|
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/145 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/635
tas-16 ta’ April 2021
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 1256/2008 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), mir-Russja, mit-Tajlandja u mill-Ukrajna (“il-miżuri oriġinali”). Il-miżuri kellhom il-forma ta’ dazju ad valorem li jvarja minn 10,1 % sa 90,6 %. |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/110 (3), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-RPĊ u mir-Russja u temmet il-proċediment għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukrajna, wara rieżami ta’ skadenza (minn hawn ’il quddiem “ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
|
(3) |
Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ għandhom rati ta’ 10,1 % u 16,8 % fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-Russja, 20,5 % fuq il-kumpaniji l-oħra kollha fir-Russja, 90,6 % fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ u 38,1 % fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi kollha fil-Belarussja. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (4), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fil-25 ta’ Ottubru 2019 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tat-tubi tal-azzar iwweldjati tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) li qed jaġixxi f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal- produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(6) |
Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fl-24 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-RPĊ u mir-Russja (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(7) |
L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminar tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(8) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lill-produtturi l-oħrajn magħrufa tal-Unjoni, lit-trade unions, lill-produtturi magħrufa fil-Belarussja, fir-RPĊ u fir-Russja u lill-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi, lill-importaturi, l-utenti u lin-negozjanti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(10) |
Fil-bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li jkollha tfittex kooperazzjoni tal-inqas ma’ esportatur produttur wieħed f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-Belarussja, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-awtoritajiet fil-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t’Isfel, il-Korea t’Isfel, it-Tajlandja, it-Turkija, l-Ukrajna u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-bidu u stiednet lill-produtturi esportaturi tagħhom biex jipparteċipaw. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw u jressqu preżentazzjonijiet f’dan ir-rigward (ara t-Taqsima 3.1.2 hawn taħt). |
|
(11) |
Wara d-divulgazzjoni, l-awtoritajiet tal-Belarussja argumentaw li fit-talba għal rieżami l-applikant ma weriex b’mod xieraq il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni qieset li t-talba għal rieżami kien fiha biżżejjed evidenza għall-bidu tal-investigazzjoni, kif spjegat fil-premessa (6). Barra minn hekk, kif spjegat fit-taqsima 3.1.2 u 5, l-investigazzjoni wriet il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Belarussja. |
|
(13) |
L-argument għaldaqstant ġie rrifjutat. |
1.5.1. Kampjunar
|
(14) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.5.2. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(15) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volumi ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li jiżgura firxa ġeografika tajba. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 40 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 38 % tal-volum ta’ bejgħ totali stmat tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-kampjun. Il-kampjun għalhekk tqis rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.5.3. Kampjunar tal-importaturi
|
(17) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(18) |
Ma kien hemm l-ebda importatur mhux relatat li pprovda l-informazzjoni mitluba. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni. |
1.5.4. Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati
|
(19) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħdu kampjuni u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fil-Belarussja, fir-RPĊ u fir-Russja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Unjoni Ewropea, lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea u lill-Missjoni tal-Federazzjoni Russa għall-Unjoni Ewropea sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħra, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(20) |
Tliet produtturi esportaturi mill-Belarussja pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ produtturi li ppreżentaw ruħhom, il-Kummissjoni qieset li ma kienx meħtieġ kampjunar. Għalhekk, it-tliet produtturi esportaturi ntalbu jimlew il-kwestjonarju maħsub għall-produtturi esportaturi. |
|
(21) |
Żewġ produtturi esportaturi mir-Russja ppreżentaw ruħhom, filwaqt li esprimew ir-rieda tagħhom li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minħabba l-għadd żgħir ta’ produtturi li ppreżentaw ruħhom, il-Kummissjoni qieset li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Iż-żewġ produtturi esportaturi ntalbu jimlew il-kwestjonarju maħsub għall-produtturi esportaturi. |
|
(22) |
L-ebda produttur mir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż fil-kampjun. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi u s-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(23) |
Kopji tal-kwestjonarji saru disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ meta nbeda l-każ. |
|
(24) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mingħand distributur wieħed fl-Unjoni. |
|
(25) |
Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu wkoll mit-tliet produtturi li kkooperaw fil-Belarussja filwaqt li wieħed biss miż-żewġ produtturi esportaturi Russi li ppreżentaw ruħhom fil-bidu pprovda tweġiba għall-kwestjonarju u kkoopera mal-proċediment. |
1.7. Verifika fuq il-post u kontroverifika mill-bogħod
|
(26) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni. |
|
(27) |
Qabel id-dħul fis-seħħ tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19, il-Kummissjoni għamlet żjara ta’ verifika fil-bini ta’ Arcelor Mittal Tubular Products fil-Polonja. Matul din iż-żjara ġew ivverifikati l-proċess tal-produzzjoni, il-materja prima użata u l-prodotti sekondarji miksuba. |
|
(28) |
Għall-verifika tal-informazzjoni u d-data l-oħra kollha meħtieġa, f’konformità mal-Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (6), saret kontroverifika mill-bogħod permezz ta’ vidjokonferenza mal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.8. Proċedura sussegwenti
|
(29) |
Fit-2 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm fis-seħħ id-dazji anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(30) |
Il-kummenti li għamlu erba’ partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. Ma waslet l-ebda talba għal smigħ. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(31) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri tubi u pajpijiet iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju, ta’ wiċċ ċirkolari u ta’ dijametru ta’ barra mhux aktar minn 168,3 mm, ħlief pajp tal-linja ta’ tip użat għal linji tal-pajpijiet għaż-żejt jew għall-gass, kejsing u tubi ta’ tip użat għat-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass, tubi ta’ preċiżjoni u tubi u pajpijiet b’fittings magħhom, tajbin għat-twassil ta’ gassijiet jew likwidi għall-użu f’inġenji tal-ajru ċivili, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7306 30 41, ex 7306 30 49, ex 7306 30 72 u ex 7306 30 77 (kodiċijiet TARIC 7306304120, 7306304920, 7306307280 u 7306307780) li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja (“il-prodott taħt rieżami” jew “WPT”). |
|
(32) |
Id-WPT jintużaw prinċipalment għat-trasport ta’ gassijiet u likwidi fil-plaming, fit-tisħin, fis-sistemi ta’ ventilazzjoni, eċċ. |
2.2. Prodott simili
|
(33) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(34) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING
|
(35) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ x’aktarx twassalx għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mill-Belarussja, mir-RPĊ jew mir-Russja. |
3.1. Il-Belarussja
3.1.1. Kontinwazzjoni ta’ dumping tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
|
(36) |
Kif imsemmi fil-premessa (25), tliet produtturi fil-Belarussja kkooperaw mal-investigazzjoni u pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, l-ebda wieħed mit-tliet produtturi ma rrapporta ammont sinifikanti ta’ bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-UE. Fil-fatt, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-Belarussja prattikament sparixxew meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri minn Lulju 2006 sa Ġunju 2007). Skont l-istatistika Comext (Eurostat), l-importazzjonijiet ta’ WPT mill-Belarussja ammontaw għal inqas minn 4 tunnellati fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ aktar minn 29 000 tunnellata matul l-investigazzjoni oriġinali. Matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti ġie nnotat livell baxx simili ta’ importazzjonijiet. |
|
(37) |
Fid-dawl tan-nuqqas virtwali ta’ importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-Belarussja, ma setgħet tinħareġ l-ebda konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping lejn l-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni investigat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
3.1.2. Probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu revokati
|
(38) |
Il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, f’każ li l-miżuri jiġu revokati. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-Belarussja; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fil-Belarussja; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
(a) Valur normali
|
(39) |
F’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, peress li l-Belarussja mhijiex membru tad-WTO u hija elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), il-valur normali għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(40) |
Wara l-bidu, il-Kummissjoni fittxet kooperazzjoni tal-inqas ma’ esportatur u produttur wieħed li jinsab f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali wieħed. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-awtoritajiet fi tmien pajjiżi magħrufa li jipproduċu l-azzar, jiġifieri l-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t’Isfel, il-Korea t’Isfel, it-Tajlandja, it-Turkija, l-Ukrajna u l-Istati Uniti. |
|
(41) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kooperazzjoni mill-pajjiżi msemmija hawn fuq; madankollu, hija rċeviet tweġiba waħda sħiħa għall-kwestjonarju, minn produttur li jinsab fir-Russja, li kien soġġett għall-istess investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni inizjalment qieset lir-Russja bħala għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv għall-Belarussja. |
|
(42) |
F’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-produtturi kkonċernati magħrufa kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati. |
|
(43) |
Madankollu, wara l-kontroverifika mill-bogħod, il-kooperazzjoni mill-produttur fir-Russja kienet meqjusa bħala insuffiċjenti (ara t-Taqsima 3.3.1 hawn taħt). Skont l-Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku, meta jintgħażel pajjiż rappreżentattiv xieraq, għandha titqies kif xieraq “kull informazzjoni kredibbli disponibbli fiż-żmien tal-għażla, u b’mod partikolari, il-kooperazzjoni minn tal-anqas esportatur u produttur wieħed f’dak il-pajjiż”. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni suffiċjenti minn kwalunkwe produttur tad-WPT Russu, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tinjora lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(44) |
B’konsegwenza ta’ dan, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur ieħor f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali, il-valur normali ġie ddeterminat abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa fl-Unjoni għall-prodott simili, għal kull tip ta’ prodott bażiku fuq bażi ex-works, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Ġew stabbiliti valuri normali separati għall-prodotti suwed u galvanizzati (8). |
|
(45) |
Wara d-divulgazzjoni, l-awtoritajiet tal-Belarussja argumentaw li l-Kummissjoni naqset milli turi li għażliet oħra għajr il-prezzijiet effettivament imħallsa fl-Unjoni għall-prodott simili ma kinux possibbli għad-determinazzjoni tal-valur normali. Fil-fehma tagħhom, il-Kummissjoni ma fittxitx b’mod attiv il-kooperazzjoni mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belarussi argumentaw li minflok il-prezzijiet tal-Unjoni l-Kummissjoni missha użat il-valur normali determinat għar-Russja jew, bħala alternattiva, id-data disponibbli tat-Tajlandja użata biex jinħadem il-valur normali għaċ-Ċina, kif deskritt hawn taħt fil-premessa (150). |
|
(46) |
Fir-rigward tal-ewwel punt il-Kummissjoni tikkonferma li kif spjegat fil-premessi (40) u (41) hawn fuq, hija fittxet b’mod attiv il-kooperazzjoni fi tmien pajjiżi rappreżentattivi potenzjali iżda ma rċeviet xejn. L-ittri mibgħuta mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward huma disponibbli fil-fajl miftuħ għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. |
|
(47) |
Fir-rigward tat-tieni punt, kif spjegat fil-premessa (43), ir-Russja ntgħażlet proviżorjament bħala pajjiż rappreżentattiv għall-Belarussja. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni suffiċjenti u informazzjoni affidabbli minn tal-inqas produttur esportatur wieħed, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda għażla ħlief li tinjora lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv. Fir-rigward tat-Tajlandja jrid jiġi nnotat li l-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-Belarussja, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, teħtieġ il-kooperazzjoni ta’ mill-inqas esportatur u produttur wieħed f’dak il-pajjiż. Min-naħa l-oħra, dan mhuwiex rekwiżit għall-kostruzzjoni tal-valur normali għaċ-Ċina skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, it-Tajlandja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-Belarussja skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
|
(48) |
L-affermazzjoni għaldaqstant ġiet irrifjutata. |
(b) Prezz tal-esportazzjoni
|
(49) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-ebda wieħed mill-produtturi li kkooperaw fil-Belarussja ma esporta l-prodott taħt rieżami lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra fi kwantitajiet sinifikanti. |
|
(50) |
Madankollu, peress li mill-istatistika tal-kummerċ tal-Belarussja dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet deher li l-prodott taħt rieżami kien fil-fatt esportat mill-Belarussja lejn pajjiżi terzi oħra fi kwantitajiet sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, ġie konkluż li l-ebda produttur li fil-fatt jesporta l-prodott taħt rieżami ma ppreżenta ruħu u kkoopera fl-investigazzjoni. |
|
(51) |
Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tal-Belarussja li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni sinifikanti mill-produtturi li fil-fatt esportaw il-prodott taħt rieżami, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tal-Belarussja. |
|
(52) |
Fil-kummenti tagħhom għall-applikazzjoni maħsuba tal-Artikolu 18, l-awtoritajiet Belarussi argumentaw li kien aktar xieraq li tintuża d-data pprovduta mit-tliet produtturi li kkooperaw minflok l-istatistika dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Barra minn hekk, huma affermaw u tennew l-affermazzjoni wara d-divulgazzjoni li l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) użati għall-valutazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami ma kinux xierqa. Fl-aħħar nett, huma argumentaw li l-Kummissjoni naqset milli tqis ir-riesportazzjonijiet peress li, fil-fehma tagħhom, l-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami lejn pajjiżi terzi (jiġifieri r-Russja) ammontaw għal 2 400 tunnellata u kienu jinkludu esportazzjonijiet magħmula minn kumpanija li tixtri l-prodott taħt rieżami fir-Russja, twettaq is-servizz ta’ galvanizzazzjoni u terġa’ tesportah lura. |
|
(53) |
Fir-rigward tal-ewwel affermazzjoni, il-Kummissjoni ċċarat li hi la kkontestat u lanqas injorat id-data tat-tliet produtturi Belarussi li kkooperaw. It-tliet kumpaniji sempliċiment ma esportawx kwantitajiet sinifikanti tal-prodott taħt rieżami li setgħu jintużaw mill-Kummissjoni biex tivvaluta l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
|
(54) |
