<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-385/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0385</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:278">EU:C:2022:278</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20220407">7.4.2022</DATE> – Kawża C-385/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Caixabank</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ effettività</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ekwivalenza</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ġudizzjarja intiża għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa ta’ stħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-qorti nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura nazzjonali għall-intaxxar tal-ispejjeż</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż rimborsabbli bħala onorarji tal-avukat</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑385/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 49 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 49 ta’ Barcelona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200707">7 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200812">12 ta’ Awwissu 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">EL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">TP</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Caixabank SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, Presidenta tat-Tielet Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, S. Rodin (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal EL u TP, minn P. Gabeiras Vázquez, abogada,</P></ITEM><ITEM><P>għal Caixabank SA, minn J. Gutiérrez de Cabiedes Hidalgo de Caviedes, abogado,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. Rodríguez de la Rúa Puig u S. Centeno Huerta, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Ruiz García u J. Baquero Cruz, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, EL u TP u, min-naħa l-oħra, Caixabank SA dwar l-ispejjeż rimborsabbli bħala onorarji tal-avukat dovuti wara proċedura ġudizzjarja intiża għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-erbgħa u għoxrin premessa tad-Direttiva 93/13 tiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom mezz adegwat u effettiv biex jipprevenu li jkomplu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu,</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 243(1) tal-Ley 1/2000 de Enjuiciamiento Civil (il-Liġi Nru 1/2000 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), tas‑<DATE ISO="20000107">7 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE Nru 7, tat‑<DATE ISO="20000108">8 ta’ Jannar 2000</DATE>, p. 575, iktar ’il quddiem il- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>LEC<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jipprovdi li l-ispejjeż għandhom jiġu kkalkolati, b’mod partikolari, mir-reġistratur responsabbli għall-eżekuzzjoni tas-sentenza. Dan għandu jnaqqas l-ammont tal-ispejjeż mitluba bħala onorarji tal-avukati u ta’ professjonisti oħra mhux suġġetti għal tariffa speċifika meta dawn l-onorarji jaqbżu l-limitu massimu previst fl-Artikolu 394(3).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punti 1 u 8 tal-Artikolu 251 tal-LEC jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-valur tat-tilwima għandu jiġi stabbilit abbażi tal-interess ekonomiku tat-tilwima, li għandu jiġi kkalkolat skont ir-regoli li ġejjin:</P><PARAG IDENTIFIER="251.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk tintalab somma ta’ flus determinata, il-valur tat-tilwima għandu jkun irrappreżentat minn din is-somma u, fl-assenza ta’ determinazzjoni, anki taħt forma relattiva, il-valur tat-tilwima għandu jitqies li jkun somma indeterminata.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="251.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-proċeduri li jirrigwardaw l-eżistenza, il-validità jew l-effettività ta’ obbligu, il-valur ta’ dan tal-aħħar għandu jiġi rrappreżentat permezz tat-total ta’ dak li jkun dovut, anki jekk il-ħlas isir bin-nifs. Dan il-kriterju ta’ evalwazzjoni japplika fil-proċeduri li jkollhom bħala suġġett il-ħolqien, l-emenda jew l-estinzjoni ta’ obbligu jew ta’ dritt personali, sakemm ma tkunx tapplika regola oħra ta’ dan l-artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 253 tal-LEC:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="253.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rikorrent għandu jindika l-valur tat-tilwima, filwaqt li jagħti ġustifikazzjoni għal dan il-valur, fir-rikors promotur. L-imsemmi valur għandu fi kwalunkwe każ jiġi kkalkolat skont ir-regoli stabbiliti fid-dispożizzjonijiet preċedenti.</ALINEA><ALINEA>Il-bidla fil-valur tal-beni li jkunu s-suġġett tat-tilwima, li sseħħ wara l-preżentata tar-rikors, ma għandha twassal għal ebda bidla fil-valur tat-tilwima u lanqas fit-tip ta’ proċedura.