European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2179

30.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2179

tat-12 ta’ Settembru 2025

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(7), ir-raba’ subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mod kif tiġi pprovduta dik l-informazzjoni f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern jenħtieġ li jippermetti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, European Securities and Markets Authority) tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2023/2631 humiex issodisfati, inklużi l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2180 (2).

(2)

Biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà u tissaħħaħ il-ġestjoni u l-użu tad-data, il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard li jenħtieġ li jintużaw mill-applikanti meta japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern jenħtieġ li jippermettu r-reġistrazzjoni permezz ta’ mezzi diġitali. Għalhekk, kwalunkwe informazzjoni li l-applikanti jissottomettu lill-ESMA f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jenħtieġ li tkun tista’ tinqara minn magna u tiġi pprovduta fuq mezz durabbli.

(3)

Sabiex l-ESMA tiġi assistita fl-identifikazzjoni tad-dokumenti li applikant ikun ippreżenta bħala parti mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, jenħtieġ li jiġi pprovdut numru ta’ referenza uniku li jikkorrispondi ma’ kull dokument.

(4)

Għall-finijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ responsabbiltà, l-applikanti li jressqu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jenħtieġ li jikkomplementaw dik l-applikazzjoni b’ittra ffirmata minn membru tal-maniġment superjuri tagħha, li tiċċertifika li l-informazzjoni pprezżentati hija preċiża u kompluta skont l-aħjar għarfien ta’ dak il-membru.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati lill-Kummissjoni mill-ESMA.

(6)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. F’dan ir-rigward, kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-ESMA fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq mill-entitajiet li japplikaw għal rieżaminatur estern fi ħdan l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u mar-rekwiżiti nazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

(7)

Sabiex l-ESMA tkun tista’ twettaq il-valutazzjoni għall-finijiet tar-reġistrazzjoni inizjali, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa, id-data personali relatata mal-applikanti għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern jenħtieġ li tinżamm mir-rieżaminaturi esterni u mill-ESMA għal mhux aktar minn ħames snin wara li dak l-applikant ikun waqaf iwettaq il-funzjoni tiegħu jekk l-applikant ikun ġie rreġistrat bħala rieżaminatur estern. Meta l-ESMA tkun irrifjutat li tirreġistra rieżaminatur estern applikant jew meta l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li d-data personali relatata ma’ dak l-applikant tinżamm mill-ESMA għal mhux aktar minn ħames snin wara r-rifjut tar-reġistrazzjoni tal-applikant jew wara l-irtirar tal-applikazzjoni.

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u pprovda l-kummenti formali tiegħu fis-7 ta’ Lulju 2025.

(9)

L-ESMA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandard tekniku ta’ implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament. L-awtorità analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Format li għandu jiġi segwit għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631

(1)   L-applikanti għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631 fil-format stabbilit fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

(2)   L-applikanti għandhom jipprovdu lill-ESMA bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631 f’format li jinqara mill-magni li:

(a)

jippermetti li l-informazzjoni tibqa’ aċċessibbli għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-applikazzjoni;

(b)

jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna.

(3)   L-applikanti għandhom jipprovdu numru ta’ referenza uniku għal kull dokument li jippreżentaw lill-ESMA. L-applikanti għandhom jiżguraw li d-dokumenti li jippreżentaw jidentifikaw b’mod ċar għal liema rekwiżit speċifiku tar-Regolament (UE) 2023/2631 jirreferu u f’liema dokument ipprovduta dik l-informazzjoni. L-applikanti għandhom jippreżentaw it-tabella stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom u għandhom jidentifikaw b’mod ċar id-dokument li fih ikunu pprovdew l-informazzjoni meħtieġa.

(4)   Fejn rekwiżit tar-Regolament (UE) 2023/2631 ma japplikax għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, l-applikanti għandhom jiddikjaraw dan fit-tabella rilevanti stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu spjegazzjoni.

(5)   L-applikanti għandhom jakkumpanjaw l-applikazzjoni tagħhom għal reġistrazzjoni b’ittra ffirmata minn membru tal-maniġment superjuri tal-applikanti, li tiċċertifika li l-informazzjoni ppreżentata hija preċiża u kompluta skont l-aħjar għarfien ta’ dak il-membru, mid-data ta’ dik is-sottomissjoni.