Fir-rigward tat-tieni affermazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li kważi t-totalità tal-esportazzjonijiet Belarussi tal-prodott taħt rieżami saru lejn ir-Russja. Il-Kummissjoni wettqet kontroverifika tal-istatistika dwar l-esportazzjonijiet mill-Belarussja lejn ir-Russja (fil-livell ta’ tmien ċifri tas-SA) mal-importazzjonijiet lejn ir-Russja (fil-livell ta’ 10 ċifri tas-SA) abbażi tal-istatistika tal-Global Trade Atlas (“GTA”) (9). Il-Kummissjoni kkonfermat li l-prodott taħt rieżami jaqa’ fid-deskrizzjoni għall-kodiċijiet fil-livell ta’ tmien ċifri użati għall-esportazzjonijiet Belarussi kif ukoll taħt il-kodiċijiet fil-livell ta’ 10 ċifri użati għall-importazzjonijiet Russi. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni użat iċ-ċifri tal-importazzjonijiet Russi fil-livell ta’ 10 ċifri, peress li pprovdew informazzjoni aktar dettaljata dwar it-tipi differenti ta’ WPT. |
|
(55) |
Fir-rigward tat-tielet affermazzjoni, il-Kummissjoni nnotat tliet punti: l-ewwel nett, mill-informazzjoni miġbura, l-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-Belarussja lejn ir-Russja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ammontaw għal aktar minn 4 800 tunnellata. It-tieni, il-kwantitajiet tal-esportazzjoni tal-prodott galvanizzat ammontaw għal inqas minn 1 000 tunnellata, skont l-istess sorsi. Fl-aħħar, il-fatt li ma kienx hemm kooperazzjoni mill-produttur riesportatur imsemmi mill-awtoritajiet Belarussi ġġustifika l-valutazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi fil-Belarussja li jesportaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkunsidrat. |
|
(56) |
Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati. |
|
(57) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-prezz probabbli tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-fatti disponibbli. B’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet tal-bejgħ lil pajjiżi terzi ġew iddeterminati abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet fir-Russja fil-Global Trade Atlas (“GTA”), ir-rapporti tal-Bank Dinji (10) u l-OECD (11). |
|
(58) |
B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni identifikat l-akbar importatur ta’ WPT mill-Belarussja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri r-Russja, li tassorbi 92 % tal-esportazzjonijiet Belarussi tal-prodott taħt rieżami. Il-kwantitajiet esportati lejn pajjiżi terzi oħra minbarra r-Russja kienu negliġibbli u għalhekk tqiesu li mhumiex rappreżentattivi. |
|
(59) |
Il-valur tal-importazzjoni fir-Russja ġie rrapportat fil-livell CIF. Għalhekk, il-Kummissjoni aġġustat il-prezzijiet rapportati biex tikkalkula l-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ex-works billi naqqset il-kost tat-trasport domestiku fil-Belarussja (12). Ġew stabbiliti prezzijiet probabbli tal-esportazzjoni separati għall-prodotti suwed u galvanizzati. |
(c) Tqabbil
|
(60) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezzijiet probabbli tal-esportazzjoni lejn ir-Russja fuq bażi ex-works. Minħabba li l-esportazzjonijiet ta’ prodotti galvanizzati saru fi kwantitajiet limitati u wrew xejra inkoerenti fil-prezz, u b’kunsiderazzjoni tal-kummenti tal-awtoritajiet Belarussi dwar ir-riesportazzjonijiet (spjegati hawn fuq fil-premessa (52)), it-tqabbil sar biss għall-prodotti suwed. |
|
(61) |
It-tqabbil ta’ hawn fuq wera marġni tad-dumping probabbli għall-pajjiż kollu għall-esportazzjonijiet Belarussi lejn ir-Russja, espress bħala perċentwal tal-valur CIF ta’ 8,0 %. |
|
(62) |
Wara d-divulgazzjoni l-awtoritajiet tal-Belarussja u żewġ produtturi mill-Belarussja argumentaw li l-Kummissjoni tenħtieġ li temenda l-livell tal-miżuri għall-Belarussja minħabba li l-marġini tad-dumping stabbilit fil-proċediment kurrenti huwa sinifikament aktar baxx minn dawk stabbiliti fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(63) |
Skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, f’rieżami tal-iskadenza tal-miżuri jistgħu jitħassru jew jinżammu fil-livell stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tirrevedi l-livell tad-dazji f’rieżami ta’ skadenza. |
|
(64) |
Din l-affermazzjoni għaldaqstant ġiet irrifjutata. |
|
(65) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belarussi talbu għal divulgazzjoni tal-kalkolu tad-dumping u żmien addizzjonali biex jipprovdu kummenti dwaru. |
|
(66) |
Il-metodoloġija tal-kalkolu tad-dumping għall-Belarussja hija spjegata hawn fuq fil-premessi (39) sa (61). Wara d-divulgazzjoni, wara t-talba tal-awtoritajiet tal-Belarussja, il-Kummissjoni għamlet disponibbli fil-fajl miftuħ għall-konsultazzjoni l-istatistika li użat għar-Russja biex tiddetermina l-prezz probabbli tal-esportazzjoni mill-Belarussja. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem biex jipprovdu kummenti. |
|
(67) |
Waslu kummenti mill-Awtoritajiet tal-Belarussja fir-rigward (i) tal-oriġini tal-prodott taħt rieżami fl-istatistika, (ii) il-konverżjoni tal-munita u (iii) il-partikolarità tar-rekords statistiċi bejn il-Belarussja u r-Russja. |
|
(68) |
Fir-rigward tal-ewwel punt, l-awtoritajiet tal-Belarussja argumentaw li wieħed mill-kodiċijiet użati biex jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet mill-Belarussja lejn ir-Russja, kif spjegat fil-premessa (54), kien fih prodotti li joriġinaw mhux biss fil-Belarussja iżda wkoll f’pajjiżi oħra. |
|
(69) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni kkonfermat li l-prodotti importati taħt dak il-kodiċi huma rrappurtati fl-istatistika bħala li joriġinaw fil-Belarussja. Barra minn hekk, ma ngħatat l-ebda evidenza li l-prodotti indikati bħala li joriġinaw fil-Belarus kienu fil-fatt joriġinaw f’xi pajjiż ieħor. L-affermazzjoni għaldaqstant ġiet irrifjutata. |
|
(70) |
Fir-rigward tat-tieni punt, l-awtoritajiet tal-Belarussja argumentaw li l-Kummissjoni użat l-istatistika tal-importazzjoni tar-Russja f’euro, filwaqt li s-Servizz Doganali Federali tar-Russja jipprovdi l-istatistika f’dollari Amerikani. Għalhekk, fil-fehma tagħhom, il-Kummissjoni kien imissha użat ir-rata tal-kambju tal-ġurnata tal-bejgħ, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku. |
|
(71) |
L-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(10)(j) japplikaw għat-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-preżenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ reali. Fil-każ preżenti, kif spjegat fil-premessa (57) hawn fuq, il-prezz medju tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni mill-GTA u mhux fuq tranżazzjonijiet ta’ bejgħ reali. It-tieni, ir-rata ta’ konverżjoni użata fil-GTA hija l-medja ta’ kull xahar ikkalkulata mill-medji ta’ kuljum matul dak ix-xahar. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dan jippermetti paragun preċiż bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(72) |
Fir-rigward tat-tielet punt, l-awtoritajiet Belarussi argumentaw li r-Repubblika tal-Belarussja u l-Federazzjoni Russa huma t-tnejn membri tal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika (EAEU). Dan kien jinvolvi li l-moviment liberu tal-merkanzija bejn il-membri tal-EAEU jitwettaq mingħajr kontrolli doganali u għalhekk, fil-fehma tagħhom, il-konformità tal-kodiċi doganali ddikjarat mal-merkanzija effettivament esportata mhijiex żgurata. |
|
(73) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din id-dikjarazzjoni. In-nuqqas ta’ kontrolli doganali ma jneħħix ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għal tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni u esportazzjoni. Id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet doganali użati hija konsistenti mad-definizzjoni tal-prodott taħt rieżami u ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza tal-kuntrarju. Għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.1.2.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja
|
(74) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja ġew stabbiliti abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant u mid-data pprovduta mit-tliet produtturi Belarussi li kkooperaw. |
|
(75) |
Skont id-data pprovduta fit-talba, il-kapaċità ta’ produzzjoni żejda tal-prodott taħt rieżami fil-Belarussja tammonta għal madwar 50 000 tunnellata. L-investigazzjoni stabbiliet li t-tliet produtturi li kkooperaw għandhom kapaċità ta’ produzzjoni żejda tal-prodott taħt rieżami ta’ mill-inqas 30 000 tunnellata. |
|
(76) |
Barra minn hekk, kif stabbilit ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, il-linji ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jistgħu jintużaw kemm għall-produzzjoni ta’ tubi u pajpijiet iwweldjati kif ukoll għall-produzzjoni ta’ sezzjonijiet vojta (hemm biss pass minuri fil-produzzjoni li jissepara l-produzzjoni taż-żewġ prodotti). Barra minn hekk, anki pajpijiet iwweldjati b’dijametru li jaqbeż il-168,3 mm (“pajpijiet kbar”), li mhumiex ikkonċernati minn dan il-proċediment, jistgħu jiġu prodotti fuq l-istess linji ta’ produzzjoni. |
|
(77) |
Għalhekk, meta titqies il-possibbiltà li tinbidel it-taħlita tal-prodott, il-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja hija stmata li hi madwar 50 000 tunnellata għall-produtturi li kkooperaw, jew aktar minn 9 % tal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, peress li l-produtturi li kkooperaw jammontaw biss għal 40 % tal-produzzjoni totali fil-Belarussja, u jekk wieħed jassumi l-istess proporzjon ta’ kapaċità ta’ riżerva għall-produtturi li ma kkooperawx, il-kapaċità ta’ riżerva għall-pajjiż kollu tista’ tiġi stmata għal madwar 125 000 tunnellata. |
|
(78) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Belarussi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużaw biex jipproduċu WPT għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(79) |
Wara d-divulgazzjoni, produttur wieħed Belarussu u l-awtoritajiet tal-Belarussja kkontestaw il-kalkolu tal-Kummissjoni tal-kapaċità żejda fil-Belarussja peress li fil-fehma tagħhom din hija sopravalutata b’mod sinifikanti u ma qisitx il-prodotti l-oħra prodotti fl-istess linja ta’ produzzjoni. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni tiċċara li l-istima tal-kapaċità ta’ produzzjoni żejda kienet ibbażata fuq id-data attwali pprovduta mit-tliet produtturi li kkooperaw fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (77), il-Kummissjoni qieset il-prodotti l-oħra magħmula fuq l-istess linja ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, ġie konkluż li huwa probabbli li l-produtturi Belarussi jbiddlu t-taħlita tal-prodotti tagħhom, u jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom tal-prodott taħt rieżami, jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(81) |
Għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.1.2.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(82) |
Skont id-data tal-GTA, il-produtturi esportaturi Belarussi esportaw lejn it-tielet suq ewlieni tagħhom, ir-Russja, bi prezzijiet, bħala medja, mill-inqas 5 % inqas meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. B’kunsiderazzjoni ta’ dan il-livell tal-prezzijiet, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment aktar attraenti għall-esportaturi Belarussi milli l-esportazzjoni lejn kważi l-pajjiżi l-oħra kollha. Barra minn hekk, matul l-PIR, l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja ammontaw għal madwar 4 800 tunnellata, inqas minn 10 % tal-kapaċità ta’ riżerva stmata tal-produtturi li kkooperaw fil-Belarussja, u inqas minn 4 % tal-kapaċità ta’ riżerva stmata għall-pajjiż kollu. |
|
(83) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll għall-produtturi Belarussi fid-dawl tal-prossimità ġeografika u d-daqs tiegħu, b’konsum totali ta’ 541 000 tunnellata. |
3.1.2.3. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping
|
(84) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-prattiki ta’ dumping komplew fir-rigward tal-esportazzjonijiet Belarussi lejn is-suq ewlieni ta’ pajjiż terz tagħhom (ir-Russja). |
|
(85) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet evidenza oħra li x’aktarx jerġa’ jseħħ dumping f’każ li l-miżuri jiskadu. |
|
(86) |
L-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u tal-prezzijiet, u l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti li għadha disponibbli fil-Belarussja, indikaw li huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Belarussi u l-kapaċità ta’ riżerva jiġu direzzjonati (mill-ġdid) lejn l-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(87) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, jekk il-miżuri ma jiġux estiżi. |
3.2. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
3.2.1. Rimarki preliminari
|
(88) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli ferm aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri minn Lulju 2006 sa Ġunju 2007). Skont l-istatistika Comext (Eurostat), l-importazzjonijiet ta’ WPT mir-RPĊ ammontaw għal madwar 0,1 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 13,8 % matul l-investigazzjoni oriġinali. Matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti ġie nnotat livell baxx simili ta’ sehem mis-suq (0,03 %). F’termini assoluti, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu b’mod drastiku minn kważi 184 887 tunnellata matul l-investigazzjoni oriġinali għal 118-il tunnellata fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u 559 tunnellata fir-rieżami ta’ skadenza attwali. |
|
(89) |
Kif imsemmi fil-premessa (22), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-produtturi esportaturi naqsu milli jippreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju, inkluża kwalunkwe data dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi, il-konsum tal-inputs fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, il-kapaċità, il-produzzjoni, l-investimenti, eċċ. Bl-istess mod, il-GOC u l-produtturi esportaturi naqsu milli jindirizzaw l-evidenza fil-fajl tal-każ, inkluż id-“Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet tad-Difiża tal-Kummerċ” (13) (“ir-Rapport”). |
|
(90) |
Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(91) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tar-RPĊ kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza u fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, flimkien ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni, bħall-istatistika tal-kummerċ dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (Eurostat u GTA), data statistika mis-siti web Ċiniżi tal-amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana (14), rapporti tal-Bank Dinji u tal-OECD, u fornituri indipendenti tal-intelliġenza tal-ipprezzar, tal-aħbarijiet, tad-data, tal-analiżi u tal-konferenzi għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar bħal Deloitte (15), Transcustoms (16), Global Trade Alert (17) u Huajing Industry Research Institute (18). |
3.2.2. Kontinwazzjoni ta’ dumping tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
3.2.2.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
|
(92) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li kellha tendenza turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dan il-pajjiż fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(93) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset neċessarja għall-investigazzjoni tagħha dwar l-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Gvern taċ-Ċina (“GOC”). Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GOC u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. |
|
(94) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, għażlet proviżorjament lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni qalet ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(95) |
Fil-11 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat xi pajjiżi rappreżentattivi possibbli (jiġifieri l-Brażil, il-Malasja, il-Messiku, it-Tajlandja u t-Turkija). Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar l-Ewwel Nota. |
|
(96) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni infurmat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv (19). Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amminsitrattivi (“SG&A”) u l-profitt abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv - Pacific Pipe Co., Ltd. u Asia Metal Co., Ltd.. Ma wasal l-ebda kumment dwar it-Tieni Nota. |
3.2.2.2. Valur normali
|
(97) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(98) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni” , u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”). |
|
(99) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GOC u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
(a) L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
(1) Introduzzjoni
|
(100) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, fost oħrajn, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
|