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="253.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-valur tat-tilwima għandu jiġi indikat b’mod ċar u preċiż. Madankollu, dan il-valur jista’ jiġi indikat f’forma relattiva jekk ir-rikorrent jiġġustifika fil-forma korretta u debita li l-interess ekonomiku tat-tilwima huwa minn tal-inqas ugwali għall-valur minimu li jikkorrispondi għall-proċedura ordinarja jew ma jaqbiżx l-ammont massimu ffissat għall-proċedura sommarja<?PAGE NO="4"?> (<HT TYPE="ITALIC">juicio verbal</HT>). Ir-rikorrent fl-ebda każ ma jista’ sempliċement jindika t-tip ta’ proċedura li għandha tiġi segwita, u lanqas ma jista’ jgħaddi fuq il-konvenut il-kompitu li jiddetermina l-valur tat-tilwima.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="253.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta r-rikorrent ma jkunx jista’ jiddetermina l-valur tat-tilwima, lanqas f’forma relattiva, għaliex is-suġġett ma jkollux interess ekonomiku, għaliex dan l-interess ma jkun jista’ jiġi kkalkolat skont ebda waħda mir-regoli legali għad-determinazzjoni tal-valur tat-tilwima jew għaliex, minkejja li teżisti regola ta’ kalkolu applikabbli, il-valur tat-tilwima ma setax jiġi ddeterminat fil-mument tal-preżentata tar-rikors, dan għandu jiġi ttrattat skont il-modalitajiet tal-proċedura ordinarja.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 394(3) tal-LEC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Meta, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, il-parti li titlef tiġi kkundannata għall-ispejjeż, hija tista’ tkun obbligata tħallas biss, mis-somma li tikkorrispondi għar-remunerazzjoni tal-avukati jew ta’ professjonijiet oħra mhux suġġetti għal tariffa ta’ spejjeż jew onorarji, ammont totali li ma jaqbiżx terz tal-ammont ikkonċernat mit-tilwima, għal kull waħda mill-partijiet fit-tilwima li jkunu kisbu tali deċiżjoni favur tagħhom. Għal dan il-għan biss, il-kapijiet ta’ talba li ma jkunux jistgħu jiġu stmati għandhom jingħataw valur ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">18000</FT>, sakemm, minħabba l-kumplessità tal-kawża, il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 411 tal-LEC huwa fformulat b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-ebda waħda mill-bidliet li jseħħu wara l-ftuħ tal-proċedura u li jkunu marbuta mad-domiċilju tal-partijiet, mal-oġġett kontenzjuż u mas-suġġett tat-tilwima ma timmodifika l-ġurisdizzjoni u l-kompetenza, li jiġu ddeterminati skont l-elementi prodotti fil-mument tal-preżentata tar-rikors.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑tilwima fil‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20080425">25 ta’ April 2008</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u Caixabank ikkonkludew kuntratt ta’ self, flimkien ma’ garanzija ipotekarja, għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">159000</FT> iddenominat f’munita barranija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul is-sena 2016, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqu, quddiem il-qorti tar-rinviju, talba intiża għall-konstatazzjoni tan-nullità parzjali ta’ dan il-kuntratt, billi invokaw in-natura inġusta tal-klawżoli dwar ir-rimbors f’munita barranija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’din it-talba, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali indikaw li, anki jekk, fid-data tat-tressiq ta’ din it-talba, il-bilanċ li kien għadu dovut kien ta’ EUR 127 269.15, l-ammont tal-imsemmija talba kellu jitqies li kien indeterminat. Fil-fatt, peress li t-talba inkwistjoni kienet intiża għall-annullament tal-klawżoli dwar ir-rimbors tas-self, l-ammont effettiv tagħha seta’ jiġi kkalkolat biss fil-fażi ta’ eżekuzzjoni tal-eventwali deċiżjoni li tilqa’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tad‑<DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, il-qorti tar-rinviju laqgħet it-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali filwaqt li kkonstatat in-nullità tal-klawżoli tal-kuntratt dwar ir-rimbors f’munita barranija u ordnat li jiġi kkalkolat mill-ġdid il-bilanċ li kien għadu dovut billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-ammont li kien ikun diġà ġie rrimborsat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali li kieku l-ħlasijiet mensili diġà mħallsa kienu tħallsu f’euro, u mhux f’munita barranija. Peress li Caixabank tilfet il-kawża, hija ġiet ikkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>, ir-reġistratur stabbilixxa l-valur tat-tilwima, fir-rigward tal-ispejjeż, bħala EUR <FT TYPE="NUMBER">30000</FT> għall-finijiet tal-kalkolu tal-onorarji tal-avukat, konformement mal-kriterju 15 tal-kriterji ta’ gwida tal-Kamra tal-Avukati ta’ Barcelona (Spanja), u bħala EUR <FT TYPE="NUMBER">18000</FT> għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż ta’ prokuratur legali, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 394(3) tal-LEC. Barra