31997D0131



Official Journal L 057 , 26/02/1997 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta’ Diċembru 1996

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri li jikkonċernaw l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri ta’ sanità applikabbli għall-kummerċ f’annimali ħajjin u prodottti ta’ l-annimali

(97/131/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, l-Komunità u New Zealand daħlu f’negozjati sabiex jistabbilixxu l-miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali;

Billi, bħala riżultat ta’ dawn in-negozjati ġie ffirmat Ftehim fis-17 ta’ Diċembru 1996;

Billi, sabiex tkun evitata interruzzjoni fil-kummerċ u sa dak iż-żmien li ż-żewġ Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom għar-ratifikazzjoni tal-Ftehim imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 18(1) tiegħu, iż-żewġ Partijiet ftiehmu li japplikaw il-Ftehim provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 1997 b’konformità ma’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri;

Billi dak il-ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L- Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri jikkonċerna l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali huwa b’dan approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

L- Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri sabiex torbot il-Komunità.

L- Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

--------------------------------------------------