(101) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni ta’ qabel. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, jenħtieġ li jitqiesu l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, billi dik il-lista mhijiex kumulattiva, ma hemmx bżonn li jitqiesu l-elementi kollha biex ikun hemm sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni kumplessiva dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(102) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(103) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż (20) dwar ir-RPĊ, li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u l-kimika). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien it-tnedija. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tat-tnedija. |
|
(104) |
It-talba pprovdiet ukoll evidenza addizzjonali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) imsemmija aktar ’il fuq, li tikkomplementa r-Rapport. |
|
(105) |
B’mod partikolari, l-applikant irrefera għal prattiki li jaffettwaw il-kostijiet u l-prezzijiet fis-settur tad-WPT u fis-settur tal-azzar (kojls tal-azzar illaminati bis-sħana huma l-input ewlieni fil-produzzjoni tad-WPT):
|
|
(106) |
Kif speċifikat fil-premessa (93), il-GOC ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju li rċieva. Kif imsemmi fil-premessi (22) u (89), ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi u l-produtturi esportaturi lanqas ma pprovdew evidenza li ssostni jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport, u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li hemm fir-Rapport, li tistrieħ fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. |
(2) Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ
|
(108) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (22). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata huwa mifrux fis-sistema legali sħiħa u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ċarissimu: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skontha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (23). |
|
(109) |
Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (Chinese Communist Party, “CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura li fiha mhumiex distinti r-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (24) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fih joperaw il-forzi tas-suq ħieles. |
|
(110) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijietu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (25). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonali użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(111) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li jaffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta’ dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu sostnuti l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom iridu jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet xorta waħda jinkludu miri espliċiti tal-produzzjoni, li kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, kemm jekk privati kif ukoll dawk tal-Istat, effettivament iridu jaġġustaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.2(a)(5) hawn taħt) (26). |
|
(112) |
It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom għandhom jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima 3.2.2.2(a)(8) hawn taħt) (27). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (28). |
|
(113) |
It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika differenti mill-effiċjenza ekonomika, u b’hekk idgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku jenħtieġ jitwettaq sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (29). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GOC iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (30). |
|
(114) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprovdu għal diversi interventi mill-gvern u jħeġġuhom. Dawn l-interventi sostanzjali tal-gvern jinsabu f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (31). |
(3) Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni li huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur
|
(115) |
Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(116) |
Il-GOC u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (state-owned enterprises, SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali mill-SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.2(a)(4)), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (32). Inkambju, l-SOEs igawdu minn status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari ħelsien mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (33). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tad-WPT huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.2.2.2(a)(4) hawn taħt. |
|
(117) |
Speċifikament fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tad-WPT, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GOC. Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ SOEs u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-akbar 10 produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (34). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016, l-aqwa għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija, il-GOC stabbilixxa l-mira fl-istess sena li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (35). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GOC f’April 2019, meta ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (36). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni baxxa (37). |
|
(118) |
Kif spjegat hawn fuq, hemm sehem kbir ta’ SOE fis-settur tal-azzar, li huwa l-fornitur ewlieni tal-materja prima għall-produzzjoni tad-WPT. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tad-WPT, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat tad-WPT ma setax jiġi ddeterminat. Tabilħaqq, l-investigazzjoni żvelat li kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll privati fis-settur tal-WPT huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.2.2.2(a)(5) hawn taħt. |
(4) Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet
|
(119) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħrajn, il-GOC jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, (38) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (39)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew mhux dejjem ġie infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex jipprijoritizzaw il-“patrijottiżmu” u biex jikkonformaw mad-dixxiplina tal-partit (40). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (41). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-WPT u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(120) |
Ħafna produtturi tad-WPT jenfasizzaw b’mod espliċitu l-attivitajiet ta’ bini tal-partit fuq is-siti web tagħhom, għandhom membri tal-partit fil-maniġment tal-kumpanija u jissottolinjaw l-affiljazzjoni tagħhom mas-CCP. L-investigazzjoni żvelat attivitajiet ta’ bini tal-partit f’għadd ta’ produtturi tad-WPT, inklużi Jinghua Steel Pipe Group, Kingland Group u Jiangsu Guoqiang Zinc-plating Industrial Co. Ltd. Evidenza għal produttur wieħed tal-prodott taħt rieżami wriet li tali attivitajiet kienu jikkonsistu, inter alia, fil-parteċipazzjoni tal-membri tas-CCPs biex jiddiskutu s-sitwazzjoni, il-mudell tan-negozju u l-istrateġija ta’ żvilupp ta’ kumpanija, il-faċilitazzjoni tar-reklutaġġ tal-membri tal-partijiet; lekċers, simpożji u attivitajiet edukattivi oħra dwar is-suġġett tas-CCP, filosofija komunista eċċ.; avvenimenti formali relatati mal-attivitajiet tas-CCP; eċċ. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet konnessjonijiet personali mas-CCP, bħall-membri tas-CCP fost il-maniġment superjuri jew il-membri tal-bord tad-diretturi f’għadd ta’ kumpaniji li jimmanifatturaw WPT, inkluż Jinghua Steel Pipe Group, Kingland Group, Fubo Group, Weifang East Steel Pipe Co. Ltd u Huludao City Steel Pipe Industrial Co. Ltd. |
|
(121) |
Fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tad-WPT, ħafna mill-akbar produtturi huma proprjetà tal-Istat. Xi wħud huma msemmija speċifikament fil-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020” (42). Pereżempju, Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd. (“TISCO”), proprjetà tal-Istat Ċiniż, issemmi fuq is-sit web tagħha li hija “kumpanija kbira tal-ħadid u tal-azzar”, li “żviluppat f’kumpless tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira b’mod straordinarju, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-forniment u n-negozjar tal-ħadid u tal-azzar” (43). Baosteel hija intrapriża ewlenija oħra Ċiniża tal-Istat li hija involuta fil-manifattura tal-azzar u hija parti minn China Baowu Steel Group Co. Ltd. (preċedentement Baosteel Group and Wuhan Iron & Steel) li ġiet ikkonsolidata reċentement. (44) |
|
(122) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.2(a)(7) hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (45). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inkluż fl-SOEs, fis-settur tal-azzar u f’setturi oħra (bħas-settur finanzjarji u dak tal-inputs) tippermetti lill-GOC jinterferixxi f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u mal-kostijiet. |
(5) Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(123) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata f’livell sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru, tista’ tgħid, is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jiġu allokati lil setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (46). |
|
(124) |
Minkejja li d-WPT hija industrija speċjalizzata u l-ebda dokument ta’ politika speċifiku li jiggwida speċifikament l-iżvilupp tal-industrija tad-WPT ma jista’ jiġi identifikat matul l-investigazzjoni, l-industrija tad-WPT qiegħda tibbenefika minn gwida governattiva u intervent fil-materja prima ewlenija għall-manifattura tad-WPT, jiġifieri l-azzar. L-effetti distorsivi tal-intervent tal-gvern fuq l-industrija tad-WPT jidhru fil-problema ta’ kapaċità żejda kbira. Ir-rapport dwar l-istat tal-industrija tal-pajpijiet iwweldjati tal-azzar fl-2018 jikkonferma l-eżistenza ta’ kapaċità żejda serja (ara l-kwotazzjoni sħiħa fil-premessa (209)) (47) |
|
(125) |
Apparti minhekk l-industrija tal-azzar titqies bħala industrija essenzjali mill-GOC (48). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (49). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (50). |
|
(126) |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (51) jipprevedi appoġġ għall-intrapriżi li jipproduċu tipi ta’ prodotti tal-azzar ta’ livell għoli (52). Dan jiffoka wkoll fuq il-kisba ta’ kwalità, ta’ durabbiltà u ta’ affidabbiltà tal-prodotti permezz ta’ sostenn lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, l-irrumblar bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (53). |
|
(127) |
Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (54) (“il-Katalogu”) jelenka l-azzar bħala industrija mħeġġa. |
|
(128) |
Il-GOC jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod politiċi u ta’ direttivi relatati, fost l-oħrajn: mal-kompożizzjoni u mar-ristrutturar tas-suq, mal-materja prima, mal-investiment, mal-eliminazzjoni tal-kapaċità, mal-firxa ta’ prodotti, mar-rilokazzjoni, mat-titjib, eċċ. Permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ oħrajn, il-GOC jidderieġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur (55). Il-problema attwali tal-kapaċità żejda hija l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GOC u tad-distorsjonijiet riżultanti. |
|
(129) |
Fil-qosor, il-GOC għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġjaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-azzar bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
(6) Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b), tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, tal-liġijiet dwar il-kumpaniji jew tal-liġijiet li jikkonċernaw il-proprjetà
|
(130) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment ipproduċiet riżultati inadegwati fl-ilħuq tal-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dawk ta’ saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u ta’ salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (56). |
|
(131) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. (57) L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali ta’ proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (58). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (59). |
|
(132) |
L-istess bħas-setturi l-oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-WPT huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. L-investigazzjoni attwali ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux sew, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta ditti insolventi jiġu miżmuma ħajjin u b’allokazzjoni tad-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli għalkollox anki fis-settur tad-WPT. |
|
(133) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tad-WPT, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami. |
(7) Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b), tar-Regolament bażiku: distorsjoni tal-kostijiet lavorattivi
|
(134) |
Fir-RPĊ mhuwiex possibbli li tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (60). Skont il-liġi nazzjonali, hija attiva biss organizzazzjoni waħda ta’ trade union. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (61). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn lir-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’li ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (62). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet lavorattivi fir-RPĊ. |
|
(135) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tad-WPT mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta hawn fuq. Għalhekk is-settur tad-WPT huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
(8) Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b), tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(136) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(137) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija karatterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (63), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (64) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (65). |
|
(138) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(139) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GOC u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi. (66) |
|
(140) |
Dawn il-kwistjonijiet huma kkumplikati b’regoli addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (67). Dan jirriżulta fi preġudizzji favur is-self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(141) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir reċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux reazzjonijiet kummerċjali normali. |
|
(142) |
It-tielet, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet indotti mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem tas-self fir-rata tal-parametru referenzjarju jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u jidher li żdied ir-rikors għall-kreditu mmirat, billi dan is-sehem żdied b’mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(143) |
It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GOC għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(144) |
Essenzjalment, minkejja l-passi reċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ għadha affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali. |
|
(145) |
Ma tressqet l-ebda evidenza li turi li s-settur tad-WPT huwa eżentat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja deskritta hawn fuq. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
(9) In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(146) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritt hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.2(a)(1)- 3.2.2.2(a)(5) kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.2(a)(6) -3.2.2.2(a)(8) u fil-Parti B tar-Rapport. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti d-WPT, hemm bżonn ta’ firxa wiesgħa ta’ inputs. Meta l-produtturi tad-WPT jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha. |
|
(148) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tad-WPT mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, ix-xogħol, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali, la l-GOC u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
(10) Konklużjoni
|
(149) |
L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.2.2.2(a)(2) sa 3.2.2.2(a)(9), li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tad-WPT (inkluż il-prodott taħt rieżami) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tax-xogħol, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GOC u mill-produtturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
|