(6)   Id-data personali relatata mal-applikanti għal reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għandha tinżamm mir-rieżaminaturi esterni u mill-ESMA sakemm ikun meħtieġ għall-valutazzjoni tar-reġistrazzjoni inizjali u mhux għal aktar minn ħames snin wara li dak l-applikant ikun waqaf iwettaq il-funzjoni tiegħu. Meta l-ESMA tkun irrifjutat ir-reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern applikant jew meta l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu, id-data personali relatata ma’ dak l-applikant għandha tinżamm mill-ESMA għal mhux aktar minn ħames snin wara r-rifjut tar-reġistrazzjoni tal-applikant jew wara l-irtirar tal-applikazzjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2180 tat-12 ta’ Settembru 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tar-rieżaminaturi esterni u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-ġestjoni tajba u prudenti tar-rieżaminaturi esterni, l-adegwatezza tal-għarfien, l-esperjenza u t-taħriġ tal-impjegati tar-rieżaminaturi esterni u l-kundizzjonijiet li bihom ir-rieżaminaturi esterni jesternalizzaw l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tagħhom (ĠU L, 2025/2180, 30.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2180/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).


ANNESS I

REFERENZI TAD-DOKUMENTI

Anness għal dan ir-Regolament li għalih tirreferi l-informazzjoni (II – VII)

Numru ta’ referenza uniku tad-dokument

Titolu tad-dokument

Rekwiżit speċifiku tar-Regolament (UE) 2023/2631 li għalih tirreferi l-informazzjoni

Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għalfejn l-informazzjoni mhix ipprovduta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

INFORMAZZJONI ĠENERALI TAL-APPLIKANT

Isem sħiħ tal-applikant

 

Indirizz tal-uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni

[Pajjiż, belt, indirizz tat-triq, kodiċi postali]

Sit web

 

Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier) (fejn disponibbli)

 

Persuna/persuni ta’ kuntatt

Isem

 

Titolu

 

Indirizz

[Pajjiż, belt, indirizz tat-triq, kodiċi postali]

Indirizz tal-posta elettronika

 

Numru tat-telefown

 

Status legali tal-applikant

 


ANNESS III

STRUTTURA TA’ SJIEDA TAL-APPLIKANT

Sid

Perċentwal mill-kapital

Natura tal-parteċipazzjoni

Persentaġġ tad-drittijiet tal-vot

[Speċifika jekk hux persuna ġuridika jew fiżika]

 

[Diretta jew indiretta]

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS IV

MEMBRI TAL-MANIĠMENT SUPERJURI U TAL-BORD TAL-APPLIKANT

Isem

Membru tal-Bord

Membru tal-maniġment superjuri

Data tat-twelid

Post tat-twelid

Rwol

Dokumenti ppreżentati

CV

Prova tal-assenza ta’ rekords kriminali msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2180

Dikjarazzjoni ta’ idoneità u ta’ adegwatezza kif ukoll ta’ kunflitti ta’ interess imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2180

[Isem] [Kunjom]

[Iva/Le]

[Iva/Le]

[JJ/XX/SSSS]

[Belt, Pajjiż]

 

[Numru ta’ referenza uniku]

[Numru ta’ referenza uniku]

[Numru ta’ referenza uniku]


ANNESS V

RIŻORSI ANALITIĊI TAL-APPLIKANT

(a)

Informazzjoni dwar l-analisti, l-impjegati u persuni oħra li se jkunu involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni

Isem

Rwol

Agħżel il-kolonna adegwata

Snin fir-rwol

Snin fl-industrija

CV

Temporanju

Permanenti

 

 

 

 

 

[pereżempju, l-għadd ta’ snin ta’ xogħol f’attivitajiet ta’ evalwazzjoni simili għal dawk mitluba minn reviżur estern skont ir-Regolament (UE) 2023/2631.]

