27.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 561/2009

tas-26 ta’ Ġunju 2009

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queso Manchego (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, (1) u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Spanja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Queso Manchego” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Ġaladarba l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom ikunu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament, b’dan huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU C 255, 8.10.2008, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

SPANJA

Queso Manchego (DPO)