<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑485/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0485</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:517">EU:T:2015:517</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150715">15.7.2015</DATE> — KAWŻA T‑485/11 [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>AKZO NOBEL U AKCROS CHEMICALS. vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Swieq Ewropej tal-istabblizzaturi tas-sħana</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE</KEYWORD><KEYWORD>Ksur imwettaq minn sussidjarja komuni</KEYWORD><KEYWORD>Multi</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarja u tal-kumpanniji parent</KEYWORD><KEYWORD>Preskrizzjoni deċennali għal waħda mill-kumpanniji parent</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal waħda mill-kumpanniji parent</KEYWORD><KEYWORD>Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas lis-sussidjarja u lill-kumpannija parent l-oħra</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑485/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Akzo Nobel NV</HT>, stabbilita f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi),</P><P><HT TYPE="BOLD">Akcros Chemicals Ltd</HT>, stabbilita f’Warwickshire (ir-Renju Unit),</P><P>irrappreżentati minn C. Swaak u R. Wesseling, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, sussegwentement minn Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, bħala aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), sa fejn din hija indirizzata lil Akzo Nobel u lil Akcros Chemicals, jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Prek, President, I. Labucka (Relatur) u V. Kreuschitz, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140923">23 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu rriprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis utli għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Din il-kawża tikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li temenda, sa fejn din hija indirizzata lil Akzo Nobel NV u lil Akcros Chemicals Ltd, ir-rikorrenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ewwel deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20110912">12 ta’ Settembru 2011</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw kawża kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multi imposti fuqhom;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummisjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tar-rikors, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom, billi naqset, meta kienet marbuta b’dan, li tibgħatilhom dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida, qabel ma tadotta d-deċiżjoni kkontestata.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, b’mod preliminari, jitfakkar li d-dritt ta’ smigħ, li huwa komponent essenzjali tad-drittijiet tad-difiża, jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li għandu jiġi osservat f’kull proċedura, anki ta’ natura amministrattiva, b’mod partikolari jekk din tista’ twassal għal sanzjonijiet, speċifikament għal multi, u li dan il-prinċipju jimplika partikolarment li l-impriża kkonċernata tkun tqiegħdet f’pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li tikkomunika b’mod effettiv il-perspettiva tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19790213">13 ta’ Frar 1979</DATE>, Hoffmann-La Roche vs<?PAGE NO="3"?> Il-Kummissjoni, 85/76, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:36">EU:C:1979:36</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 9; tas-<DATE ISO="19830607">7 ta’ Ġunju 1983</DATE>, Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, 100/80 sa 103/80, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:158">EU:C:1983:158</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 64 sa 66).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jirrifletti dan il-prinċipju inkwantu jipprevedi li tintbagħat lill-partijiet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li għandha tipprovdi, b’mod ċar, l-elementi essenzjali kollha li fuqhom il-Kummissjoni tkun qiegħda tibbaża ruħha f’dak l-istadju tal-proċedura sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu, b’mod effettiv, konjizzjoni tal-aġir imputat lilhom mill-Kummissjoni, kif ukoll ta’ provi li hija jkollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:582">EU:C:2002:582</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 315 u 316, u Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 66 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 66 u 67).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża jirrikjedi, b’mod partikolari, li l-impriża suġġetta għal investigazzjoni tkun tpoġġiet fil-pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li tikkomunika, b’mod effettiv, il-perspettiva tagħha dwar il-verità u r-rilevanza tal-fatti allegati kif ukoll dwar id-dokumenti użati mill-Kummissjoni insostenn tal-allegazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ ksur fir-rigward tat-Trattat (sentenzi Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 66 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:158">EU:C:1983:158</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 10; tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Dalmine vs Il-Kummissjoni, C‑407/04 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:53">EU:C:2007:53</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44, u tal-<DATE ISO="20070510">10 ta’ Mejju 2007</DATE>, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, C‑328/05 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:277">EU:C:2007:277</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 71).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża u indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-Kummissjoni kinitx marbuta li tibgħat lir-rikorrenti dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida qabel ma tadotta d-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi kkonstatat li, fl-ittri u fil-posta elettronika tal-Kummissjoni, imsemmija fil-punti 20 sa 22 u 25 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ċertament stiednet lir-rikorrenti sabiex isostnu l-perspettivi tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li, sabiex jagħmlu dan, ir-rikorrenti kellhom biss erbat ijiem tax-xogħol, jiġifieri mill-Erbgħa l-1 ta’ Ġunju sat-Tnejn is-<DATE ISO="20110606">6 ta’ Ġunju 2011</DATE>, wara l-ittri tal-Kummissjoni u tlitt ijiem tax-xogħol, jiġifieri mill-Erbgħa l-15 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa s-<DATE ISO="20110617">17 ta’ Ġunju 2011</DATE>, wara l-posta elettronika tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Issa, termini