[Numru ta’ referenza uniku tad-dokument]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-informazzjoni rigward l-għadd ta’ impjegati għandha tkun ipprovduta fuq bażi ekwivalenti għal full-time (FTE, full-time equivalent) ikkalkulata bħala t-total ta’ sigħat maħduma diviżi bl-għadd ta’ sigħat massimi suġġett għal kumpens f’sena ta’ ħidma kif definit mil-liġi nazzjonali rilevanti.

(b)

Informazzjoni rigward l-attivitajiet ta’ valutazzjoni

Tul ta’ żmien stmat ta’ rieżami estern

[għadd ta’ ġranet]

L-għadd mistenni ta’ valutazzjonijiet fl-24 xahar li jmiss

[numru]

(c)

Informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-applikant

Ir-raġunijiet li l-applikant iqis li l-għadd ta’ analisti, ta’ impjegati u ta’ persuni oħra direttament involuti fl-attivitajiet ta’ evalwazzjoni u r-rwoli tagħhom huma adegwati

 

Ir-raġunijiet li l-applikant iqis li l-għadd u t-tul ta’ żmien tar-rieżamijiet esterni huma adegwati

 


ANNESS VI

POLITIKI U PROĊEDURI TAL-APPLIKANT

Punt

Suġġett

Numru ta’ referenza uniku tad-dokument

1

Pjan ta’ taħriġ u ta’ żvilupp għall-analisti, l-impjegati u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni

 

2

Politiki u proċeduri stabbiliti biex jiżguraw:

(a)

il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni;

(b)

is-salvagwardja tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà tar-rekords u tad-dokumenti dwar is-servizzi pprovduti;

(c)

proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajba;

(d)

l-adegwatezza tas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni implimentati biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rieżaminatur estern.

 

3

Politiki u proċeduri li jiddeskrivu l-qafas ta’ kontroll intern

[Fil-każ ta’ għadd kbir ta’ dokumenti, id-dokumenti għandhom jiġu raggruppati skont l-oqsma rilevanti tal-qafas ta’ kontroll intern.]

 

4

Politiki u proċeduri biex jiżguraw li l-qafas ta’ kontroll intern jikkonforma mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2180

 

5

Politika dwar l-informaturi li tiżgura li l-anonimità tal-informaturi tiġi salvagwardjata u r-ritaljazzjoni tkun ipprojbita

 

6

Politika ta’ remunerazzjoni li tiżgura l-indipendenza tal-impjegati soġġetti għal arranġamenti ta’ kumpens varjabbli

 

7

Proċeduri u metodoloġiji implimentati għall-ħruġ ta’ rieżamijiet

 

8

Termini ta’ referenza tal-korpi ta’ governanza, inkluż il-bord u, fejn stabbilit, il-kumitati tiegħu

 

9

Minuti tal-aħħar laqgħa tal-bord

 

10

Organigramma, inkluża l-identifikazzjoni tal-linji ta’ rapportar u tal-funzjonijiet tax-xogħol

 

11

Politika dwar il-kunflitti ta’ interess

 

12

Inventarju ta’ kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali u miżuri ta’ mitigazzjoni proposti

 

13

Informazzjoni dwar kif jiġu rieżaminati u approvati b’mod konsistenti sitwazzjonijiet potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, inklużi tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati, negozjar akkont personali tal-impjegati, attivitajiet kummerċjali esterni u l-aċċettazzjoni ta’ rigali u ospitalità

 

14

Dokumenti u informazzjoni relatati ma’ kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni eżistenti jew ippjanat għall-attivitajiet tal-applikant bħala rieżaminatur estern koperti mir-Regolament (UE) 2023/2631, inkluża informazzjoni dwar entitajiet li jassumu funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2180, u l-evalwazzjoni ta’ kif l-applikant se jiżgura l-konformità mal-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament

 


ANNESS VII

ATTIVITAJIET OĦRA TAL-APPLIKANT

Attività

Deskrizzjoni

Offrut permezz ta’ sussidjarji

[Il-kodiċi NACE tal-attività, fejn disponibbli]

 

[Iva/Le: jekk iva, ipprovdi l-isem tal-entità]

 

 

 

 

 

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2179/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)