|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5731 |
21.10.2025 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
(C/2025/5731)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Malick DIAW (nru 1), is-Sur Ismaël WAGUÉ (nru 2), is-Sur Ibrahim Ikassa MAÏGA (Nru 4) u s-Sur Ivan Aleksandrovitch MASLOV (Nru 6), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 (1) u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawn il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-30 ta' Ottubru 2025 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5731/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)