pussess tar-riproduzzjoni irregolari biex tgħaddilu din ir-riproduzzjoni.
▼M2
1a.
Meta BĊN jsir jaf bl-involviment, kemm jekk dirett jew indirett, f’attività irregolari, inkluż fil-forma elettronika fuq siti web bid-dominji url nazzjonali rilevanti, b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, jew bi kwalunkwe mezz ieħor li jagħti aċċess lill-membri tal-pubbliku għar-riproduzzjoni irregolari minn post jew f’ħin li huma jagħżlu individwalment, huwa għandu jinnotifika lill-BĊE mingħajr dewmien. Il-BĊN għandu wkoll, permezz ta’ mudell standardizzat ipprovdut mill-BĊE, jordna lill-produttur tar-riproduzzjoni irregolari biex iwaqqaf l-attività irregolari. Il-BĊE għandu mbagħad jieħu l-passi kollha possibbli sabiex ineħħi r-riproduzzjoni irregolari mis-sit elettroniku.
1b.
Il-BĊE jista’ wkoll jordna lill-produttur tar-riproduzzjoni irregolari biex jieqaf iwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet irregolari rilevanti fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ diversi Stati Membri u barra mill-Unjoni. Fejn jitqies xieraq, il-BĊE għandu jordna lill-parti fil-pussess tar-riproduzzjoni irregolari biex tgħaddilu r-riproduzzjoni irregolari.
1c.
Qabel ma jieħu xi waħda mill-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, BĊN għandu jinforma lill-BĊE u l-BĊE għandu jikkoordina l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex il-BĊN jew il-BĊE, kif applikabbli, ikun qed jaġixxi fil-kompetenza meħtieġa tiegħu meta jieħu kwalunkwe miżura.
▼B
2.
Meta l-produttur tar-riproduzzjoni irregolari ma jirrispettax xi ordni maħruġa skond il-paragrafu 1, il-NCB relevanti għandu jinforma lill-ECB mingħajr dewmien.
▼M2
3.
Għandha tittieħed deċiżjoni sussegwenti mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jew mill-BĊN rilevanti, sabiex jingħata bidu għal proċedura ta’ ksur abbażi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 (
2
) li tista’ twassal biex jiġu imposti sanzjonijiet skont dak ir-Regolament. Qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni, il-BĊE u l-BĊN rilevanti għandhom jikkonsultaw lil xulxin, u l-BĊN għandu jgħarraf lill-BĊE dwar jekk ingħatax bidu, jew jekk jistax jingħata bidu, għal proċedura ta’ ksur separata skont il-liġi kriminali nazzjonali, u barra minn hekk, dwar jekk hemmx xi bażi legali oħra xierqa għal azzjoni kontra l-attività irregolari, bħal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur. Meta jkun diġà ingħata bidu, jew jekk ikun se jingħata bidu għal proċedura ta’ ksur skont il-liġi kriminali nazzjonali, jew jekk ikun hemm xi bażi legali oħra xierqa għal azzjoni kontra l-attività irregolari, m’għandu jingħata bidu għall-ebda proċedura ta’ ksur skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98.
▼B
4.
Meta l-ECB jiddeċiedi li għandu jingħata bidu għal proċedura ta' ksur skond ir-Regolament (KE) Nru 2532/98, huwa jista' jitlob lill-NCBs biex imexxu l-proċedimenti legali. F'dan il-każ, l-ECB għandu jagħti struzzjonijiet lill-NCBs relevanti u jagħtihom il-prokuri meħtieġa. L-ispejjeż legali kollha għandhom jitħallsu mill-ECB. Skond kif ikun il-każ, l-ECB jew l-NCBs għandhom jiżguraw li r-riproduzzjonijiet irregolari jiġu rtirati meta dan l-aġir jitqies li hu f'loku u possibbli,
▼M2
5.