minn hekk, skont din l-aħħar dispożizzjoni, l-ammont totali tal-onorarji tal-avukat li għalihom tista’ tinżamm responsabbli l-parti kkundannata għall-ispejjeż ma jistax jaqbeż terz tal-ammont li jkun is-suġġett tat-tilwima, jiġifieri, f’dan il-każ, EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, filwaqt li, min-naħa tagħhom, il-prokuraturi legali huma suġġetti għal tariffa speċifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors għal reviżjoni kontra d-deċiżjoni tar-reġistratur tal‑<DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>, li fil-kuntest tiegħu l-qorti tar-rinviju ressqet dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari peress li għandha dubji dwar il-konformità mad-Direttiva 93/13 tal-leġiżlazzjoni Spanjola fil-qasam tal-kalkolu tal-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiċċita sentenza tal-Audiencia Provincial de Barcelona (il-Qorti Provinċjali ta’ Barcelona, Spanja) tal‑<DATE ISO="20110215">15 ta’ Frar 2011</DATE> (ES:APB:2011:1791), li ssemmi l-ġurisprudenza rilevanti tat-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja) u tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija sentenza, minn naħa, minn ġurisprudenza stabbilita tat-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali) jirriżulta li l-valur tat-tilwima, kif stabbilit fit-talba ma jista’ jkun suġġett għal ebda bidla sussegwenti, inkluż fil-livelli ta’ ġurisdizzjoni sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-istess sentenza, minn ġurisprudenza stabbilita tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) jirriżulta li l-valur tat-tilwima, fl-assenza ta’ kontroversja bejn il-partijiet, għandu jiġi ffissat b’mod definittiv fit-talba u fir-risposta b’tali mod li l-partijiet ma jistgħux jibdlu dan il-valur fil-każ ta’ rikors jew meta jikkontestaw il-kalkolu tal-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, id-deċiżjoni tar-reġistratur tal‑<DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE> applikat din il-ġurisprudenza stabbilita tat-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali) u tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tindika li teżisti linja oħra fil-ġurisprudenza nazzjonali li tipprovdi li, indipendentement mill-valur tat-tilwima, l-onorarji tal-avukat għandhom jiġu kkalkolati skont il-valur ekonomiku reali tagħhom u skont ix-xogħol imwettaq mill-professjonist ikkonċernat. Hija tiċċita, f’dan ir-rigward, sentenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tal‑<DATE ISO="20011005">5 ta’ Ottubru 2001</DATE> (ES:TS:2001:7567).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Juzgado de Primera Instancia n<HT TYPE="SUP">o</HT> 49 de Barcelona (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 49 ta’ Barcelona, Spanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni ġurisprudenzjali tal-Artikolu 251, tal-Artikolu 394(3) u tal-Artikolu 411 tal-[LEC] magħmula fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>, skont liema l-valur tat-tilwima huwa assimilat għall-interess ekonomiku tat-tilwima u, għaldaqstant, iwassal għal tnaqqis tal-onorarja li l-konsumatur ħallas lill-avukat tiegħu, abbażi ta’ somma fissa (EUR <FT TYPE="NUMBER">18000</FT>), iddeterminata mil-liġi unikament meta l-valur tat-tilwima ma jkunx jista’ jiġi stmat u mhux meta l-imsemmi valur ma huwiex iddeterminat, hija kuntrarja għall-Artikolu 6(1) u għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [93/13], sa fejn il-konsumatur ma jistax jerġa’ jitqiegħed<?PAGE NO="6"?> fis-sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi li kien isib ruħu fiha li kieku din il-klawżola ma kinitx teżisti, minkejja d-dikjarazzjoni ġudizzjarja, favur tiegħu, tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola, u minħabba n-nuqqas ta’ tħassir ta’ kundizzjoni proċedurali mhux raġonevoli marbuta ma’ limitazzjoni tal-ispejjeż, tħassir li jiggarantixxi lill-konsumatur il-mezzi l-iktar xierqa u l-iktar effettivi għall-finijiet tal-eżerċizzju leġittimu tad-drittijiet tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 394(3) tal-LEC huwa, bħala tali, kuntrarju għall-Artikolu 6(1) u għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [93/13] u jrendi impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ġudizzjarju tad-drittijiet li l-imsemmija direttiva tagħti lill-konsumaturi, fid-dawl tal-limitazzjoni li dan l-artikolu jimponi fuq il-konsumatur, li għandu jsostni parti mill-ispejjeż rispettivi tiegħu u li ma jistax jerġa’ jitqiegħed fis-sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi li kien isib ruħu fiha li kieku din il-klawżola ma kinitx teżisti, minkejja d-dikjarazzjoni ġudizzjarja, favur tiegħu, tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola, u minħabba n-nuqqas ta’ tħassir ta’ kundizzjoni proċedurali mhux raġonevoli marbuta ma’ limitazzjoni tal-ispejjeż, tħassir li jiggarantixxi lill-konsumatur il-mezzi l-iktar xierqa