daqshekk qosra ma jistgħux ikunu kompatibbli mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li d-deċiżjoni kkontestata tiġi annullata, sa fejn ir-rikorrenti wrew b’mod suffiċjenti mhux li, fin-nuqqas ta’ din l-irregolarità proċedurali, jiġifieri li kieku huma kellhom terminu suffiċjenti sabiex jesprimu l-perspettiva tagħhom, id-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut differenti, iżda li, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, huma kienu jkunu jistgħu jiżguraw aħjar id-difiża tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20130618">18 ta’ Ġunju 2013</DATE>, Fluorsid u Minmet vs Il-Kummissjoni, T‑404/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:321">EU:T:2013:321</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 110 u l-ġurisprudenza ċċitata), filwaqt li huwa speċifikat li, għal dan l-għan, wieħed għandu jqiegħed lilu nnifsu fl-istadju tal-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri qabel id-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri t-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni, T‑329/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:268">EU:T:2006:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 377).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi enfasizzat li, fl-istadju tal-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, setgħet tiġi argumentata l-kwistjoni dwar liema kienu l-obbligi tal-Kummissjoni fir-rigward tar-relazzjonijiet ta’ solidarjetà bejn il-kumpanniji kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, sa fejn dawn kienu kkostitwixxew l-istess impriża, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-fatt, b’sentenza tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, jiġifieri erbat ijiem qabel id-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li hija biss il-Kummissjoni li, fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li timponi multi, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, għandha<?PAGE NO="4"?> tiddetermina l-parti mill-kwota rispettiva tad-diversi kumpanniji fl-ammonti li għalihom huma ġew ikkundannati <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, sa fejn huma kienu jifformaw parti mill-istess impriża, u li dan il-kompitu ma setax jitħalla għall-qrati nazzjonali (sentenza tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, Siemens u VA Tech Transmission &amp; Distribution vs Il-Kummissjoni, T‑122/07 sa T‑124/07, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:70">EU:T:2011:70</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 157).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni setgħet iktar u iktar tiġi argumentata fl-istadju tal-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata inkwantu, sussegwentement, is-sentenza Siemens u VA Tech Transmission &amp; Distribution vs Il-Kummissjoni, punt 74 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:70">EU:T:2011:70</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja, peress li din iddeċidiet li l-qsim tal-multa bejn kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> kien jaqa’ biss taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali (sentenza Siemens, punt 42 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:256">EU:C:2014:256</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>B’hekk, ir-rikorrenti setgħu, matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u, għaldaqstant, qabel ma ngħatat is-sentenza Siemens, punt 42 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:256">EU:C:2014:256</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), isostnu li huma kellhom dritt li jingħataw it-tnaqqis tal-ammont tal-multa ta’ Elementis li magħha huma ġew ikkundannati <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ksur imwettaq mill-partenarjat Akcros peress li, fil-mument tal-ksur, huma kienu jikkostitwixxu, flimkien, impriża, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikorrenti kienu jkunu jistgħu, fl-istadju tal-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jiżguraw aħjar id-difiża tagħhom li kieku kellhom terminu suffiċjenti sabiex isostnu l-perspettiva tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, huwa paċifiku li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni intendiet tiddeduċi l-konsegwenzi mis-sentenza ArcelorMittal, punt 21 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>B’hekk, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, ikkunsidrat li s-sospensjoni tal-preskrizzjoni, fir-rigward tar-rikorrenti, ma kinitx tapplika <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>, iżda biss <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, jiġifieri, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, li din is-sospensjoni ma kinitx tapplika għal Elementis.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kawża li wasslet għas-sentenza ArcelorMittal, punt 21 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ippronunzjat ruħha fuq l-effetti, <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, ta’ sospensjoni tal-preskrizzjoni fir-rigward ta’ diversi impriżi, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, li pparteċipaw fl-istess ksur (sentenza ArcelorMittal, punt 21 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 148).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-każ ineżami, Elementis u r-rikorrenti kkostitwixxew, matul it-tieni perijodu ta’ ksur, l-istess impriża waħda, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, kif deċiż fil-punt 405 tas-sentenza mogħtija llum fil-Kawża T‑47/10.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>B’hekk, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-Kummissjoni setgħetx, validament, testendi s-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li wasslet għas-sentenza ArcelorMittal, punt 21 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kellha rabta ma’ diversi impriżi, li pparteċipaw fl-istess ksur, għal sitwazzjoni, bħall-każ ineżami, b’rabta ma’ diversi kumpanniji li kkostitwixxew l-istess impriża waħda matul it-tieni perijodu ta’ ksur, għandu jiġi kkunsidrat li, partikolarment fuq din il-kwistjoni, ir-rikorrenti kienu jkunu jistgħu, fl-istadju tal-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jiżguraw aħjar id-difiża tagħhom li kieku kellhom terminu suffiċjenti sabiex isostnu l-perspettiva tagħhom.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><?PAGE NO="5"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE> li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Prek</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kreuschitz</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>