(150) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tistabbilixxi l-valur normali esklużivament abbażi tal-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-ispejjeż korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. Il-Kummissjoni fakkret li ma ġiet ippreżentata l-ebda talba li xi kostijiet domestiċi ma jkunux distorti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(b) Pajjiż rappreżentattiv
(1) Rimarki ġenerali
|
(151) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(152) |
Kif spjegat fil-premessi (95) u (96), fil-11 ta’ Mejju u fl-4 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti marbutin mal-fajl dwar is-sorsi biex jiġi ddeterminat il-valur normali u l-fatturi ta’ produzzjoni (l-“Ewwel nota” u t-“Tieni Nota”). Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar il-konklużjoni tagħha li t-Tajlandja kien pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ. |
(2) Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(153) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, il-Malasja, il-Messiku, it-Tajlandja u t-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “bi dħul medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. |
|
(154) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-livell ta’ żvilupp ekonomiku wara dik in-nota. |
(3) Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(155) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li produzzjoni tal-prodott taħt rieżami ġiet identifikata fil-Brażil, fil-Malasja, fil-Messiku, fit-Tajlandja u fit-Turkija. Madankollu, il-Malasja ġiet eskluża bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali, peress li ġie identifikat produttur wieħed biss tal-prodott taħt rieżami, mingħajr ebda dikjarazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku għall-PIR. |
|
(156) |
Wara l-Ewwel Nota, ma wasal l-ebda kumment dwar il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’pajjiżi rappreżentattivi possibbli. |
(4) Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(157) |
Għall-pajjiżi kkunsidrati u msemmija aktar ’il fuq, il-Kummissjoni vverifikat ukoll id-disponibbiltà tad-data pubblika, u b’mod partikolari d-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(158) |
Il-Kummissjoni fittxet produtturi tad-WPT b’data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku li setgħet tintuża sabiex jiġu stabbiliti ammonti mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-ispejjeż tal-SG&A u għall-profitt. Il-Kummissjoni rrestrinġiet it-tfittxija għal kumpaniji b’rapporti tal-introjtu disponibbli għall-pubbliku għall-PIR u li kienu profittabbli f’dak il-perjodu. Barra minn hekk, ingħatat preferenza lill-produtturi tad-WPT li għandhom ir-rapporti finanzjarji tagħhom disponibbli għall-pubbliku fil-livell ta’ kumpanija minflok f’livell konsolidat għall-grupp kollu rispettiv. Għalhekk, it-Tieni Nota inkludiet biss żewġ kumpaniji fit-Tajlandja u waħda fit-Turkija. |
|
(159) |
Abbażi tal-kwalità u d-dettall tad-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku fit-Tajlandja u fit-Turkija, u anki meta wieħed iqis id-disponibbiltà u r-rappreżentattività tal-parametri referenzjarji għall-fatturi ta’ produzzjoni (70), il-Kummissjoni qieset li t-Tajlandja kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq |
|
(160) |
Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa d-data rilevanti kollha disponibbli fil-fajl għall-fatturi ta’ produzzjoni fit-Tajlandja u nnotat dan li ġej:
|
|
(161) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. Kif iddikjarat fil-premessa (96), il-Kummissjoni sostniet li l-produtturi Tajlandiżi Pacific Pipe Co., Ltd. u Asia Metal Co., Ltd. kellhom rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament li setgħu jintużaw bħala indikatur biex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. |
(5) Il-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(162) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kien pajjiż rappreżentattiv xieraq abbażi ta’ dawn l-elementi, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(6) Il-konklużjoni dwar il-pajjiż rappreżentattiv
|
(163) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B’mod partikolari, it-Tajlandja kellha produzzjoni sostanzjali tal-prodott taħt rieżami u sett komplut ta’ data disponibbli għall-fatturi kollha tal-produzzjoni, għall-SG&A u għall-profitt. |
(c) Is-sorsi li ntużaw biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(164) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, biex tfassal il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li l-istatistika tal-ILO u l-istatistika nazzjonali tintuża biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tax-xogħol mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv; filwaqt li l-istatistika nazzjonali, kif imsemmi fil-premessa (160), tintuża biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-enerġija mingħajr distorsjoni. |
|
(166) |
Fil-kalkolu, il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex jiġi stabbilit dan l-ammont, hija użat id-data finanzjarja ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkoopera fil-kuntest tal-investigazzjoni tad-dumping u li pprovda informazzjoni speċifika għal dak l-għan (71), Arcelor Mittal Tubular Products, il-Polonja (“AMTP”). Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-Taqsima 3.2.2.2(e). |
|
(167) |
Fl-aħħar nett, kif iddikjarat fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja mill-kumpaniji Tajlandiżi magħżula, elenkati fil-premessa (161), biex tistabbilixxi l-kostijiet u l-profitti tal-SG&A. |
(d) Kostijiet u parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni
|
(168) |
Permezz taż-żewġ noti dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni ppruvat tistabbilixxi lista ta’ fatturi tal-produzzjoni u ta’ sorsi maħsuba sabiex jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni bħal materjali, enerġija u ammont ta’ ħaddiema użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi fir-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni kondiviżi mal-partijiet interessati f’dawk in-noti. |
|
(169) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-proċedura ta’ rieżami, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-produttur Ewropew AMTP sabiex tistabbilixxi l-fatturi tal-produzzjoni użati fil-produzzjoni tad-WPT. Abbażi tad-data miġbura mill-kumpaniji Ċiniżi matul l-investigazzjoni oriġinali u l-informazzjoni disponibbli fuq is-siti web tal-produtturi Ċiniżi tad-WPT, il-proċess tal-produzzjoni u l-materjali użati tagħhom jidhru li huma simili għal dawk ipprovduti mill-AMTP. |
|
(170) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex kodiċijiet tariffarji aktar dettaljati għal kull fattur tal-produzzjoni mill-kodiċijiet SA b’6 ċifri. Il-kodiċijiet SA użati qablu għalkollox mal-kodiċijiet tariffarji Tajlandiżi. |
|
(171) |
Meta jitqiesu l-informazzjoni kollha sottomessa mill-AMTP u n-nuqqas ta’ kummenti fuq iż-żewġ noti dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali rigward il-fatturi tal-produzzjoni, ġew identifikati l-fatturi tal-produzzjoni u fejn applikabbli l-kodiċijiet tat-tariffi li ġejjin: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tad-WPT
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Materja prima u prodotti sekondarji
|
(172) |
Sabiex jiġu stabbiliti prezzijiet mingħajr distorsjoni tal-materjali kif ikkonsenjati fil-bieb tal-fabbrika tal-produttur kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) u meta jitqies li ma kien hemm l-ebda produttur li kkoopera fir-RPĊ, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv għal kull materjal użat fil-produzzjoni tad-WPT mill-AMTP. Il-Kummissjoni vverifikat il-materja prima rrapportata użata, il-prodotti sekondarji ġġenerati u l-proporzjonijiet ta’ konsum rilevanti fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. |
|
(173) |
Għall-materja prima u għall-prodotti sekondarji kollha, il-Kummissjoni bbażat fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mill-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (149) ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tar-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intenzjonati għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Huwa biss fil-każ tal-aċidu sulfuriku, fejn il-volumi tal-importazzjonijiet esklużi miċ-Ċina li notevolment kienu jammontaw għal 4,7 % tal-importazzjonijiet totali tal-pajjiż rappreżentattiv. Għall-materja prima l-oħra kollha u għall-prodotti sekondarji, l-ishma rilevanti tal-importazzjonijiet varjaw minn xejn għal 0,3 %. |
|
(174) |
Normalment, jiġu esklużi wkoll il-volumi tal-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn membri mhux tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali. Madankollu, f’dan il-każ ma ġiet irreġistrata l-ebda importazzjoni ta’ materja prima u ta’ prodotti sekondarji minn dawn il-pajjiżi fit-Tajlandja fil-PIR. |
|
(175) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika tal-produttur esportatur, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, fil-livelli rispettivi, skont il-pajjiż ta’ oriġini tal-volumi importati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku kkalkulati għal kull kg abbażi tal-kwotazzjoni għall-konsenji tal-port Laem Chagang – Bangkok kif previst fir-rapport tal-Bank Dinji (72). |
(2) Manodopera
|
(176) |
Biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO flimkien mal-istatistika nazzjonali Tajlandiża disponibbli għall-pubbliku u l-informazzjoni ta’ KPMG dwar it-taxxi u l-imposti fit-Tajlandja (73). |
|
(177) |
L-istatistika tal-ILO pprovdiet data dwar is-sigħat medji li kull persuna impjegata effettivament taħdem fil-ġimgħa fis-settur tal-manifattura fit-Tajlandja matul l-RIP (74). |
|
(178) |
Għalkemm id-data dwar il-qligħ ta’ kull xahar tal-impjegati fis-settur tal-manifattura ġiet ipprovduta wkoll fl-istatistika tal-ILO, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi għall-istatistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Tajlandiż, li pprovda informazzjoni aktar dettaljata dwar il-pagi u l-benefiċċji mhux relatati mal-pagi f’setturi ekonomiċi differenti kull trimestru (75). |
|
(179) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-KPMG biex tistabbilixxi t-taxxa tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegatur. |
|
(180) |
Bl-użu ta’ dik id-data, il-Kummissjoni kkalkulat salarju fis-siegħa fil-manifattura, li miegħu ġew miżjuda kostijiet addizzjonali relatati mal-manodopera mġarrba mill-impjegatur. |
(3) Elettriku
|
(181) |
Biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-kwotazzjoni tal-prezz tal-elettriku għall-intrapriżi tan-negozju, industrijali u tal-Istat disponibbli fis-sit web tal-Awtorità Metropolitana tal-Elettriku (76). |
|
(182) |
Meta jitqies in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-parametri kollha li jifdal meħtieġa biex jiġi kkalkulat il-prezz ta’ parametru referenzjarju medju mingħajr distorsjoni tal-elettriku, bħall-medda tal-vultaġġ, is-sigħat fl-eqqel ħinijiet u fis-sigħat kwieti, kienu bbażati fuq id-data pprovduta mill-AMTP. |
(4) Gass naturali
|
(183) |
Biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-gass naturali, il-Kummissjoni użat ir-rapport statistiku tal-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija (Ministeru tal-Enerġija) (77). Dan ir-rapport kopra l-PIR kollu, madankollu pprovda ċifri totali għall-kwantità u l-valur tal-konsum tal-gass naturali irrispettivament mit-tip ta’ utent (unitajiet domestiċi, industrija, trasport) u fil-forom kollha. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħet tidentifika l-ebda sors li kien jippermetti li dawn iċ-ċifri jitnaqqsu għas-settur tal-manifattura biss. F’rapport annwali aktar dettaljat tad-Dipartiment tal-Iżvilupp u l-Effiċjenza tal-Enerġija Alternattiva (Ministeru tal-Enerġija) (78), id-data dwar il-konsum hija pprovduta biss f’termini ta’ volum u għalhekk mhuwiex possibbli li jiġi kkalkulat il-prezz tal-gass naturali fuq din il-bażi. Abbażi tar-rapport tal-aħħar, is-settur tal-manifattura kien jammonta għal 44 % tal-konsum totali tal-gass naturali fit-Tajlandja matul l-RIP. |
(e) Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(184) |
Minbarra l-fatturi ta’ produzzjoni miġbura fil-qosor fil-premessa (171) aktar ’il fuq, ġew ikkalkulati l-kostijiet ġenerali tal-manifattura. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-kalkolu ta’ dawn il-kostijiet ġenerali tal-manifattura kien ibbażat fuq il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura diviżi bil-kost tal-manifattura rrapportat mill-AMTP. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.. |
|
(185) |
Għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja tal-produtturi Tajlandiżi Pacific Pipe Co., Ltd. (79) u Asia Metal Co., Ltd. (80). Il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat, għal kull waħda miż-żewġ kumpaniji, il-perċentwali rispettivi tagħhom tal-SG&A u l-profitt fuq il-kost tal-oġġetti mibjugħa (“COGS”). Imbagħad, ġiet stabbilita medja ta’ SG&A u profitt fil-pajjiż rappreżentattiv (ponderati mill-fatturat tal-kumpaniji). Il-kontijiet awditjati disponibbli għall-pubbliku ta’ dawn il-kumpaniji saru disponibbli għall-partijiet interessati bħala hemża mat-Tieni Nota. |
(f) Il-kalkolu tal-valur normali
|
(186) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(187) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-AMTP dwar il-konsum ta’ kull fattur ta’ produzzjoni (materja prima, manodopera u enerġija) għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Dawn il-volumi ta’ konsum ġew immultiplikati bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità stabbilita fit-Tajlandja, kif deskritt fit-Taqsima d) hawn fuq. |
|
(188) |
Il-kalkolu sar b’mod separat għal żewġ tipi bażiċi ta’ WPT, jiġifieri għal pajpijiet/tubi suwed u pajpijiet/tubi galvanizzati. Il-pajpijiet/tubi galvanizzati huma pajpijiet/tubi suwed li sussegwentement ikunu għaddew minn proċess ta’ galvanizzar, li fih il-pajp/tubu jinkesa b’saff ta’ żingu. Għalhekk, il-manifattura tal-prodott galvanizzat tirrikjedi konsum addizzjonali ta’ enerġija u ta’ manodopera u użu addizzjonali ta’ żingu u aċidu sulfuriku, li ma jiġu kkonsmati bl-ebda mod fil-manifattura ta’ pajpijiet/tubi suwed. |
|
(189) |
It-tieni, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-perċentwal tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura li ġew determinati mal-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, kif deskritt fil-premessa (184). |
|
(190) |
Fl-aħħar nett, minbarra l-kost tal-produzzjoni stabbilit kif deskritt fil-premessa (189), il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv stabbilit kif spjegat fil-premessa (185). L-SG&A u l-profitt espressi bħala perċentwal tal-COGS u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni ammontaw għal 4,3 % u 3,0 % rispettivament. |
|
(191) |
Il-valuri normali għaż-żewġ tipi ta’ prodotti, ikkalulati kif deskritt fil-premessi minn (187) sa (190), tnaqqsu bil-valuri mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji, abbażi tal-lista ta’ prodotti sekondarji pprovduta mill-AMTP. Valuri mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji ġew stabbiliti bil-multiplikazzjoni tal-kwantitajiet mibjugħa fil-PIR, kif irrapportat mill-AMTP, bil-kostijiet mingħajr distorsjoni tagħhom għal kull unità stabbilita fit-Tajlandja, kif deskritt fit-taqsima d) hawn fuq. L-aġġustament għal ċerti prodotti sekondarji (irmied taż-żingu, żingu iebes) sar biss fir-rigward tal-valur normali stabbilit għall-prodotti galvanizzati peress li dawk il-prodotti sekondarji jinkisbu fil-proċess tal-galvanizzazzjoni. |
|
(192) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur ma kkoopera, il-valur normali ġie stabbilit fuq bażi nazzjonali. |
3.2.2.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(193) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tad-data CIF tal-Eurostat korretta għal-livell ex-works. Għalhekk, mill-prezz CIF tal-esportazzjoni tnaqqsu l-kostijiet tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni (81) u l-kost tat-trasport domestiku fiċ-Ċina (82). Ġie stabbilit prezz tal-esportazzjoni separat għall-prodotti suwed u galvanizzati. |
3.2.2.4. Tqabbil u marġni tad-dumping
|
(194) |
Il-Kummissjoni qabblet, għal kull tip ta’ prodott, il-valur normali maħdum f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq. |
|
(195) |
Għal ċerti prodotti, ir-RPĊ tapplika politika ta’ rimborż parżjali biss tal-VAT mal-esportazzjoni. Sabiex ikun żgurat li l-valur normali jiġi espress fl-istess livell ta’ tassazzjoni bħall-prezz tal-esportazzjoni, normalment il-valur normali jiġi aġġustat ’il fuq b’dik il-parti tal-VAT imposta fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li ma kinitx ġiet rimborżata lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Madankollu, id-data statistika mis-sit web tal-amministrazzjoni Ċiniża tat-taxxa u tad-dwana u d-data tat-Transdwana (83) indikaw li fl-RIP, il-VAT imposta fuq l-esportazzjonijiet tad-WPT ġiet rimborżata bis-sħiħ. Għalhekk, ma ġie applikat l-ebda aġġustament tal-VAT. |