u l-iktar effettivi għall-finijiet tal-eżerċizzju leġittimu tad-drittijiet tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Caixabank u l-Gvern Spanjol jikkontestaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni dwar iż-żewġ domandi preliminari. Fil-fatt, huma jqisu, essenzjalment, li d-Direttiva 93/13 ma hijiex applikabbli peress li l-proċedura dwar l-eżami tal-klawżola kuntrattwali inkwistjoni fil-kawża prinċipali diġà ntemmet permezz ta’ sentenza li kkonstatat in-natura inġusta tagħha u peress li din it-talba għal deċiżjoni preliminari qiegħda ssir fil-kuntest ta’ proċedura, anċillari, għall-intaxxar tal-ispejjeż li l-kalkolu tal-ammont tagħhom jaqa’ esklużivament taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa minnu li s-sistema għall-intaxxar tal-ispejjeż inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi proċedura speċifika quddiem il-qrati nazzjonali u għalhekk taqa’, bħala prinċipju, taħt id-dritt proċedurali Spanjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-proċedura għall-intaxxar tal-ispejjeż, li fil-kuntest tagħha tressqet din it-talba għal deċiżjoni preliminari, hija intrinsikament marbuta ma’ u anċillari għall-proċedura ġudizzjarja li wasslet għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali. Għaldaqstant, Caixabank u l-Gvern Spanjol ma jistgħux jeċċepixxu l-inapplikabbiltà tad-Direttiva 93/13 peress li huwa meħtieġ li jiġi vverifikat li s-sistema għall-intaxxar tal-ispejjeż inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex ta’ natura li, minħabba l-ispejjeż li azzjoni legali tista’ timplika għalihom, tiddiswadi lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-dritt għal protezzjoni effettiva meħtieġa mill-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-klawżoli kuntrattwali inġusti (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Caixabank u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/19 u C‑259/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:578">EU:C:2020:578</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Caixabank u l-Gvern Spanjol jeċċepixxu wkoll l-inammissibbiltà tad-domandi preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huma jsostnu, essenzjalment, li d-deċiżjoni tar-rinviju ma fihiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li l-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ sabiex tagħti risposta utli għad-domandi magħmula. Huma jżidu li d-deċiżjoni tar-rinviju la tindika liema ammont ta’ onorarji ntalab mingħand ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u lanqas is-somma effettivament imħallsa minnhom f’dan ir-rigward. Peress li Caixabank aċċettat li tħallas is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">7018</FT>, jiġifieri ammont ogħla mill-ammont fiss ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1200</FT> previst fil-ftehim ta’ onorarji, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għandhom għalhekk jitqiesu bħala kompletament irrimborsati għall-ispejjeż tagħhom u d-domandi preliminari għandhom jitqiesu li huma ipotetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, Caixabank u l-Gvern Spanjol jinvokaw l-eżistenza ta’ kontradizzjoni fir-rigward tal-ammont li jservi bħala bażi għall-kalkolu tal-onorarji tal-avukat li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jistgħu jiksbu r-rimbors tagħhom. Huma jsostnu, f’dan ir-rigward, li hemm differenza bejn il-formulazzjoni tal-ewwel domanda u l-kontenut tad-deċiżjoni tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Gvern Spanjol iqajjem l-inammissibbiltà tal-ewwel domanda sa fejn tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 411 tal-LEC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha tkun tressqet it-tilwima u li jkollha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li ser tingħata, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, meta d-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tagħti deċiżjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Sumal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑882/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:800">EU:C:2021:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest regolamentari u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Sumal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑882/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:800">EU:C:2021:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitataa).