29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 127/2008

tal-5 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-Anness II mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VII mal-Ftehim:

“—

32008 R 0755: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 755/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2008, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikoli 103(1) tal-Ftehim, ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, liema minn dawn jiġi fl-aktar stadju tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)   ĠU L 223, 21.8.2008, p. 47.

(2)   ĠU L 205, 1.8.2008, p. 10.

(*1)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.