|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7438 |
13.12.2024 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2025-2027
(C/2024/7438)
IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,
FILWAQT LI JFAKKRU LI
|
1. |
Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (1), tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea, fl-oqsma tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex jimplimentaw b'mod effettiv l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ madwar l-UE u fl-Istati Membri permezz ta' strumenti speċifiċi – inkluż il-Pjanijiet ta' Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
|
2. |
L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ issegwi perjodi ta' ħidma triennali tul żewġ Triji ta' Presidenzi. Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet għall-perjodi ta' ħidma rispettivi huma ppreżentati fil-Pjanijiet ta' Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji gwida u l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, u jindirizzaw kwistjonijiet taż-żgħażagħ f'konfigurazzjonijiet u korpi preparatorji oħra tal-Kunsill fl-oqsma ta' politika rilevanti. |
|
3. |
Il-Pjan ta' Ħidma tal-UE huwa strument li jaħdem bħala boxxla u jiggwida lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
JIEĦDU NOTA LI
|
4. |
Il-Kunsill ser jistipula dawn il-Pjanijiet ta' Ħidma tal-UE abbażi ta' informazzjoni preliminari riċevuta mit-triju ta' presidenzi mill-pajjiżi li ġejjin: il-Polonja, id-Danimarka u Ċipru, u l-Irlanda, il-Litwanja u l-Greċja. |
|
5. |
Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet ippreżentati f'dan il-programm ta' ħidma triennali (imħejji mit-triju ta' presidenzi matul il-perjodu 2025-2027, fl-Anness) għandhom jiġu riveduti matul l-ewwel nofs tal-2026 u r-reviżjoni ser tiġi approvata sal-aħħar ta' Ġunju 2026 mill-Kunsill u l-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill. |
|
6. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2) kif ukoll ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (3) ipprovdew kontribut biex tissaħħaħ aktar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, b'mod partikolari billi komplew jaċċelleraw l-objettivi tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, inkluż permezz tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (EUYD) u bl-implimentazzjoni tat-test taż-żgħażagħ fil-livell Ewropew. |
|
7. |
Il-Kummissjoni tista' tappoġġa u tikkomplementa azzjonijiet mill-Istati Membri deskritti f'dan il-Pjan ta' Ħidma, b'mod partikolari billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni, tappoġġa l-mobbiltà taż-żgħażagħ u ta' dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, u billi tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika. L-għodod żviluppati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ jinkludu l-EUYD, il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taż-Żgħażagħ tal-UE (4), il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, il-Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ, it-test taż-żgħażagħ fil-livell Ewropew u l-attivitajiet ta' tagħlim reċiproku (gruppi ta' esperti, attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari (PLA) u konsulenza bejn il-pari). Din tista' tiġi appoġġata minn aġġornamenti u skambji regolari mal-Istati Membri dwar il-prijoritajiet tal-politika nazzjonali dwar iż-żgħażagħ u l-ħtiġijiet ta' kooperazzjoni, il-Wiki taż-Żgħażagħ, id-Dashboard taż-Żgħażagħ tal-UE (5) u l-indikaturi taż-żgħażagħ, l-istħarriġ, l-istudji u r-riċerka. L-appoġġ jista' jissaħħaħ aktar permezz ta' programmi fil-qasam taż-żgħażagħ (b'mod partikolari Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (6)) u sħubijiet u kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, b'mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u n-Nazzjonijiet Uniti. |
|
8. |
Hemm bżonn li l-EUYD ikompli jevolvi u jikber biex jissalvagwardja l-progress fl-inklużjoni miksub matul iċ-ċikli preċedenti pereżempju billi jkompli jżid il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet u l-gruppi sottorappreżentati. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni lill-proċessi ta' kondiviżjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-EUYD ma' dawk li jfasslu l-politika u partijiet ikkonċernati oħra. Għandha tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta' viżibbiltà u komunikazzjoni u l-importanza tal-monitoraġġ biex jittejjeb l-impatt tal-EUYD sabiex il-parteċipanti u l-partijiet ikkonċernati jiġu infurmati dwar is-segwitu fil-livell tal-UE, dak nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali. |
|
9. |
Fl-2025-2026, il-Kummissjoni ser tniedi proċess ta' kokreazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha taż-żgħażagħ għat-tħejjija tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ li jmiss wara l-2027. Dan ser jinkludi l-mobilizzazzjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taż-Żgħażagħ, l-organizzazzjoni ta' laqgħat u avvenimenti bħall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ fl-2026 u kampanja online, u jistgħu jkunu parti mill-konsultazzjonijiet tal-EUYD. Il-Kummissjoni qed tappoġġa wkoll il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ tal-2025 skedata għat-28-30 ta' Mejju 2025, f'Malta, li tista' tikkontribwixxi għall-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ li jmiss. |
|
10. |
L-eżitu tal-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu (previsti għal tmiem l-2024) tal-programmi Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ser jikkontribwixxi għat-tħejjijiet għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi. Dan ser jinkludi konsultazzjonijiet fuq diversi livelli mal-partijiet ikkonċernati taż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ biex jiġi żgurat proċess ta' kokreazzjoni sabiex il-programmi jirrispondu għall-ħtiġijiet u l-isfidi li jiffaċċaw iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. |
JISTIEDNU LILL-PRESIDENZI TAL-KUNSILL BIEX
|
11. |
Jipprovdu opportunitajiet lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati fil-qasam taż-żgħażagħ biex jiddiskutu l-futur tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ wara l-2027, inkluż permezz tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u b'appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex ikun hemm l-aħjar sinerġiji possibbli mal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi u biex jintlaħqu l-objettivi doppji tal-parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ, filwaqt li l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ issir aktar faċli biex tinftiehem mill-ministeri rilevanti kollha u partijiet ikkonċernati oħra minħabba n-natura trasversali tagħha. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA
|
12. |
Tiżgura konsultazzjoni interna transsettorjali fl-istadju bikri tat-tfassil tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ li jmiss f'konformità mal-Komunikazzjoni dwar il-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (7), sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta' politika.
Pjan ta' Ħidma għall-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2025-2027 (8)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (2018/C 456/01).
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 (COM(2024) 1 final).
(3) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027.
(4) L-ispeċifiċitajiet tal-grupp għad iridu jiġu ddeterminati.
(5) Eurostat, Children and youth, EU youth dashboard (It-Tfal u ż-Żgħażagħ, id-dashboard taż-żgħażagħ tal-UE).
(6) Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (COM(2024) 162 final).
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 (COM(2024) 1 final).
(8) Ikkompilat mill-Presidenza Ungeriża abbażi tal-informazzjoni preliminari riċevuta mit-triju ta' presidenzi PL-DK-CY u IE-LT-EL.
(9) Ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Qafas għall-istabbiliment ta' Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2020/C 415/01).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7438/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)