|
(196) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni medju ponderat ta’ dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, instab li kien negattiv. |
3.2.2.5. Konklużjoni
|
(197) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami miċ-Ċina ma kinux oġġett ta’ dumping matul l-PIR. Madankollu, il-volum tal-importazzjonijiet inkwistjoni kien limitat ħafna, u jammonta għal 0,2 % tal-importazzjonijiet fl-UE b’kollox u għal 0,1 % mis-sehem fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk il-prezzijiet tqiesu li ma kinux rappreżentattivi. Għalhekk, il-Kummissjoni investigat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
3.2.3. Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu revokati
|
(198) |
Wara s-sejba ta’ nuqqas ta’ dumping matul l-PIR, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu revokati, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: l-eżistenza ta’ esportazzjoni oġġett ta’ dumping lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, id-disponibbiltà ta’ swieq oħra u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.2.3.1. Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi
|
(199) |
Abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-GTA, il-Kummissjoni identifikat l-akbar ħames importaturi ta’ WPT mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami: il-Filippini, Hong Kong, il-Peru, l-Indoneżja u Singapore (84). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi lil Hong Kong mill-analiżi tagħha peress li ġew identifikati diskrepanzi kbar fil-volumi tal-kummerċ irrapportati bejn ir-RPĊ u Hong Kong meta tqabblu r-rapporti tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni tal-GTA rispettivi u peress li Hong Kong ma jidhirx li huwa d-destinazzjoni finali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami. Fir-rigward tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tad-WPT lejn l-erba’ swieq ewlenin li jifdal, saru kalkoli tad-dumping skont il-metodoloġija deskritta hawn taħt. |
(a) Valur normali
|
(200) |
Biex tivvaluta d-dumping mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni użat l-istess valur normali bħal fil-kalkolu tad-dumping fir-rigward tas-suq tal-Unjoni, maħdum kif deskritt fil-premessi minn (168) sa (192). |
(b) Prezz tal-Esportazzjoni
|
(201) |
Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-prezz probabbli tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni ġie stmat billi ġew analizzati l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi attwali lejn pajjiżi terzi, abbażi tal-istatistika rilevanti tal-importazzjoni tal-GTA speċifika għall-pajjiż. |
|
(202) |
L-erba’ pajjiżi kkonċernati kollha rrapportaw il-valur tal-importazzjoni tagħhom fil-livell CIF. Għalhekk, il-Kummissjoni aġġustat il-prezzijiet irrapportati biex tikkalkula l-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ex-works billi naqqset il-kostijiet tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni (85) u l-kost tat-trasport domestiku fiċ-Ċina (86). |
|
(203) |
Fil-każ tal-Peru, il-kostijiet tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni għall-konsenji mir-RPĊ ma ġewx ipprovduti fis-sors ta’ hawn fuq. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża kwotazzjoni għall-konsenji tar-RPĊ u ċ-Ċili li kienet disponibbli fl-istess sors. |
(c) Tqabbil u Marġni tad-dumping
|
(204) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fuq bażi ex-works. Fejn possibbli (87), it-tqabbil sar skont it-tip ta’ prodott (iswed/galvanizzat) u ġie stabbilit ammont medju ponderat ta’ dumping. |
|
(205) |
It-tqabbil ta’ hawn fuq wera marġni ta’ dumping għall-pajjiż kollu għall-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-erba’ pajjiżi, espress bħala perċentwal tal-valuri CIF rispettivi tagħhom kif ġej:
|
3.2.3.2. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(206) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GOC u tal-produtturi Ċiniżi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni ta’ riżerva fir-RPĊ ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant u mill-Huajing Industry Research Institute (88) (“HIRI”), f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(207) |
Skont dawn iż-żewġ sorsi, il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ taqbeż b’mod sostanzjali l-volumi tal-produzzjoni attwali u d-domanda interna fis-suq Ċiniż. Iċ-ċifri pprovduti fil-premessi (208) u (209) hawn taħt huma relatati mal-produzzjoni totali ta’ pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid u tal-azzar. L-applikant stima li madwar 80 % ta’ din il-produzzjoni hija “pajpijiet u tubi żgħar” b’dijametru estern ta’ 406,4 mm jew inqas, li jikkorrispondi għall-prodott taħt rieżami. Din l-istima hija kkonfermata mir-rapport ta’ HIRI. Għalkemm ma hija pprovduta l-ebda ċifra eżatta, ir-rapport jindika li “ħafna mill-pajpijiet iwweldjati prodotti mill-industrija tal-pajpijiet iwweldjati fiċ-Ċina huma prodotti b’dijametru żgħir u b’ħajt oħxon”. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset id-diskrepanza bejn il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni u d-domanda attwali fis-suq Ċiniż kif muri hawn taħt bħala rappreżentattiva għall-prodott taħt rieżami. |
|
(208) |
Skont id-data pprovduta fit-talba, u sussegwentement aġġornata matul l-investigazzjoni, il-produzzjoni ta’ pajpijiet u tubi wweldjati fi ħdan ir-RPĊ ammontat għal 60 miljun tunnellata fil-PIR. Fir-rapport tal-HIRI, tingħata ċifra kemxejn aktar baxxa ta’ 56 miljun tunnellata. Barra minn hekk, dan ir-rapport tal-aħħar jindika li dan il-volum tal-produzzjoni, anki mingħajr ma titqies il-kapaċità ta’ riżerva, diġà jaqbeż id-domanda interna fir-RPĊ, li hija stmata għal 52,4 miljun tunnellata. |
|
(209) |
Skont l-applikant, il-kapaċità ta’ produzzjoni żejda tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ tammonta għal madwar 10 miljun tunnellata. Ir-rapport mill-HIRI ma jipprovdi l-ebda data attwali dwar il-kapaċità. Madankollu, din tissottolinja b’mod ċar l-eżistenza ta’ produzzjoni żejda ta’ pajpijiet iwweldjati fir-RPĊ u l-eżistenza ta’ kapaċità żejda serja. Ir-rapport jiddikjara fost l-oħrajn li “…bl-iżvilupp rapidu tal-industrija taċ-Ċina, għalkemm id-domanda taċ-Ċina għal pajpijiet iwweldjati żdiedet b’mod sinifikanti, ir-rata ta’ tkabbir tad-domanda tagħha għadha relattivament baxxa, li hija aktar baxxa mir-rata ta’ produzzjoni ta’ pajpijiet iwweldjati. Dan ikkawża s-sitwazzjoni attwali ta’ kapaċità żejda ta’ pajpijiet iwweldjati. Dan mhux favorevoli għall-iżvilupp tal-industrija tal-pajpijiet iwweldjati. Barra minn hekk, waħda mir-raġunijiet għall-kapaċità żejda hija li xi industriji domestiċi għandhom rekwiżiti ogħla għal pajpijiet iwweldjati, inklużi rekwiżiti ta’ kwalità, dijametri u rekwiżiti tal-ħitan tal-pajpijiet. Il-pajpijiet iwweldjati taċ-Ċina ma jistgħux jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ dawn l-industriji u jeħtieġ li jinxtraw minn pajjiżi barranin. Dan jirriżulta fis-sitwazzjoni attwali ta’ domanda mnaqqsa li żiedet il-kapaċità żejda domestika.” (89) |
|
(210) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużaw sabiex jipproduċu d-WPT għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.2.3.3. Disponibbiltà ta’ swieq oħra
|
(211) |
Hemm firxa wiesgħa ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ u restrizzjonijiet oħra fuq l-importazzjoni fis-seħħ kontra l-esportazzjonijiet tad-WPT li joriġinaw mir-RPĊ. Skont il-Global Trade Alert (90), dawn il-miżuri qed jiġu applikati fl-Awstralja (dazji anti-dumping u kumpensatorji), fil-Kanada (dazji anti-dumping u kumpensatorji), fil-Kolombja (miżuri anti-dumping), fil-Messiku (miżuri anti-dumping), fil-Pakistan (projbizzjoni tal-importazzjoni), fit-Tajlandja (miżuri anti-dumping), fit-Turkija (salvagwardja) u fl-Istati Uniti tal-Amerika (miżuri anti-dumping u miżuri tat-taqsima 232). Dawk il-miżuri mhux biss jillimitaw l-aċċess tal-produtturi Ċiniżi għas-swieq elenkati hawn fuq iżda jikkonfermaw ukoll il-prattiki kummerċjali inġusti kontinwi tal-produtturi Ċiniżi tad-WPT. |
|
(212) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri attwali jitħassru, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. |
3.2.3.4. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(213) |
Skont id-data tal-GTA, il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw lejn is-swieq terzi ewlenin tagħhom bi prezzijiet minn 8 % għal 21 % inqas meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. B’kunsiderazzjoni ta’ dan il-livell tal-prezzijiet, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi milli l-esportazzjoni lejn kważi l-pajjiżi l-oħra kollha. |
|
(214) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll għall-produtturi Ċiniżi fid-dawl tad-daqs tiegħu, b’konsum totali ta’ aktar minn 540 000 tunnellata. |
3.2.3.5. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping
|
(215) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, irrispettivament minn jekk kienx hemm dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, huwa probabbli li jkun hemm rikorrenza ta’ dumping Ċiniż lejn l-UE f’każ li l-miżuri jiskadu. |
3.2.4. Konklużjonijiet ġenerali dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping
|
(216) |
Għalkemm l-investigazzjoni ma wrietx li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping matul l-RIP, dan ma jippermettix li jiġi konkluż li l-prattiki inġusti tal-prezzijiet tal-produtturi Ċiniżi tad-WPT ma jerġgħux iseħħu jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(217) |
Fil-fatt, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-pajjiżi terzi ewlenin fil-mira tal-produtturi Ċiniżi tad-WPT kienu jinvolvu prattiki ta’ dumping li għadhom għaddejjin. B’kunsiderazzjoni tal-volumi sostanzjali tal-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi (minn 20 000 għal 93 000 tunnellata meta mqabbla ma’ 559 tunnellata biss esportati lejn l-Unjoni), il-prezzijiet ta’ dawk l-esportazzjonijiet huma meqjusa ferm aktar rappreżentattivi biex jiġu stabbiliti prattiki potenzjali ta’ dumping. Prattiki inġusti kontinwi tal-prezzijiet huma kkonfermati wkoll mid-diversi miżuri għad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi tad-WPT f’pajjiżi oħra. |
|
(218) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet indikaturi oħra li d-dumping x’aktarx jerġa’ jseħħ f’każ li l-miżuri jiskadu. |
|
(219) |
Il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ hija sinifikanti ħafna u taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami b’aktar minn għaxar darbiet. Barra minn hekk, ir-rapport tal-HIRI indika li kien biss matul is-snin 2018-2019 li l-kapaċità Ċiniża tal-produzzjoni tal-pajpijiet u t-tubi wweldjati żdiedet b’10 miljun tunnellata u hija mistennija żieda oħra. |
|
(220) |
Fl-aħħar nett, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u l-prezzijiet, u l-fatt li swieq oħra għadhom magħluqin minħabba miżuri protettivi, indikaw li huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-kapaċità ta’ riżerva jkunu diretti (mill-ġdid) lejn l-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(221) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, jekk il-miżuri ma jiġux estiżi. |
3.3. Ir-Russja
3.3.1. Rimarki preliminari
|
(222) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-Russja komplew għalkemm f’livelli konsiderevolment aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri minn Lulju 2006 sa Ġunju 2007). Skont l-istatistika Comext (Eurostat), l-importazzjonijiet ta’ WPT mir-Russja ammontaw għal inqas minn 2 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ aktar minn 36 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (Lulju 2006 sa Ġunju 2007). Matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti ġie nnotat livell baxx simili ta’ importazzjonijiet. L-importazzjonijiet ta’ WPT mir-Russja ammontaw għal madwar 0,4 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 2,7 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u 0,7 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti. |
|
(223) |
Żewġ produtturi esportaturi Russi, PAO Severstal u TMK, ippreżentaw ruħhom fil-bidu u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw. Madankollu, it-TMK Group aktar tard informa lill-Kummissjoni li ma kienx beħsiebu jwieġeb għall-kwestjonarju tal-produttur esportatur. |
|
(224) |
Barra minn hekk, matul il-kontroverifika mill-bogħod tal-informazzjoni pprovduta minn PAO Severstal, li saret mill-11 sat-13 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni identifikat nuqqasijiet sostanzjali u serji fir-rapportar tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami. Dawn in-nuqqasijiet xekklu b’mod sinifikanti l-proċess normali tal-investigazzjoni għal dik it-taqsima tat-tweġiba għall-kwestjonarju. B’mod partikolari, PAO Severstal kienet ipprovdiet informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-għadd ta’ tranżazzjonijiet irrapportati, il-kwantità totali tal-bejgħ, il-valur totali tal-bejgħ u l-kwoti rrapportati għall-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami lil klijenti mhux relatati. |
|
(225) |
Tard wara nofsinhar fit-13 ta’ Novembru, il-kumpanija pprovdiet verżjoni aġġornata tal-bejgħ domestiku. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ ħin, ma kienx possibbli li l-Kummissjoni tagħmel kontroverifika ta’ din il-verżjoni riveduta u tirkonċiljaha mal-informazzjoni l-oħra pprovduta. |
|
(226) |
Barra minn hekk, il-profitt irrapportat ġie allokat għall-prodott taħt rieżami u għad-diversi flussi tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami b’mod proporzjonali abbażi tal-fatturat. Dan ma kienx aċċettabbli, peress li l-profitt huwa influwenzat direttament mill-kost tal-manifattura li jvarja bejn il-prodotti u t-tipi ta’ prodotti. Barra minn hekk, minħabba li l-iżbalji msemmija hawn fuq fil-premessa (224) affettwaw ukoll il-fatturat irrapportat tal-prodott taħt rieżami, iċ-ċifri tal-profitt ukoll kellhom jiġu rieżaminati abbażi tal-eżitu tal-analiżi tal-bejgħ domestiku. |
|
(227) |
Il-Kummissjoni qieset li dawn in-nuqqasijiet sostanzjali u serji xekklu b’mod sinifikanti l-proċess normali tal-investigazzjoni, għal din it-taqsima tal-kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lil PAO Severstal dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ domestiku u l-kalkolu tal-valur normali. |
|
(228) |
Peress li l-ebda produttur ieħor tal-prodott taħt rieżami fir-Russja ma kkoopera u pprovda tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tal-valur normali u tibbaża s-sejbiet tagħha fuq id-dumping u l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tal-produtturi esportaturi kollha fir-Russja fuq il-fatti disponibbli. |
|
(229) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward. |
|
(230) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-valur normali nħadem bl-użu tal-informazzjoni pprovduta minn PAO Severstal li ġiet kontroverifikata u nstab li ġiet irrapportata b’mod korrett. |
3.3.2. Kontinwazzjoni ta’ dumping tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
3.3.2.1. Valur normali
|
(231) |
Kif imsemmi fil-premessa (230) hawn fuq, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-Russja ġiegħel lill-Kummissjoni tuża l-fatti disponibbli biex jiġi stabbilit il-valur normali. Għal dan l-għan, intużat l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur Russu li kkoopera parzjalment. |
|
(232) |
F’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nħadem billi ngħadd dan li ġej mal-kost medju ponderat tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur għal kull esportatur li kkoopera parzjalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami:
|
|
(233) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe profitt affidabbli u vverifikat ieħor, il-Kummissjoni użat il-profitt iddikjarat mill-kumpanija anki jekk instab li ġie allokat b’mod żbaljat, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (226). Il-marġni ta’ profitt użat jikkorrispondi għall-profitt totali tal-kumpanija (għall-prodotti kollha) kif irrapportat fil-kontijiet awditjati, u għalhekk tqies bħala l-aktar parametru referenzjarju affidabbli. Barra minn hekk, il-profitt korrett kien ikun neċessarjalment ogħla minn dak iddikjarat mill-kumpanija. Fil-każ inkwistjoni, peress li l-marġni tad-dumping, kif spjegat fil-premessa (238) hawn taħt, diġà kien tant għoli li kien jikkonferma l-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, żieda fil-marġni tad-dumping bħala riżultat ta’ dan l-aġġustament għalhekk mhijiex rilevanti għall-eżitu ta’ dan ir-rieżami. |
|
(234) |
Il-kost tal-produzzjoni ġie aġġustat, kull meta kien meħtieġ. |
