European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1277

26.6.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1277

tal-24 ta’ Ġunju 2025

li jemenda għat-348 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), il-punt (a), u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-16 ta’ Ġunju 2025, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), żied annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji jenħtieġ li japplika għalihom.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiżdied l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Abubakar Swalleh (psewdonimu affidabbli: (a) Abubaker Swaleh; (b) Tom Kiyurige). Sess: raġel. Data tat-twelid: 13.1.1992. Post tat-twelid: Mengo, l-Uganda. Nazzjonalità: Ugandiża. Nru tal-passaport: A00195974 (Passaport tal-Uganda). Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: CM920231090NZA (l-Uganda). Indirizz: Luzira Prison, Luzira, Kampala, l-Uganda. Tagħrif ieħor: (a) jipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku, jew servizzi finanzjarji jew servizzi oħra lill-ISIL (elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq) jew b’appoġġ għalihom; (b) Aġixxa, mill-2018, bħala faċilitatur tal-ISIL li jipprovdi appoġġ finanzjarju u loġistiku inkluż ir-reklutaġġ għall-ISIL fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-Afrika. Numru tat-telefown: +963936016952. Data tal-inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.6.2025.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1277/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)