2007R0989 — MT — 13.09.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 989/2007

tat-23 ta’ Awwissu 2007

li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))

(ĠU L 219, 24.8.2007, p.7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 192/2008 tad-29 ta’ Frar 2008

  L 57

11

1.3.2008




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 989/2007

tat-23 ta’ Awwissu 2007

li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-ħarsien ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ( 1 ), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Franza għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Barèges-Gavarnie” u t-talba tar-Repubblika Ċeka għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Hořické trubičky” ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ( 2 ).

(2)

Billi ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiġu introdotti fit-reġistru.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu rreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

1.   Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

▼M1

Klassi 1.1. —   Laħam (u l-ġewwieni) frisk(i)

▼B

FRANZA

Barèges-Gavarnie (DPO)

2.   Oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament

Klassi 2.4 —   Ħobż, prodotti ta’ l-għaġina, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Hořické trubičky (IĠP)



( 1 ) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

( 2 ) ĠU C 279, 17.11.2006, p. 9 (Barèges-Gavarnie); ĠU C 280, 18.11.2006, p. 10 (Hořické trubičky).