3.3.2.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(235) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-Russja, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. L-informazzjoni mill-uniku produttur Russu li kkoopera parzjalment ma setgħetx tintuża peress li dan il-produttur ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(236) |
Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tad-data CIF tal-Eurostat korretta għal-livell ex-works. Għaldaqstant il-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija u tal-assigurazzjoni (91) u l-kost tat-trasport domestiku fir-Russja (92) tnaqqsu mill-prezz CIF tal-esportazzjoni. |
3.3.2.3. Tqabbil
|
(237) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami fuq bażi ex-works. |
|
(238) |
It-tqabbil ta’ hawn fuq wera marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu għall-esportazzjonijiet Russi lejn l-UE, espress bħala perċentwal tal-valur CIF ta’ 12,4 %. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.2.4. Konklużjoni
|
(239) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping mir-Russja kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, peress li l-volum tal-importazzjonijiet inkwistjoni kien limitat ħafna, u jammonta għal 0,7 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE u 0,4 % mis-sehem fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni investigat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
|
(240) |
Wara d-divulgazzjoni ġie argumentat mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa li l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping fir-rigward tal-esportaturi Russi, ma tistax tiġi stabbilita b’mod pożittiv peress li d-determinazzjoni tad-dumping li saret fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u fl-investigazzjoni oriġinali kienu t-tnejn inkonsistenti mar-regoli tad-WTO. |
|
(241) |
Fil-kummenti tagħhom l-awtoritajiet Russi sostnew li l-aġġustament tal-kost tal-gass naturali, applikat mill-Kummissjoni fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u fl-investigazzjoni oriġinali huwa inkompatibbli mal-Artikoli 2.2.1.1, 2.2.1 u 2.2 ADA u mas-sejbiet li saru fil-każijiet tad-WTO li ġejjin: UE — Bijodiżil (l-Arġentina), l-Ukrajna — Nitrat tal-Ammonju u UE — Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kost. L-awtoritajiet Russi jirreferu speċifikament għas-sejbiet fir-rapport tal-aħħar maħruġ fl-24 ta’ Lulju 2020 (93) (“ir-Rapport DS494”), jiġifieri li l-allegat intervent/distorsjoni tas-suq mill-gvern Russu ma kienx jikkostitwixxi bażi adegwata biex jiġi konkluż li r-rekords tal-produtturi esportaturi ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. |
|
(242) |
Dan il-kumment kellu jiġi miċħud għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, is-sejbiet tar-Rapport DS494 huma soġġetti għal proċedimenti ta’ appell u għalhekk is-sejbiet tal-bord għadhom mhumiex finali. It-tieni, kif stabbilit fil-premessa (232), fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni stabbiliet il-valur normali bl-użu tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott simili kif irrappurtat mill-produttur esportatur Russu li kkoopera parzjalment matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, mingħajr ma applikat l-ebda aġġustament fil-kost. |
3.3.3. Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu revokati
|
(243) |
Il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, f’każ li l-miżuri jiġu revokati. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: l-eżistenza ta’ esportazzjoni oġġett ta’ dumping lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.3.3.1. Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi
(a) Valur normali
|
(244) |
Il-valur normali nħadem kif spjegat hawn fuq fil-premessa (232). |
(b) Prezz tal-esportazzjoni
|
(245) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produttur Russu li kkoopera parzjalment lil pajjiżi terzi oħra. |
(c) Tqabbil u Marġni tad-dumping
|
(246) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum u l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fuq bażi ex-works. It-tqabbil sar skont it-tip ta’ prodott u ġie stabbilit ammont medju ponderat ta’ dumping. |
|
(247) |
It-tqabbil ta’ hawn fuq wera marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu għall-esportazzjonijiet Russi lejn pajjiżi terzi, espress bħala perċentwal tal-valur CIF, ta’ 4,3 %. |
3.3.3.2. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja
|
(248) |
Minħabba l-kooperazzjoni limitata mill-produtturi esportaturi Russi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant u mill-uniku produttur Russu li kkoopera parzjalment. |
|
(249) |
Skont l-informazzjoni ppubblikata f’Metal Expert, il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-Russja taqbeż it-8 miljun tunnellata. L-applikant stima li l-produtturi Russi għandhom kapaċità ta’ riżerva ta’ madwar miljun tunnellata li ma tistax tiġi assorbita mis-suq domestiku. Barra minn hekk, hemm mill-inqas 11-il produttur tal-prodott taħt rieżami fir-Russja u l-uniku wieħed li kkoopera waħdu għandu kapaċità ta’ produzzjoni nominali li taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(250) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Russi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużaw sabiex jipproduċu d-WPT għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.3.3.3. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(251) |
L-investigazzjoni żvelat li l-produttur esportatur Russu esporta lejn is-swieq terzi ewlenin tiegħu bi prezzijiet ta’ madwar 29 % inqas meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. B’kunsiderazzjoni ta’ dan il-livell ta’ prezzijiet, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Russi milli l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi l-oħra kollha. |
|
(252) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll fid-dawl tal-prossimità ġeografika u d-daqs tiegħu, b’konsum totali ta’ 541 000 tunnellata. |
|
(253) |
Wara d-divulgazzjoni, l-awtoritajiet Russi kkontestaw il-fehma tal-Kummissjoni fir-rigward tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Russi. Fil-fehma tagħhom il-produtturi Russi jiffukaw aktar fuq is-suq intern li qed jikber u fuq is-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tagħhom, il-pajjiżi tal-KSI (94), li huma attraenti minħabba n-nuqqas ta’ dazji fuq l-importazzjonijiet. |
|
(254) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-opinjoni. L-ewwel nett, kif spjegat fil-premessi (238) u (251), il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni huma ħafna aktar attraenti għall-produtturi Russi mill-prezzijiet domestiċi u tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra. It-tieni, kif jaqblu l-awtoritajiet Russi stess, in-nuqqas ta’ dazji jżid l-attraenza ta’ suq tal-esportazzjoni, għalhekk il-produtturi Russi se jkollhom inċentiv qawwi biex jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżura titħassar. |
3.3.3.4. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping
|
(255) |
L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami l-importazzjonijiet Russi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(256) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-prattiki ta’ dumping kienu jeżistu wkoll fir-rigward tal-esportazzjonijiet Russi lejn is-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi tagħhom. |
|
(257) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet evidenza oħra li x’aktarx jerġa’ jseħħ dumping f’każ li l-miżuri jiskadu. |
|
(258) |
Il-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja hija sinifikanti ħafna u taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, il-kapaċità Russa tal-produzzjoni tad-WPT żdiedet bi kważi miljun tunnellata bejn l-2018 u l-2019. |
|
(259) |
L-awtoritajiet Russi kkontestaw l-istima tal-kapaċità żejda fir-Russja kif ipprovduta mill-applikant peress li, fl-opinjoni tagħhom, ma kkunsidratx il-fatti li xi impjanti huma kapaċi, u użati, biex jipproduċu prodotti oħra apparti l-prodott ikkonċernat, u b’hekk il-kapaċità żejda tonqos b’mod sinifikanti. |
|
(260) |
F’dan ir-rigward il-Kummissjoni qieset il-prodotti l-oħra li jistgħu jiġu prodotti fuq l-istess linja ta’ produzzjoni. Madankollu, huwa kkonfermat li l-kapaċità nominali totali tal-prodott ikkonċernat fir-Russja hija fil-livelli kif stmat hawn fuq fil-premessa (258). Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni huwa probabbli li l-produtturi Russi se jibdlu t-taħlita tal-prodott, filwaqt li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom tal-prodott taħt rieżami jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(261) |
Fl-aħħar nett, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u l-prezzijiet kif muri hawn fuq, tindika l-probabbiltà li l-esportazzjonijiet Russi u l-kapaċità ta’ riżerva jkunu ridirezzjonati lejn l-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(262) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, jekk il-miżuri ma jiġux estiżi. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(263) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn 12-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u 11-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(264) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 291 704 tunnellati. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħad-data pprovduta mill-applikant (95). Kif indikat fil-premessa (15), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw madwar 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(265) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volumi ta’ bejgħ tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni stess maħsuba għas-suq tal-Unjoni u d-data tal-volumi tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni miksuba mill-istatistika tal-Eurostat. |
|
(266) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati) (96)
|
||||||||||||||||||||
|
(267) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied. Dan żdied bi 15-il punt perċentwali fl-2018 qabel ma naqas b’7 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2018. B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 8 % bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(268) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (266). |
|
(269) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u s-sehem mis-suq tagħhom żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq (97)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(270) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati baqgħu baxxi matul il-perjodu kkunsidrat u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalkemm l-importazzjonijiet mir-Russja u mir-RPĊ żdiedu bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-sehem mis-suq ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi baqa’ baxx ħafna (inqas minn 1 %), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Belarussja kien inqas minn 0,0033 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz
4.3.2.1. Prezzijiet
|
(271) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. |
|
(272) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata) (98)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(273) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja, ġiet osservata żieda fil-prezz medju tal-bejgħ bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Din l-evoluzzjoni tal-prezzijiet hija konsistenti mal-evoluzzjoni ġenerali tal-prezzijiet tal-prodott taħt rieżami (ara wkoll it-Tabelli 5 u 9 hawn taħt). |
|
(274) |
Fid-dawl tal-volumi baxxi ħafna ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Belarussja, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet ma setgħux jiġu analizzati b’mod sinifikanti. |
4.3.2.2. Twaqqigħ tal-prezz
|
(275) |
Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, u fid-dawl tal-kwantitajiet baxxi ħafna importati fl-Unjoni mir-RPĊ, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda prezz tal-importazzjoni affidabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(276) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet mir-Russja, il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tqies suffiċjenti biex jagħti indikazzjoni ġusta tal-imġiba futura tal-prezz jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-Russja, kif spjegat fil-premessa (235), il-Kummissjoni użat data CIF tal-Eurostat biex tiddetermina l-prezz tal-importazzjoni. Il-produttur esportatur li kkoopera parzjalment fir-Russja pproduċa biss WPT suwed u l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fil-Eurostat huma magħmula kważi esklużivament minn WPT suwed. Għalhekk, it-tqabbil sar biss għad-WPT suwed. Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet mir-Russja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(277) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Belarussja, fid-dawl tal-kwantitajiet baxxi ħafna ta’ importazzjonijiet lejn l-Unjoni, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda prezz tal-importazzjoni affidabbli lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-prodotti taħt rieżami prodotti fil-Belarussja u mibjugħa lil swieq terzi, b’mod partikolari lir-Russja, li hija s-suq ewlieni tal-esportazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (60), l-esportazzjonijiet tad-WPT galvanizzati kienu fi kwantitajiet limitati u wrew xejra inkoerenti fil-prezz. Għalhekk, il-paragun sar biss għal WPT mhux galvanizzati, li jinkludu d-WPT suwed u WPT oħrajn. Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(278) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz għall-pajjiżi kkonċernati ta’ bejn 6,2 % u 23,5 %. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-Russja, il-Belarussja u r-RPĊ
|
(279) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr ir-Russja, il-Belarussja u r-RPĊ kienu prinċipalment mit-Turkija, mill-Indja u mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq. |
|
(280) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (100)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(281) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mit-Turkija żdiedu b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied b’13 punt perċentwali jew madwar 100 % bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-importazzjonijiet mill-Indja naqsu matul il-perjodu kkunsidrat; madankollu, is-sehem mis-suq tagħhom baqa’ importanti, jiġifieri 9 %, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq baqgħu kostanti u rrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 4 %. L-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi ħlief il-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 30 % bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami biex laħqu sehem mis-suq ta’ 50 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel ma’ 42 % fl-2016. |
|
(282) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Din ix-xejra hija konsistenti max-xejra osservata għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fit-Tabella 4 hawn fuq u max-xejra tal-prezz osservata għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fit-Tabella 9 hawn taħt. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
|
(283) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(284) |
Kif imsemmi fil-premessa (15), it-teħid ta’ kampjuni ntuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(285) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni pprovduta mill-applikant. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(286) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(287) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi (101)
4.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(288) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(289) |
Għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied bi tmien (8) punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat kif imsemmi fil-premessa (267), il-volum tal-produzzjoni tal-prodott simili naqas matul l-istess perjodu minn 319 525 tunnellata fl-2016 għal 291 704 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ disa’ (9) punti perċentwali. Għalhekk, iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni ma kinitx ta’ benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(290) |
It-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni huwa prinċipalment dovut għall-kompetizzjoni dejjem akbar li l-industrija tal-Unjoni tiffaċċja mill-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw f’pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati. Kif spjegat fil-premessi (281) u (282), il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari mit-Turkija, żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati żdied bi 8 punti perċentwali bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-volum totali tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ta’ 273 088 tunnellata li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 50 %, filwaqt li l-volum totali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fl-istess perjodu kien ta’ 2 475 tunnellata biss li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ inqas minn 0,5 %. |
