|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5758 |
24.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11652 — OCEAN YIELD / GEOGAS / MARIGOLD / NYK / FLS JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5758)
1.
Fis-16 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ocean Yield AS (“Ocean Yield”, in-Norveġja) ikkontrollata minn KKR &Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Geogas Maritime SAS (“Geogas Maritime”, Franza) li tappartjeni għall-Geogas Group (“Geogas”, Franza), |
|
— |
Marigold ACP SARL (“Marigold”, il-Lussemburgu) ikkontrollata minn Access Capital Partners Group S.A. (“Access Capital Partners”, Franza), |
|
— |
Nippon Yusen Kabushiki Kaisha (“NYK”, il-Ġappun), |
|
— |
France LNG Shipping SAS (“FLS JV”, Franza). |
Ocean Yield, Geogas Maritime, Marigold u NYK se jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal- Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ FLS JV kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Ocean Yield hija kumpanija proprjetarja ta’ bastimenti, li għandha flotta ta’ bastimenti, inklużi tankers taż-żejt u bastimenti tal-kontejners, li tikri lill-kumpaniji tat-tbaħħir. Ocean Yield hija kkontrollata minn KKR, li hija frm ta’ investiment globali, |
|
— |
Geogas tispeċjalizza fil-kummerċ internazzjonali u t-trasport ta’ gass likwifikat miż-żejt, |
|
— |
Marigold hija kumpanija azzjonarja ta’ investiment li tikkoordina l-attivitajiet tal-entitajiet kollha li fihom għandha interess dirett jew indirett. Hija kkontrollat minn Access Capital Partners, maniġer tal-assi privati indipendenti. |
|
— |
NYK hija fornitur ta’ servizzi ta’ trasport marittimu u loġistika Ġappuniżi elenkat li tispeċjalizza fit-trasport internazzjonali bil-baħar, |
|
— |
FLS JV tippossjedi, tiffinanzja u timmaniġġja kummerċjalment bastimenti tal-LNG abbażi ta’ arranġamenti ta’ noleġġ għal żmien twil. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11652 — OCEAN YIELD / GEOGAS / MARIGOLD / NYK / FLS JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5758/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)