Il-BĊE għandu jaġixxi waħdu fit-teħid tal-passi deskritti f’dan l-Artikolu jekk:
(a)
l-oriġini tal-attività irregolari ma tistax tiġi stabbilita b’mod raġonevoli; jew
(b)
l-attività irregolari saret jew sejra ssir fit-territorji ta’ bosta Stati Membri parteċipanti; jew
(c)
l-attività irregolari saret jew sejra ssir barra t-territorji tal-Istati Membri parteċipanti.
Artikolu 3
Talbiet għal eżenzjoni għar-riproduzzjonijiet
1.
It-talbiet kollha għal eżenzjoni skont l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10 għandhom jiġu ttrattati:
(a)
mill-BĊN rispettiv, f’isem il-BĊE, jekk ir-riproduzzjonijiet ġew jew se jiġu prodotti biss fit-territorju tal-Istat Membru tiegħu; jew
(b)
mill-BĊE fil-każijiet l-oħrajn kollha deskritti fl-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10.
2.
Jekk BĊN jirċievi talba għal eżenzjoni ta’ tip ġdid, il-BĊN għandu jinforma lill-BĊE dwar it-talba u l-intenzjoni tiegħu li jagħti jew jiċħad l-eżenzjoni. Jekk il-fehmiet tal-BĊE u tal-BĊN ivarjaw minn xulxin f’dan ir-rigward, għandu jiddeċiedi l-Bord Eżekuttiv. Meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, il-Bord Eżekuttiv għandu jikkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat tal-Karti tal-Flus u tal-Kumitat Legali, b’mod partikolari kull fehma espressa dwar is-sitwazzjoni individwali tal-Istat Membru inkwistjoni soġġett għall-fehmiet espressi dwar l-implikazzjonijiet tad-deċiżjoni għaż-żona tal-euro kollha kemm hi. Il-BĊE għandu jiġbor id-data fuq it-talbiet riċevuti minnu (kemm jekk indirizzati lilu kif ukoll jekk le) u t-tweġibiet għal dawk it-talbiet u jinforma lill-BĊNi dwarhom. Il-BĊE jista’ wkoll jippubblika d-data konsolidata minn żmien għal żmien.
▼M1
Artikolu 4
Bdil ta’ karti tal-flus tal-euro danneġġjati
1.
Il-BĊNi għandhom jimplimentaw id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 kif imiss. (
3
)
2.
Meta jkunu qed jimplimentaw id-Deċiżjoni ECB/2013/10, u bla ħsara għal xi restrizzjonijiet legali, il-BĊNi jistgħu jeqirdu xi karti tal-flus euro danneġġjati jew xi partijiet minnhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet legali sabiex dawn jiġu ppreżervati jew imrodda lura lill-applikant.
3.
Il-BĊNi għandhom jaħtru entità jew korp wieħed biex jieħu deċiżjonijiet dwar l-iskambju ta’ karti tal-flus tal-euro danneġġati għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Deċiżjoni ECB/2013/10, u għandhom jinformaw lill-BĊE f’dan is-sens.
▼B
Artikolu 5
L-irtirar tal-karti tal-flus ewro
L-NCBs għandhom iħabbru fil-mezzi tax-xandir nazzjonali u bi spejjeż tagħhom, kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv biex jiġi rtirat xi tip jew serje ta' karta tal-flus ewro, skond kwalunkwe struzzjonijiet li l-Bord Eżekuttiv jista' joħroġ.
Artikolu 6
Emendi għall-Linja ta' Gwida ECB/1999/3
L-Artikoli 1, 2 u 4 tal-Linja ta' Gwida ECB/1999/3 qegħdin bil-preżenti jiġu rrevokati. Kull referenza għall-Artikoli rrevokati għandha tiġi interpretata rispettivament bħala referenza għall-Artikoli 2, 4 u 5 ta' din il-Linja ta' Gwida.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet finali
1.
Din il-linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.
2.
Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.