|
(291) |
Għalkemm il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità naqas minn 40 % għal 37 %, l-istess kif għamlet ix-xejra tal-volum tal-produzzjoni. |
4.5.2.2. Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
(292) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(293) |
Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-produzzjoni tagħha stess lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni segwew l-istess xejra bħall-volum tal-produzzjoni u naqsu b’mod simili bi 8 punti perċentwali bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll minn 58 % fl-2016 għal 49 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jikkorrispondi għaż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati, li kienet ta’ 8 punti perċentwali. |
|
(294) |
Għalhekk, it-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħha kien ikkawżat miż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(295) |
Għalkemm bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 8 %, il-volum ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas ukoll bi 8 %, li rriżulta f’telf ta’ 9 punti perċentwali tas-sehem mis-suq għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(296) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(297) |
L-għadd ta’ impjegati tal-industrija tal-Unjoni involuti fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami naqas bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi 3 %. Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull impjegat, segwiet l-istess xejra bi tnaqqis ta’ 6 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(298) |
It-tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati huwa dovut għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, li huwa marbut ukoll mat-tnaqqis fil-bejgħ u fid-domanda għall-prodotti tal-industrija tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-produttività huwa spjegat mit-tnaqqis ogħla fil-volum tal-produzzjoni meta mqabbel mat-tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati. |
4.5.2.5. Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat
|
(299) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (239) li d-dumping mir-Russja kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping mill-Belarussja u mir-RPĊ, jekk il-miżuri ma jiġux estiżi. |
|
(300) |
Fl-istess ħin, il-livell tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien limitat ħafna, u rrappreżenta biss 0,45 % tal-konsum tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tal-marġni attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien pjuttost limitat. |
|
(301) |
L-indikaturi makroekonomiċi eżaminati aktar ’il fuq juru li, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ sa mill-2008, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni baqgħet sostanzjalment fraġli u ta’ dannu. Għaldaqstant, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda rkupru mid-dumping tal-passat u l-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli ħafna għall-effetti dannużi minn kwalunkwe importazzjoni oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi (102)
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(302) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(303) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet żdiedu bi 18 %. Il-prodott taħt rieżami huwa komodità u l-prezz tal-bejgħ huwa influwenzat mill-prezz tal-materja prima ewlenija – kojls illaminati bis-sħana – li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-kost tal-produzzjoni. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ segwiet sa ċertu punt l-evoluzzjoni tal-kost tal-produzzjoni, li żdied b’25 % bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, il-prezz medju tal-bejgħ ma żdiedx fl-istess rata bħall-kost unitarju tal-produzzjoni, li barra minn hekk baqa’ dejjem ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat. Din ix-xejra hija dovuta għaż-żieda fil-prezz tal-materja prima u ż-żieda fil-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet li jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(304) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(305) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat l-ewwel naqsu mill-2016 għall-2017 qabel ma żdiedu b’mod progressiv fl-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas bi 8 %. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(306) |
Il-livelli tal-ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||
|
(307) |
L-inventarji tal-industrija tal-Unjoni naqsu bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Inizjalment dawn naqsu b’40 % mill-2016 għall-2017 qabel ma żdiedu b’mod progressiv fl-2018 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda baqgħu f’livell aktar baxx mill-2016. B’mod ġenerali, l-inventarji naqsu bi 15 % bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.5.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(308) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) Profittabbiltà
|
(309) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(310) |
Fl-2016, l-industrija tal-Unjoni kellha marġni ta’ profitt negattiv ta’ – 6 %, li kompla jonqos għal – 11 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-marġni ta’ profitt negattiv tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat huwa dovut għall-fatt li l-kost unitarju tal-produzzjoni kien dejjem ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami. Kif wieħed jista’ jara fit-Tabella 9 hawn fuq, id-diskrepanza bejn il-kost unitarju tal-produzzjoni u l-prezz medju tal-bejgħ kompliet tiżdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Din is-sitwazzjoni hija spjegata mill-fatt li peress li l-prodott taħt rieżami huwa komodità, il-prezz tal-bejgħ jiddependi fuq il-prezz tal-materja prima ewlenija (kojls illaminati bis-sħana) u l-kompetizzjoni fis-suq. Huwa osservat li minħabba żieda fil-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi f’termini ta’ volumi u prezzijiet baxxi, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tistabbilixxi l-prezzijiet tal-bejgħ f’livell li jippermettilha tkopri mill-inqas il-kost tal-produzzjoni. |
(b) Fluss ta’ flus
|
(311) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus nett għall-ewwel tjieb fl-2017 qabel ma reġa’ naqas fl-2018 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta laħaq - EUR 8 miljun. Dan it-tnaqqis huwa spjegat prinċipalment mit-tnaqqis fil-profittabbiltà, kif deskritt fil-premessa (310). |
(c) Investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
(312) |
L-investimenti naqsu bi 15 % bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jkompli juri s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-industrija tal-Unjoni. Ir-redditu fuq l-investimenti, li huwa espress bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti naqas minn – 18 % għal – 41 % matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk segwa l-istess xejra bħall-profittabbiltà. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(313) |
L-evoluzzjoni tal-indikaturi mikro u makro matul il-perjodu kkunsidrat uriet sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tal-industrija tal-Unjoni. B’mod ġenerali, ix-xejriet tal-indikaturi ekonomiċi kollha marru għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(314) |
Il-volumi ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ naqsu, u dan kellu effett negattiv fuq l-impjiegi u l-produttività kif ukoll fuq il-profittabbiltà. Iż-żieda fil-kompetizzjoni u l-pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kkawżaw deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ta’ profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Dan wassal għal marġni ta’ profitt negattiv ta’ - 11 % għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti wkoll iddeterjoraw, u dan poġġa lill-industrija tal-Unjoni f’diffikultà biex iżżid il-kapital u tikber. |
|
(315) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(316) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk hemmx rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(317) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu baxxi ħafna matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kien biss ta’ 0,43 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(318) |
Fl-istess ħin, żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati, bħat-Turkija, l-Indja u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, tpoġġi pressjoni qawwija fuq il-prezz u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Bħala eżempju, il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ta’ EUR 778/tunnellata filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ tal-prodotti importati mit-Turkija kien ta’ EUR 626/tunnellata u ta’ EUR 574/tunnellata għall-prodotti importati mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr il-pajjiżi kkonċernati żdied minn 42 % għal 50 % bejn l-2016 u l-2019. |
|
(319) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi kkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom. |
|
(320) |
Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jekk il-miżuri jiġu revokati. |
5. IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU KKAWŻAT ORIĠINARJAMENT MINN IMPORTAZZJONIJIET OĠĠETT TA’ DUMPING MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI JEKK IL-MIŻURI JIĠU RREVOKATI
|
(321) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (315) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Fil-premessa (319), il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi kkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(322) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni qieset l-elementi li ġejjin: (1) il-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiżi kkonċernati u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u (2) l-impatt ta’ importazzjonijiet potenzjali u l-livelli tal-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
5.1. Kapaċità ta’ riżerva fil-kontej ikkonċernati u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(323) |
Kif diġà ġie deskritt fil-premessi (78), (210) u (250), il-produtturi esportaturi fil-Belarussja, ir-RPĊ u r-Russja għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li flimkien jaqbżu b’mod sostanzjali l-volumi tal-produzzjoni attwali u d-domanda interna f’dawn il-pajjiżi (103) u din il-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża biex jiġi prodott il-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(324) |
Kif deskritt fil-premessi (205) u (213), il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw lejn is-swieq terzi ewlenin tagħhom bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, li bħala medja huma minn 8 % sa 21 % inqas meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Kif konkluż fil-premessa (251), il-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn pajjiżi terzi nstabu li kienu madwar 29 % inqas mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, ġie stabbilit fil-premessa (82) li l-produtturi esportaturi tal-Belarussja esportaw lejn it-tielet suq ewlieni tagħhom, ir-Russja, bi prezzijiet ta’ madwar 5 % inqas meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, meta jitqies il-livell tal-prezz tal-esportazzjonijiet mill-Belarussja, mir-RPĊ u mir-Russja lejn swieq terzi oħra, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi u Russi. Konsegwentement, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, jekk il-miżuri jiġu revokati, il-produtturi esportaturi Belarussi, Ċiniżi u Russi jerġgħu jibdew jesportaw volumi għoljin tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni. Din l-aspettattiva hija msaħħa aktar mid-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ riżerva sostanzjali f’dawn il-pajjiżi. |
5.2. L-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jiskadu
|
(325) |
Kif spjegat fit-Taqsima 4.3.2.2, il-Kummissjoni wettqet analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz mingħajr miżuri anti-dumping biex tistabbilixxi kif l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jiġu tterminati. |
|
(326) |
Il-Kummissjoni osservat fil-premessa (278) li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz għall-pajjiżi kkonċernati ta’ bejn 6,2 % u 23,5 %. |
|
(327) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet simulazzjoni sabiex tivvaluta aħjar l-impatt probabbli tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni assumiet li l-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati jesportaw lejn l-Unjoni l-istess kwantitajiet bħal qabel l-impożizzjoni tal-miżuri (jiġifieri 250 559 tunnellata flimkien) u li l-konsum tal-Unjoni jibqa’ l-istess bħal matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri 541 409 tunnellata). Il-Kummissjoni assumiet ukoll li 50 % tal-importazzjonijiet totali minn dawn il-pajjiżi jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni u l-50 % li jifdal jaffettwaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra peress li l-ishma mis-suq huma fl-istess livell ta’ daqs. Fl-aħħar, il-Kummissjoni assumiet li l-industrija tal-Unjoni żżomm l-istess prezzijiet tal-bejgħ bħal matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami peress li diġà qed tagħmel telf. |
|
(328) |
Ir-riżultat ta’ din is-simulazzjoni juri li l-industrija tal-Unjoni x’aktarx titlef mill-volum tal-bejgħ u mis-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni. Dan ikollu impatt fuq il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija, li tonqos minn -11 % għal -25 %. |
|
(329) |
Din hija analiżi konservattiva li tqis li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra huma inqas mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan ifisser li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx li l-ewwel jiksbu sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, qabel ma jaħtfu s-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn l-Unjoni. Dan iwassal għal deterjorament ulterjuri tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(330) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Gvern tal-Belarussja argumenta li meta jitqies li skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku,“Fejn l-importazzjonijiet ta’ prodott minn iktar minn pajjiż wieħed huma fl-istess ħin soġġetti għal investigazzjonijiet kontra dumping, l-effetti ta’ importazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu stmati b’mod kumulattiv biss jekk huwa stabbilit li (…) li l-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż mhuwiex negleġibbli” u li l-importazzjonijiet mill-Belarussja, mir-RPĊ u mir-Russja kienu negliġibbli fl-2019, il-konklużjonijiet tal-eżerċizzju ta’ simulazzjoni jenħtieġ li jitneħħew minn dan ir-Regolament. |
|
(331) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku huwa relatat mal-valutazzjoni tal-effetti tal-importazzjonijiet reali fuq l-industrija tal-Unjoni biex jiġi ddeterminat id-dannu fil-qafas ta’ investigazzjoni anti-dumping, filwaqt li s-simulazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fil-premessi minn (327) sa (329) hija relatata mad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Sabiex jiġu stmati l-effetti potenzjali ta’ importazzjonijiet bħal dawn fuq l-industrija tal-Unjoni, is-simulazzjoni tikkonsisti f’ipoteżi fejn wieħed jassumi li l-pajjiżi kkonċernati jesportaw l-istess kwantitajiet bħal qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Dawn il-kwantitajiet ma kinux negliġibbli (104). Għalhekk, meta wieħed iqis li l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ma japplikax għas-simulazzjoni mwettqa kif ukoll li l-volumi potenzjali tal-importazzjoni minn kull pajjiż ikkunsidrat fis-simulazzjoni mhumiex negliġibbli, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(332) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk ikompli jaggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju. |
|
(333) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Gvern tar-Russja ddikjara li hemm nuqqas ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-Russja u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni indikat li l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-Kummissjoni twettaq analiżi tal-kawżalità bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fir-rieżamijiet ta’ skadenza. Is-sejbiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dannu huma biżżejjed biex jiġġustifikaw il-kontinwazzjoni tal-miżuri. Fil-premessa (332) il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u għalhekk ikompli jiggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, u b’hekk hija uriet li probabbilment jerġa’ jokkorri d-dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, inkluża r-Russja, jekk il-miżuri jitħassru. B’konsegwenza, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(334) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tad-distributuri u tal-utenti. |