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minħabba l-ispirtu ta’ kooperazzjoni li jiggwida r-relazzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, l-assenza ta’ ċerti konstatazzjonijiet magħmula minn qabel mill-qorti tar-rinviju ma twassalx neċessarjament għall-inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari jekk, minkejja dawn in-nuqqasijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tal-elementi li jirriżultaw mill-proċess, tqis li tkun f’pożizzjoni li tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Comida parallela 12</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:875">EU:C:2019:875</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel, li l-qorti tar-rinviju għamlet, fid-domandi preliminari tagħha, il-premessa fattwali li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jinsabu f’sitwazzjoni fejn għandhom iħallsu l-parti tal-onorarji mitluba mill-avukat tagħhom li teċċedi l-ammont tal-onorarji rrimborsati minn Caixabank. Għaldaqstant, id-domandi preliminari ma jidhrux li huma ipotetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-qorti tar-rinviju ma indikatx l-elementi kollha li għalihom tirreferi Caixabank, id-deskrizzjoni tal-fatti li tinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju hija suffiċjenti sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta utli għad-domandi preliminari. Huwa b’dan il-mod li l-qorti tar-rinviju tispeċifika, b’mod partikolari, id-dannu finanzjarju li jġarrbu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali bl-applikazzjoni tas-sistema għall-intaxxar tal-ispejjeż inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif tfakkar fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tat-tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn il-qrati tal-Unjoni u l-qrati nazzjonali, il-kuntest fattwali u regolamentari tad-domandi preliminari, kif iddefinit fid-deċiżjoni tar-rinviju. Għaldaqstant, irrispettivament mill-kritika espressa minn Caixabank u mill-Gvern Spanjol fil-konfront tal-evalwazzjonijiet fattwali tal-qorti tar-rinviju, l-eżami ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jsir abbażi tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>A. P. (Miżuri ta’ probation)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:237">EU:C:2020:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni, anki jekk jitqies li teżisti kontradizzjoni fir-rigward tal-ammont li jservi bħala bażi għall-kalkolu tal-onorarji tal-avukat li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jistgħu jiksbu r-rimbors tagħhom, dan l-ammont ma huwiex deċiżiv sabiex tingħata risposta għall-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni tas-sistema għall-intaxxar tal-ispejjeż li hija inkwistjoni fit-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tielet, fir-rigward tal-argumenti mressqa mill-Gvern Spanjol insostenn tal-inammissibbiltà tal-ewwel domanda sa fejn tirrigwarda l-Artikolu 411 tal-LEC, jidher, kif ikkonstata l-Avukat Ġenerali fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tiegħu, li dawn l-argumenti jirrigwardaw il-mertu u mhux l-ammissibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, għandu jitqies li d-domandi preliminari huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-kuntest tal-intaxxar tal-ispejjeż marbuta ma’ rikors dwar in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, limitu massimu applikabbli għall-onorarji tal-avukat li jistgħu jinġabru, mill-konsumatur li rebaħ il-kawża fuq il-mertu, mingħand il-bejjiegħ jew fornitur li jkun ġie kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li klawżola kuntrattwali li tkun ġiet iddikjarata inġusta għandha titqies, bħala prinċipju, daqslikieku qatt ma eżistiet, b’tali mod li ma jista’ jkollha ebda effett fil-konfront tal-konsumatur. Għaldaqstant, bħala prinċipju, il-konstatazzjoni ġudizzjarja tan-natura inġusta ta’ tali klawżola għandu jkollha l-konsegwenza li tistabbilixxi mill-ġdid lill-konsumatur fis-sitwazzjoni legali u fattwali li kien ikun fiha fl-assenza tal-imsemmija klawżola inġusta (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża prinċipali, il-klawżola tal-kuntratt dwar ir-rimbors tas-self f’munita barranija, li l-konsumaturi kkonċernati kienu qegħdin jitolbu l-annullament tagħha, ġiet iddikjarata inġusta u li l-istabbiliment bankarju inkwistjoni ġie kkundannat jikkalkola mill-ġdid il-bilanċ li kien baqa’ dovut billi jieħu inkunsiderazzjoni l-ammont li kien diġà jiġi rrimborsat minnhom li kieku l-ħlasijiet mensili diġà mħallsa kienu tħallsu f’euro, u mhux f’munita barranija. Għaldaqstant, fir-rigward tas-self li kien ġie konkluż mill-konsumaturi kkonċernati, dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ġew stabbiliti mill-ġdid fis-sitwazzjoni legali u fattwali li kienu jinsabu fiha fl-assenza tal-klawżola ddikjarata inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, huwa fir-rigward tal-intaxxar tal-ispejjeż, li huwa s-suġġett ta’ proċedura anċilllari, li l-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, li r-regoli relatati mal-intaxxar tal-ispejjeż fil-kawżi ċivili jikkostitwixxu regoli proċedurali li ma humiex previsti, fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma’ proċedura intiża sabiex tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, fid-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni f’dan