21.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 234/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1066

tal-20 ta’ Lulju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 li tappoġġa l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja u n‐nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 (1).

(2)

Il-ftehim ta’ għotja mal-Fondation pour la recherche stratégique (FRS) ġie ffirmat fil-21 ta’ Diċembru 2017 u jiskadi fl-20 ta’ Diċembru 2020.

(3)

Fis-26 ta’ Mejju 2020, l-FRS talbet estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni għad-d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 sal-20 ta’ Diċembru 2021. L-estensjoni mitluba hija dovuta għall-pandemija tal-COVID-19, u b’mod partikolari l-posponiment ta’ għadd tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni u r-riluttanza tal-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-pajjiżi fil-mira li jiddiskutu l-organizzazzjoni ta’ tali attivitajiet fid-dawl tal-klima ta’ inċertezza minħabba dik il-pandemija.

(4)

It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 m’għandha ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji sal-20 ta’ Diċembru 2021.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-20 ta’ Diċembru 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2370 tat-18 ta’ Diċembru 2017 li tappoġġa l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal- implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 28).