|
(335) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(336) |
Għalkemm il-miżuri anti-dumping fis-seħħ ma ħallewx il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jidħlu fis-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u s-sitwazzjoni tagħha hija fraġli, kif ikkonfermat mix-xejriet negattivi tal-indikaturi tad-dannu. |
|
(337) |
Minkejja l-volum baxx ħafna ta’ importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni stabbiliet li hemm probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi f’każ li l-miżuri jiskadu. L-influss ta’ volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan jaggrava s-sitwazzjoni ekonomika diġà fraġli ħafna tal-industrija tal-Unjoni u jhedded il-vijabbiltà tagħha. |
|
(338) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra l-pajjiżi kkonċernati hija fl-interess ċar tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. L-interess tal-importaturi, in-negozjanti u l-utenti mhux relatati
|
(339) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti mhux relatati magħrufa kollha. Distributur wieħed biss ipprovda t-tabelli mimlijin mingħajr tweġiba għall-parti narrattiva tal-kwestjonarju. |
|
(340) |
Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u fl-investigazzjoni oriġinali, l-analiżi tal-interess tal-Unjoni ma indikatx effett negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi, in-negozjanti u l-utenti mhux relatati. |
|
(341) |
Abbażi ta’ dan, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri kien se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi, in-negozjanti u l-utenti mhux relatati, li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. |
|
(342) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Gvern tar-Russja argumenta li l-kontinwazzjoni tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-industriji downstream tal-UE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni indikat li l-industriji downstream tal-UE kellhom l-opportunità jipparteċipaw fl-investigazzjoni u jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand l-importaturi, in-negozjanti u l-utenti mhux relatati. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
6.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(343) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(344) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping mir-Russja, ir-rikorrenza ta’ dumping mill-Belarussja u mir-RPĊ, ir-rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju mill-Belarussja, mir-RPĊ u mir-Russja jenħtieġ li jinżammu. |
|
(345) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-Russja u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
|
(346) |
Il-kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali ta’ dazju anti-dumping jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (105). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż li jħabbar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(347) |
Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-Belarussja, mir-RPĊ u mir-Russja. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Il-kummenti kollha li waslu ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni. |
|
(348) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (106), meta ammont jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(349) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat kif stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju, ta’ wiċċ ċirkolari u ta’ dijametru ta’ barra mhux aktar minn 168,3 mm, ħlief pajp tal-linja ta’ tip użat għal linji tal-pajpijiet għaż-żejt jew għall-gass, kejsing u tubi ta’ tip użat għat-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass, tubi ta’ preċiżjoni u tubi u pajpijiet b’fittings magħhom, tajbin għat-twassil ta’ gassijiet jew likwidi għall-użu f’inġenji tal-ajru ċivili, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7306 30 41, ex 7306 30 49, ex 7306 30 72 u ex 7306 30 77 (il-kodiċijiet TARIC 7306304120, 7306304920, 7306307280 u 7306307780) u li joriġinaw mill-Belarusja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u magħmula mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Il-kumpaniji kollha |
90,6 % |
|
|
Ir-Russja |
TMK Group (Seversky Pipe Plant Open Joint Stock Company u Joint Stock Company Taganrog Metallurgical Works) |
16,8 % |
A892 |
|
OMK Group (Open Joint Stock Company Vyksa Steel Works u Joint Stock Company Almetjvesk Pipe Plant) |
10,1 % |
A893 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
20,5 % |
A999 |
|
|
Il-Belarussja |
Il-kumpaniji kollha |
38,1 % |
|
3. Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv kontra ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja wara proċediment taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li joriġinaw fit-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tal-istess Regolament, li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim taħt l-Artikolu 11(3) tal-istess Regolament, u li jtemm il-proċedimenti fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fil-Bożnija u Ħerzegovina u t-Turkija (ĠU L 343, 19.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/110 tas-26 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Belarussja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja u li jtemm il-proċediment fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 6).
(4) ĠU C 166, 15.5.2019, p. 7.
(5) ĠU C 24, 24.1.2020, p. 17.
(7) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(8) Il-pajpijiet/tubi galvanizzati huma pajpijiet/tubi suwed li sussegwentement ikunu għaddew minn proċess ta’ galvanizzar, li fih il-pajp/tubu jinkesa b’saff ta’ żingu.
(9) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm
(10) https://www.doingbusiness.org/
(11) https://stats.oecd.org/
(12) Fuq il-bażi tas-Sett tad-data tal-OECD: International Transport and Insurance Costs of Merchandise Trade (Il-Kostijiet Internazzjonali tat-Trasport u l-Assigurazzjoni tal-Kummerċ tal-Merkanzija) (ITIC), il-Belarussja – ir-Russja. https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC
(13) Commission Staff Working Document on Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the purposes of Trade Defence Investigations, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.
(14) http://www.gov.cn/zhengce/content/2017-12/01/content_5243734.htm
http://www.chinatax.gov.cn/n810341/n810755/c3377945/content.html
http://www.gov.cn:8080/gongbao/content/2019/content_5416183.htm
(15) https://www2.deloitte.com/content/dam/Deloitte/cn/Documents/tax/deloitte-cn-tax-changes-to-vat-regulations-zh-171205.pdf
(16) http://www.transcustoms.cn/index.asp
(17) https://www.globaltradealert.org/
(18) https://m.huaon.com/detail/407989.html
https://m.huaon.com/detail/617918.html
(19) Kif stabbilit fil-premessi (144) sa (152)
(20) Imsemmi fil-premessa (82) aktar ’il fuq
(21) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/969.
(22) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 6-7.
(23) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 10.
(24) Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).
(25) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20-21.
(26) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.
(27) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120-121.
(28) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 122 -135.
(29) Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, p. 167-168.
(30) Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.
(31) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 108-9.
(32) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.
(33) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 104-9.
(34) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 358. 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.
(35) Disponibbli fuq: www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020); https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020), u www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).
(36) Disponibbli fuq http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).
(37) Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta’ Beijing steel, p. 58, u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)
(38) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 100-1.
(39) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 26.
(40) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 31-2.
(41) Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).
(42) It-test sħiħ tal-pjan huwa disponibbli fuq is-sit web tal-MIIT:
http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/c5353943/content.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)
(43) TISCO, “Il-profil tal-kumpanija”, http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)
(44) Baowu, “Il-profil tal-kumpanija”, http://www.baowugroup.com/en/contents/5273/102759.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)
(45) Ir-Rapport – il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.
(46) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(47) Analysis of the 2018 steel welded pipes industry in China, Huajing Information Network, ippubblikata fil-5/3/2019 https://m.huaon.com/detail/407989.html
(48) Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.
(49) Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.
(50) Ir-Rapport, il-Kapitolu 14, p. 347.
(51) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), disponibbli fuq
https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)
(52) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 349.
(53) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 352.
(54) Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.
(55) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, pp. 375 – 376.
(56) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 138-149.
(57) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 216.
(58) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 213-215.
(59) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 209-211.
(60) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 332-337.
(61) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 336.
(62) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 337-341.
(63) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 114-117.
(64) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 119.
(65) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.
(66) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’ s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203
(67) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(68) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(69) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.
(70) Fit-Turkija, matul l-PIR, ma kien hemm l-ebda data dwar l-importazzjoni għal fattur importanti tal-produzzjoni - il-prodott sekondarju ewlieni (ruttam tal-azzar bil-karbonju). Barra minn hekk, kien hemm restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-aċidu sulfuriku. Fit-Tajlandja, id-data dwar l-importazzjoni kienet disponibbli għall-materja prima u għall-prodotti sekondarji kollha, u ma ġiet identifikata l-ebda restrizzjoni fuq l-esportazzjoni/l-importazzjoni fir-rigward ta’ xi wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni.
(71) Iċ-ċifri pprovduti għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew kontroverifikati mill-bogħod u rrikonċiljati mal-kontijiet tal-kumpanija
(72) https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/t/thailand/THA.pdf p. 48
(73) https://home.kpmg/xx/en/home/insights/2011/12/thailand-other-taxes-levies.html
(74) https://www.ilo.org/shinyapps/bulkexplorer17/?lang=en&segment=indicator&id=HOW_TEMP_SEX_ECO_NB_A
(75) http://www.nso.go.th/sites/2014en/Pages/Statistical%20Themes/Population-Society/Labour/Labour-Force.aspx (It-Trimestru 1 sa 4, il-Fajl Excel - il-Folder 1-19 Wk, it-Tabella 15)
(76) http://www.mea.or.th/en/profile/109/114 - industrial TOU tariff was used
(77) http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static tabella 7.2.4
(78) https://www.dede.go.th/ewt_news.php?nid=42079
(79) https://www.pacificpipe.co.th/EN/investor.html#financial_information
(80) https://asiametal.co.th/Investor/index.php?page=fin_data&lang=0
(81) Fuq il-bażi tas-Sett tad-data tal-OECD: International Transport and Insurance Costs of Merchandise Trade (ITIC) – China-the Netherlands. https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC
(82) Fuq il-bażi tal-kwotazzjoni tal-konsenji Port ta’ Tianjin – Beijing, kif ipprovduti mill-Bank Dinji https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf p. 88
(83) http://www.transcustoms.cn/index.asp
(84) Il-pajjiżi huma elenkati skont il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.
(85) Fuq il-bażi tas-Sett tad-data tal-OECD: International Transport and Insurance Costs of Merchandise Trade (ITIC) – China-country in question. https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC
(86) Fuq il-bażi tal-kwotazzjoni għall-konsenji port ta’ Tianjin – Beijing kif ipprovduti mill-Bank Dinji https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf p. 88
(87) Fil-każ tal-Peru, il-kodiċijiet doganali tal-pajjiż ma jippermettux li ssir distinzjoni bejn il-prodotti suwed u galvanizzati. Għalhekk, il-pajpijiet/it-tubi kollha taħt rieżami ġew ittrattati bħala tip wieħed ta’ prodott fil-kalkolu.
(88) https://m.huaon.com/detail/407989.html; https://m.huaon.com/detail/617918.html
(89) Analysis of the 2018 steel welded pipes industry in China, Huajing Information Network, ippubblikata fil-5/3/2019 https://m.huaon.com/detail/407989.html
(90) https://www.globaltradealert.org/
https://www.globaltradealert.org/data_extraction
https://www.globaltradealert.org/latest/state-acts
(91) Fuq il-bażi tas-Sett tad-data tal-OECD: International Transport and Insurance Costs of Merchandise Trade (ITIC) – Russia-Latvia: https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC#.
(92) Fuq il-bażi tal-kwotazzjoni għall-konsenji Moska – San Pietruburgu kif ipprovdut mill-Bank Dinji: https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/r/russia/RUS.pdf p. 85
(93) European Union —Cost Adjustment Methodologies and Certain Anti-Dumping Measures on Imports from Russia, Panel Report of 24 July 2020, WT/DS494/R.
(94) L-Azerbajġan, l-Armenja, il-Belarussja, il-Kazakistan, ir-Repubblika Kirgiża, il-Moldova, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Uzbekistan u l-Ukrajna.
(95) Il-volum tal-produzzjoni huwa bbażat fuq id-data tal-EU-27 peress li r-Renju Unit ma baqax jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Frar 2020 u l-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.
(96) Il-konsum huwa bbażat fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit
(97) Il-volum tal-importazzjoni huwa bbażat fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit
(98) Il-prezzijiet tal-importazzjoni huma bbażati fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit.
(99) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/566 tad-9 ta’ April 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni rigward l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 9), premessa 128.
(100) L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma bbażati fuq data tal-EU-27, eskluża d-data relatata mar-Renju Unit bħala Stat Membru iżda tinkludi data relatata mar-Renju Unit bħala pajjiż terz
(101) L-indikaturi makroekonomiċi huma bbażati fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit
(102) L-indikaturi makroekonomiċi huma bbażati fuq data tal-EU-28, minbarra data relatata mar-Renju Unit Abbażi tal-volum baxx ta’ bejgħ fir-Renju Unit mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (madwar 3 % tal-bejgħ medju tal-UE ta’ dawk il-produtturi fil-PIR), l-impatt tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ir-Renju Unit jidher li huwa minimu fuq is-sejbiet tad-dannu, u l-konklużjonijiet dwar id-dannu materjali għalhekk ma kinux jinbidlu meta tintuża d-data tal-EU-27.
(103) Il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami b’aktar minn għaxar darbiet, filwaqt li l-uniku produttur esportatur Russu li kkoopera għandu kapaċità ta’ produzzjoni nominali li taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni. Il-kapaċità ta’ riżerva fil-Belarussja tirrappreżenta 9 % tal-konsum tal-Unjoni.
(104) 184 887 tunnellata mir-RPĊ, 36 057 tunnellata mir-Russja u 29 615 tunnellata mill-Belarussja.
(105) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.
(106) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).