il-qasam, il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi, prevista fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku intern tal-Istati Membri skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar. Madankollu, dawn il-modalitajiet ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas ma għandhom ikunu applikati b’mod li fil-prattika jagħmel l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill‑ordinament ġuridiku tal-Unjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli (prinċipju ta’ effettività). Minn dan jirriżulta li t-tqassim tal-ispejjeż ta’ proċedura ġudizzjarja quddiem il-qrati nazzjonali jaqa’ taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Caixabank u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/19 u C‑259/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:578">EU:C:2020:578</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, li huwa l-uniku prinċipju inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kull każ li fih tqum il-kwistjoni ta’ jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tagħmilx impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi analizzat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha, quddiem il-varji istanzi nazzjonali. F’din il-perspettiva, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħalma huma l-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Addiko Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑407/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:537">EU:C:2019:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-Direttiva 93/13 tagħti d-dritt lill-konsumatur li jersaq quddiem qorti sabiex tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali u sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tagħha. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jekk il-mod kif jitqassmu l-ispejjeż ta’ tali proċedura jkun jiddependi biss mis-somom imħalllsa indebitament li jkun ġie ordnat il-ħlas lura tagħhom, dan ikun ta’ natura li jiddiswadi lill-konsumatur milli jeżerċita l-imsemmi dritt minħabba l-ispejjeż li tista’ timplika azzjoni legali. Minn dan hija kkonkludiet li l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema li tippermetti li parti mill-ispejjeż proċedurali tiġi imposta fuq il-konsumatur skont il-livell tas-somom imħallsa indebitament li jitħallsu lura lilu wara l-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali minħabba n-natura inġusta tagħha, peress li tali sistema toħloq ostakolu sostanzjali li jista’ jiskoraġġixxi lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv tan-natura potenzjalment inġusta tal-klawżoli kuntrattwali mogħti mill-imsemmija direttiva (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Caixabank u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/19 u C‑259/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:578">EU:C:2020:578</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, għandha ssir distinzjoni bejn din is-sitwazzjoni legali u dik fejn, bħal fil-kawża prinċipali, l-ispejjeż jiġu imposti esklużivament fuq il-bejjiegħ jew fornitur li jkun ikkonkluda kuntratt mal-konsumatur li jkun kiseb l-annullament ta’ klawżola inġusta, iżda b’limitazzjoni, iddeterminata mill-valur tat-tilwima, tal-ammont massimu tal-ispejjeż li dan il-konsumatur jista’ jikseb ir-rimbors tagħhom mill-parti kontraenti l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-prinċipju ta’ effettività ma jipprekludix, b’mod ġenerali, li konsumatur ibati ċerti spejjeż legali meta jippreżenta rikors intiż sabiex tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali. Barra minn hekk, ma jistax jiġi kkontestat li l-onorarji tal-avukat jikkostitwixxu ġeneralment parti sostanzjali tal-ispejjeż sostnuti mill-konsumatur fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, ma huwiex kuntrarju għall-prinċipju ta’ effettività li l-konsumatur li jkun rebaħ il-kawża ma jiġix irrimborsat, mill-parti li titlef, għall-onorarji kollha tal-avukat li huwa jkun ħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-konsumatur ikun għażel l-avukat li jkun qabbad sabiex jiddefendih, u peress li jkun ftiehem miegħu l-onorarji dovuti lilu, ma jistax jiġi eskluż li dawn l-ispejjeż legali jirriżultaw eċċessivi minħabba onorarji għoljin iktar minn dawk abitwali li jkunu ġew miftiehma bejn il-parti li tkun rebħet il-kawża u l-avukat tagħha. F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li leġiżlazzjoni li tipprevedi tariffi fissi għar-rimbors tal-onorarji tal-avukat tista’, bħala prinċipju, tkun iġġustifikata kemm-il darba tkun intiża li tiżgura n-natura raġonevoli tal-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborsati, fid-dawl ta’ fatturi bħalma huma s-suġġett tal-tilwima, l-ammont tagħha jew il-ħidma li għandha titwettaq għad-difiża tad-dritt ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi enfasizzat li modalitajiet proċedurali li jimplikaw