32000R1904



Official Journal L 228 , 08/09/2000 P. 0057 - 0058


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1904/2000

tas-7 ta' Settembru 2000

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonita’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1509/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 (3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Italja bagħtet applikazzjonijiet lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta' ċerti ismijiet bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi.

(2) Skond l-Artikolu 6 (1) ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet instabu li għandhom il-ħtiġijiet kollha mitluba minnu u b'mod partikolari fihom it-tagħrif kollu mitlub skond l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament rigward l-ismijiet mogħtija fl-Anness ma' dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3].

(4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiġu mdaħħla fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u għalhekk jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(5) L-Anness ma' dan ir-Regolament jissuplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1651/2000 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma' hawn huma miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala ismijiet ta’ l-oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fir-"Reġistru ta' l-ismijiet protetti u ta' l-indikazzjonijiet protetti" pprovdut bl-Artikolu 6 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Settembru 2000.

Għal Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 7.

[3] ĠU C 347, tat-3.12.1999, p. 2 uĠU C 358, tal-10.12.1999, p. 2.

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 189, tas-27.7.2000, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESSI MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-frott, il-ħxejjex ta' l-ikel u ċ-ċereali

L-ITALJA

Castagna del Monte Amiata (IĠP)

La Bella della Daunia (IOP)

--------------------------------------------------