Official Journal L 029 , 03/02/1999 P. 0044 - 0048
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 1999, dwar il-proċedura ta' attestazzjoni ta' konformità ta' prodotti għall-bini) skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar prodotti għall-insulazzjoni termali (notifikata bid-dokument numru K (1999) 115) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (1999/91/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat il-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment Artikolu 13(4) tagħha, Billi l-Kummissjoni jeħtiġilha, skond iż-żewġ proċeduri msemmija f'Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar attestazzjoni ta' konformità ta' prodott, illi tagħżel "il-proċedura l-inqas oneruża possibli li tkun taqbel mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew klassi ta' prodotti, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll ta' produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hijiex kundizzjoni neċessarja u suffiċjenti għal attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu biex jitħarsu l-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), hemmx ħtieġa ta' l-intervent għal dak l-għan ta' korp approvat ta' ċertifikazzjoni; Billi Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk stabbilita għandha tintwera fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti jew klassi ta' prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; Billi ż-żewġ proċeduri msemmija f'Artikolu 13(3) huma murija fid-dettal f'Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jkunu speċifikati b'mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b'referenza għal Anness III, għal kull prodott jew klassi ta' prodotti, peress li Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi; Billi l-proċedura li għaliha saret referenza fil-punt (a) ta' Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u fit-tieni u fit-tielet possibbiltà tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta' Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) taqbel mas-sistema msemmija fil-punt (i) tat-taqsima 2 ta' Anness III u fl-ewwel possibbiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-taqsima 2 ta' Anness III; Billi l-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-attestazzjoni ta' konformità tal-prodotti u tal-klassijiet ta' prodotti msemmija f'Anness I għandħa tkun skond proċedura li biha l-manifattur ikollu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss is-sistema ta' kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li tisgura li l-prodott ikun konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti. Artikolu 2 Il-prodotti msemmija f'Anness II għandu jkollhom l-attestazzjoni tagħhom ta' konformità permezz ta' proċedura li biha, flimkien mas-sistema ta' kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp approvat ta' ċertifikazzjoni jkollu x'jaqsam fl-istima u fis-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu. Artikolu 3 Il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità kif mogħtija f'Anness III għandha tintwera fil-mandati għal standards armonizzati. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, il-15 ta' Jannar, 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Prodotti għall-insulazzjoni termali (prodotti magħmula fil-fabbrika u prodotti maħsuba biex jintramaw fuq il-post: Għal kull użu, esklużi dawk soġġetti għal għal regolamenti għar-reazzjoni għan-nar dwar prodotti magħmula minn materjali msemmija fil-klassijiet A [1], B [2], Ċ [3]. [1] Materjali li għalihom ir-reazzjoni għan-nar tista' tinbidel matul il-produzzjoni (ġeneralment, dawk soġġetti għal bidla kimika, eż fire retardants, jew fejn bdil ta' kompożizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar). [2] Materjali li għalihom ir-reazzjoni għan-nar tista' tinbidel matul il-produzzjoni (ġeneralment, dawk soġġetti għal bidla kimika, eż fire retardants, jew fejn bdil ta' kompożizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar). [3] Materjali li għalihom ir-reazzjoni għan-nar tista' tinbidel matul il-produzzjoni (ġeneralment, dawk soġġetti għal bidla kimika, eż fire retardants, jew fejn bdil ta' kompożizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar). -------------------------------------------------- ANNESS II Prodotti għall-insulazzjoni termali (prodotti magħmula fil-fabbrika u prodotti maħsuba biex jintramaw fuq il-post: Għal użu soġġett għal regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar ta' prodotti magħmula minn materjali msemmija fil-klassijiet A [1], B [2], Ċ [3]. [1] Materjali li għalihom ir-reazzjoni għan-nar tista' tinbidel matul il-produzzjoni (ġeneralment, dawk soġġetti għal bidla kimika, eż fire retardants, jew fejn bdil ta' kompożizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar). [2] Materjali li għalihom ir-reazzjoni għan-nar tista' tinbidel matul il-produzzjoni (ġeneralment, dawk soġġetti għal bidla kimika, eż fire retardants, jew fejn bdil ta' kompożizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar). [3] Materjali li għalihom ir-reazzjoni għan-nar tista' tinbidel matul il-produzzjoni (ġeneralment, dawk soġġetti għal bidla kimika, eż fire retardants, jew fejn bdil ta' kompożizzjoni jista' jwassal għal bdil fir-reazzjoni għan-nar). -------------------------------------------------- ANNESS III Nota: għall-prodotti li jkunu jistgħu jintużaw għal aktar minn dak maħsub għalihom fil-klassijiet li ġejjin, ix-xogħol tal-korp approvat, derivanti mis-sistemi rilevanti ta' attestazzjoni ta' konformità, huwa kumulattiv. KLASSI TA' PRODOTTI PRODOTTI TA' INSULAZZJONI TERMALI (1/2) 1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità Għall-prodotti u l-użu maħsub għalihom kif jidher fil-lista ta' hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità fl-istandard/s stabbilit/i armonizzat/i rilevanti: Is-Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(ii), It-tieni possibbiltà. Prodott/i | Użu maħsub għalih/om | Livell/i jew klassi/jiet | Sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità | Prodotti għall-insulazzjoni termali (prodotti magħmula fil-fabbrika u prodotti maħsuba biex jintramaw fuq il-post | liema jkun | — | 3 | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'mod li tista' tiġi implimentata wkoll fejn il-prestazzjoni tal-prodott ma jkunx jeħtieġlu jiġi eżaminat għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara Artikolu 2. 1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti ta' Interpretazzjoni. F'dawk il-każijiet il-verifika ta' din il-karatteristika m'għandhiex tiġi mposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward. KLASSI TA' PRODOTTI PRODOTTI TA' INSULAZZJONI TERMALI (2/2) 1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità Għall-prodotti u l-użu maħsub għalihom kif imsemmi fil-lista ta' hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità fl-istandard/s stabbilit/i armonizzat/i rilevanti: Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(i), mingħajr eżami ta' verifika ta' kampjuni. Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(ii), It-tieni possibbiltà. Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(II), It-tielet possibbiltà. Prodott/i | Użu maħsub għalih/om | Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni għan-nar) | Sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità | Prodotti għall-insulazzjoni termali (prodotti magħmula fil-fabbrika u prodotti maħsuba biex jintramaw fuq il-post) | għall-użu soġġett għal regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar | A, B, C | 1 | A, B, C | 3 | A, D, E, F | 4 | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'mod li tista' tiġi implimentata wkoll fejn il-prestazzjoni tal-prodott ma jkunx jeħtieġlu jiġi eżaminat għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara Artikolu 2. 1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti ta' Interpretazzjoni. F'dawk il-każijiet il-verifika ta' din il-karatteristika m'għandhiex tiġi mposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward. --------------------------------------------------