spejjeż għoljin wisq għall-konsumatur jista’ jkollhom bħala konsegwenza li dan jiġi dissważ milli jressaq azzjoni ġudizzjarja, fid-dawl tal-ispejjeż li timplika azzjoni ġudizzjarja meta mqabbla mal-ammont tad-dejn ikkontestat, jew milli jintervjeni, b’mod utli, fid-difiża tad-drittijiet tiegħu quddiem il-qorti adita mill-bejjiegħ jew fornitur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:711">EU:C:2018:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aqua Med</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:282">EU:C:2019:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-ispejjeż legali li l-konsumatur li rebaħ il-kawża għandu jkun jista’ jikseb ir-rimbors tagħhom, mill-parti li tkun titlef il-kawża, għandhom għaldaqstant ikunu ta’ ammont suffiċjenti meta mqabbel mal-ispiża totali tal-proċedura ġudizzjarja sabiex minn dan ma jirriżultax effett dissważiv fir-rigward tal-implimentazzjoni, minn dan il-konsumatur, tal-protezzjoni ġudizzjarja mogħtija lilu mid-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk fil-kuntest tal-awtonomija proċedurali tagħhom jipprevedu sistema għar-rimbors tal-onorarji tal-avukat li tinkludi limitu fir-rigward tal-ammont li għandu jitħallas mill-bejjiegħ jew fornitur ikkundannat għall-ispejjeż, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu limitu li jippermetti lill-konsumatur jiġi rrimborsat għall-ispejjeż li jkun sostna sa ammont raġonevoli u proporzjonat għall-ispejjeż ta’ proċedura ġudizzjarja dwar in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>B’hekk, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-kuntest tal-intaxxar tal-ispejjeż marbuta ma’ rikors dwar in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, limitu massimu applikabbli għall-onorarji tal-avukat li jistgħu jinġabru mill-konsumatur li rebaħ il-kawża fuq il-mertu mingħand il-bejjiegħ jew fornitur li jkun ġie kkundannat għall-ispejjeż, kemm-il darba dan il-limitu massimu jippermetti lill-konsumatur jikseb, f’dan ir-rigward, ir-rimbors ta’ ammont raġonevoli u proporzjonat meta mqabbel mal-ispejjeż li huwa oġġettivament kellu jsostni sabiex jippreżenta tali rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-valur tat-tilwima, li jikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru mill-konsumatur li rebaħ il-kawża fil-kuntest ta’ rikors relatat ma’ klawżola kuntrattwali inġusta, għandu jiġi ddeterminat fir-rikors jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandu jiġi stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni, mingħajr ma din l-informazzjoni tista’ tiġi mibdula sussegwentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, skont il-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprovdi li l-ammont li għandu jiġi rrimborsat, b’mod partikolari bħala remunerazzjoni tal-avukati, mill-parti li ġiet ikkundannata għall-ispejjeż ma jistax jeċċedi terz tal-valur tat-tilwima. Skont l-Artikolu 253 tal-LEC, dan il-valur għandu jissemma fir-rikors promotur. Barra minn hekk, mill-Artikolu 251 tal-LEC jirriżulta li jekk tintalab somma flus, il-valur tat-tilwima, fl-assenza ta’ determinazzjoni ta’ din is-somma, għandu jitqies li huwa ta’ ammont indeterminat. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 394(3) tal-LEC jipprevedi li, għall-finijiet biss tal-kalkolu tas-somma li l-parti kkundannata għall-ispejjeż tista’ tkun obbligata tħallas bħala remunerazzjoni tal-avukati, il-kapijiet tat-talba li ma jistgħux jiġu stmati għandhom jingħataw valur ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">18000</FT>, sakemm, minħabba l-kumplessità tal-kawża, il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, għandu għalhekk jiġi osservat li l-valur tat-tilwima ma jidhirx li huwa iffriżat peress li jista’ jinbidel mir-reġistratur tal-qorti kompetenti u l-qorti li fl-aħħar mill-aħħar tkun responsabbli għall-intaxxar tal-ispejjeż minħabba l-kumplessità<?PAGE NO="12"?> tal-kawża inkwistjoni. F’dan ir-rigward, mill-elementi li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, filwaqt li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma kinux ġew iddeterminati fir-rikors promotur tagħhom il-valur tat-tilwima, dan ġie sussegwentement iffissat, fil-proċedura anċillari għall-intaxxar tal-ispejjeż, għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">30000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat, kif diġà tfakkar fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, li l-protezzjoni tad-drittijiet li l-konsumatur jislet mid-Direttiva 93/13 għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività li l-osservanza tiegħu, mill-Istati Membri, għandha tiġi analizzata b’mod partikolari billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, id-determinazzjoni tal-valur tat-tilwima sa mill-preżentata tar-rikors promotur jidher li hija konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 76 tal-konklużjonijiet tiegħu, permezz ta’ tali determinazzjoni l-partijiet fil-proċedura jkunu jistgħu jkunu jafu, sa mill-ftuħ ta’ din il-proċedura, l-ispiża ekonomika potenzjali tat-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-ammont tal-ispejjeż li l-konsumatur jista’ jitlob ir-rimbors tagħhom, fir-rigward tal-onorarji tal-avukat sostnuti, mingħand il-parti li tilfet il-kawża, ma jidhirx li huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ effettività li, skont il-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li l-valur tat-tilwima ma jistax jinbidel matul il-proċedura ġudizzjarja, peress li huwa fl-aħħar tal-proċedura li għandu jiġi żgurat ir-rimbors effettiv tal-ispejjeż sostnuti mill-konsumatur billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-ammont tal-onorarji li, fid-dawl tal-valur assenjat lit-tilwima, jista’ jitlob ir-rimbors tagħhom mingħand il-bejjiegħ jew fornitur ikkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Issa, f’dan ir-rigward, fil-punti 62 u 64 ta’ din is-sentenza diġà ġie enfasizzat li l-effettività tal-protezzjoni mixtieqa mid-Direttiva 93/13 għandha tiġi żgurata permezz tal-garanzija, għall-konsumaturi, li jiġu rrimborsati l-ispejjeż li jkunu sostnew sa ammont raġonevoli u proporzjonat għall-ispejjeż tal-onorarji tal-avukat fi proċedura ġudizzjarja għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali. Għaldaqstant, hija l-qorti nazzjonali li fl-aħħar mill-aħħar hija responsabbli għall-intaxxar tal-ispejjeż li għandha tiżgura li r-regoli nazzjonali inkwistjoni ma jirrendux impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju, mill-konsumatur, tad-drittijiet li huwa jislet minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-iffissar tal-valur tat-tilwima bħala EUR <FT TYPE="NUMBER">30000</FT> fil-kuntest tal-intaxxar tal-ispejjeż huwa ta’ natura li juri li r-reġistratur tal-qorti kompetenti, taħt l-istħarriġ tal-qorti li fl-aħħar mill-aħħar hija kompetenti, għandu l-marġni ta’ diskrezzjoni meħtieġ sabiex jevalwa l-valur tat-tilwima kkonċernata filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni li l-limitu massimu legali tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru huwa stabbilit għal terz ta’ dan il-valur. Hija l-qorti nazzjonali li fl-aħħar mil-aħħar hija kompetenti fir-rigward tal-intaxxar tal-ispejjeż li għandha tiżgura, matul dawn il-kalkoli, li l-ispejjeż li għandhom effettivament jiġu rrimborsati fid-dawl ta’ dan il-limitu massimu legali jikkorrispondu għal ammont raġonevoli u proporzjonat meta mqabbel mal-ispejjeż tal-avukat li l-konsumatur kellu oġġettivament isostni sabiex jippreżenta r-rikors inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-valur tat-tilwima, li jikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru mill-konsumatur li rebaħ il-kawża fil-kuntest ta’ rikors relatat ma’ klawżola kuntrattwali inġusta, għandu jiġi ddeterminat fir-rikors jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandu jiġi stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni, mingħajr ma din l-informazzjoni tista’ tiġi mibdula<?PAGE NO="13"?> sussegwentement, kemm-il darba l-qorti fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-intaxxar tal-ispejjeż tibqa’ libera li tiddetermina l-valur reali tat-tilwima għall-konsumatur billi tiżgura li dan jibbenefika mid-dritt għar-rimbors ta’ ammont raġonevoli u proporzjonat meta mqabbel mal-ispejjeż li huwa oġġettivament kellu jsostni sabiex jippreżenta tali rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-kuntest tal-intaxxar tal-ispejjeż marbuta ma’ rikors dwar in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, limitu massimu applikabbli għall-onorarji tal-avukat li jistgħu jinġabru mill-konsumatur li rebaħ il-kawża fuq il-mertu mingħand il-bejjiegħ jew fornitur li jkun ġie kkundannat għall-ispejjeż, kemm-il darba dan il-limitu massimu jippermetti lill-konsumatur jikseb, f’dan ir-rigward, ir-rimbors ta’ ammont raġonevoli u proporzjonat meta mqabbel mal-ispejjeż li huwa oġġettivament kellu jsostni sabiex jippreżenta tali rikors.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-valur tat-tilwima, li jikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru mill-konsumatur li rebaħ il-kawża fil-kuntest ta’ rikors relatat ma’ klawżola kuntrattwali inġusta, għandu jiġi ddeterminat fir-rikors jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandu jiġi stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni, mingħajr ma din l-informazzjoni tista’ tiġi mibdula sussegwentement, kemm-il darba l-qorti fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-intaxxar tal-ispejjeż tibqa’ libera li tiddetermina l-valur reali tat-tilwima għall-konsumatur billi tiżgura li dan jibbenefika mid-dritt għar-rimbors ta’ ammont raġonevoli u proporzjonat meta mqabbel mal-ispejjeż li huwa oġġettivament kellu jsostni sabiex jippreżenta tali rikors.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>